EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0116

Kawża T-116/09: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Marzu 2009 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/09)

2009/C 113/85

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, l-Olanda) (rappreżentant: F. Tuytschaever, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha minħabba li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet (kumulattivi) tal-Linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà mhumiex sodisfatti jew li, f’kull każ, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kollha minħabba li ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 253 KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5995 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi għandhom l-intenzjoni jagħtu favur l-impriża FagorBrandt, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet [C 44/2007 (ex N 460/2007)]. Ir-rikorrenti hija kompetitriċi tal-kumpannija li tibbenefika mill-għajnuna u pparteċipat fil-proċedura ta’ investigazzjoni li waslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma simili jew identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-115/09 Electrolux vs Il-Kummissjoni.


Top