Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0137

    Kawża T-137/09: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ April 2009 — Nike International Ltd vs UASI — Muñoz Molina (R10)

    ĠU C 129, 6.6.2009, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/19


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2009 — Nike International Ltd vs UASI — Muñoz Molina (R10)

    (Kawża T-137/09)

    2009/C 129/34

    Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Nike International Ltd (Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, abogado)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aurelio Muñoz Molina (Santa Pola, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    temenda d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-inammissibbiltà tar-rikors, billi tistabbilixxi li dan huwa ammissibbli, u billi tistabbilixxi li t-Tieni Bord tal-Appell aġixxa b’mod korrett, billi daħal fil-mertu tiegħu.

    sussidjarjament, tiddeċiedi dwar l-eżistenza tal-ksur tal-Artikolu 73 CTMR u d-dispożizzjonjiet l-oħra applikabbli min-naħa tal-Bord tal-Appell u tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, billi tordna r-retroattività tal-proċess sabiex tiġi kkumpensata n-nuqqas ta’ possibbiltà tar-rikorrenti (Nike International Ltd) li tikkoreġi n-nuqqasijiet bħala persuna li tassenja d-dritt preċedenti u/jew, tal-anqas, in-notifika korretta tad-deċiżjoni lir-rappreżentant tal-proprjetarju preċedenti (DL Sports & Marketing Ltd).

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Aurelio Muñoz Molina.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “R 10” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4813713), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Spanjola mhux irreġistrata “R 10”.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda, minħabba motivi formali u, konkretament, minħabba ksur tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1), u tar-Regola 49(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità. (2)

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud minħabba inammissibbiltà.

    Motivi invokati: Evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet relatati mal-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u nuqqas ta’ “In audita altera partem”.


    (1)  ĠU 1994, L 11, p. 1

    (2)  ĠU 1995 L 303, p. 1


    Top