This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0119
Case T-119/09: Action brought on 23 March 2009 — Protege International v Commission
Kawża T-119/09: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Protege International vs Il-Kummissjoni
Kawża T-119/09: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Protege International vs Il-Kummissjoni
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/43 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2009 — Protege International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-119/09)
2009/C 113/86
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Protege International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Shefet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE (Każ COMP/39414 — Protégé International vs Pernod Ricard) |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Jannar 2009, li biha l-Kummissjoni ċaħdet, wara li waslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm biżżejjed interess Komunitarju sabiex l-investigazzjoni titkompla, l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Pernod Ricard dwar l-allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti pprattikat minn din tal-aħħar fis-suq tal-wiski Irlandiż li jikkonsisti, min-naħa, fi proċedimenti legali mibdija minn Pernod Richard kontra r-rikorrenti għar-reġistrazzjoni mir-rikorrenti tat-trade marks “WILD GEESE”, “WILD GEESE RARE IRISH WHISKEY” u “WILD GEESE IRISH SOLDIERS AND HEROES”, u, min-naħa l-oħra, f’rifjut ta’ provvista.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:
— |
il-proċedimenti legali mibdija minn Pernod Richard ma għandhomx bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ dan tal-aħħar għat-trade mark tiegħu “WILD TURKEY”, inkwantu ma teżistix il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, imma li telimina lir-rikorrenti, li hija kompetitriċi ta’ Pernod Richard, mis-suq tal-wiski Irlandiż; |
— |
abbuż minn pożizzjoni dominanti għaliex Pernod Richard irrifjuta li jipprovdi wiski Irlandiż lir-rikorrenti minħabba li din tal-aħħar irrifjutat li taċċetta l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni fuq il-bejgħ fis-swieq approvati minn Pernod Richard; |
— |
jeżisti interess Komunitarju, sa fejn l-allegat abbuż jikkonċerna Stati Membri differenti u t-territorju Komunitarju kollhu kemm hu. |