Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0243

Kawża C-243/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardenja — Irkupru)

ĠU C 151, 26.5.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-243/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardenja - Irkupru)

2012/C 151/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi Reġjonali nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C1/2004 (eks NN 158/2003 u CP 15/2003) [notifikata taħt id dokument numru C(2008) 2997] (ĠU L 302, p. 9)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttieħdux, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


Top