Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0311

    Kawża C-311/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/46/KE — Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst — Traspożizzjoni mhux kompluta)

    ĠU C 370, 17.12.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-311/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/46/KE - Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst - Traspożizzjoni mhux kompluta)

    2011/C 370/20

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u Ł. Habiak, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 263, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplementaw id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.

    (2)

    Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva 2007/46, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


    Top