Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0257

    Kawża C-257/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — l-Isveżja) — Försäkringskassan vs Elisabeth Bergström (Ħaddiema migranti — Sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita attività professjonali fl-Isvizzera — Ritorn fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu)

    ĠU C 39, 11.2.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — l-Isveżja) — Försäkringskassan vs Elisabeth Bergström

    (Kawża C-257/10) (1)

    (Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita attività professjonali fl-Isvizzera - Ritorn fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu)

    (2012/C 39/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Försäkringskassan

    Konvenuta: Elisabeth Bergström

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta fövaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 3427/89, tat-30 ta’ Ottubru 1989 (ĠU L 331, p. 1) kif ukoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU L 114, p. 6) — Dritt għall-benefiċċji tal-ġenituri (föräldrapenning) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal ammont ogħla tal-benefiċċju tal-familja mill-ammont garantit, wara li jintemm perijodu ta’ reġistrazzjoni fi skema ta’ assigurazzjoni tal-mard għal perijodu speċifiku — Ammont tal-benefiċċju tal-familja stabbilit skont id-dħul professjonali riċevut f’dan l-Istat Membru — Persuna residenti fi Stat Membru (l-Isvezja), iżda li għamlet il-perijodu kollu ta’ riferiment użat għall-iffissar ta’ ammont ogħla ta’ benefiċċju tal-familja, irreġistrata ma’ skema ta’ assigurazzjoni tal-mard fi Stat ieħor (l-Isvizzera)

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 8(ċ) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, u l-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju tal-familja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għat-twettiq ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ attività self employed, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għall-għoti ta’ dan il-benefiċċju tal-familja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, tali perijodi mwettqa integralment fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera.

    (2)

    L-Artikolu 8(a) tal-Ftehim imsemmi u l-Artikoli 3(1), 23(1) u (2), 72 kif ukoll il-punt 1 tal-Anness VI(N) tar-Regolament Nru 1408/71 kif emendat bir-Regolament Nru 1386/2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn l-ammont ta’ benefiċċju tal-familja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi ddeterminat skont ir-regoli tal-benefiċċju għall-mard, dan l-ammont favur persuna li wettqet integralment il-perijodi ta’ attività professjonali neċessarji għall-ksib ta’ dan id-dritt fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, għandu jiġi kkalkolat billi jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul ta’ persuna li għandha esperjenza u kwalifiki paragunabbli għal-tagħha u li teżerċita attività paragunabbli fit-territorju tal-Istat Membru fejn intalab dan il-benefiċċju.


    (1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


    Top