This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0107
Case T-107/09: Action brought on 12 March 2009 — United Kingdom v Commission
Kawża T-107/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Marzu 2009 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
Kawża T-107/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Marzu 2009 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/40 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2009 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-107/09)
2009/C 113/81
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn T. Eicke, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (1), b’mod partikolari sa fejn tapplika korrezzjoni għall-iskema ta’ għajnuna tal-Frott u l-Ħaxix fil-konfront tar-Renju Unit għal allegati nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll tiegħu dwar ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li twaqqfu qabel l-2002 (li ma jipprovdux mezzi tekniċi) u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) peress li l-Kummissjoni interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 11(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96 (2) meta kkonkludiet li l-Gvern tar-Renju Unit naqas milli josserva l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix.
Ir-rikorrent isostni li l-interpretazzjoni restrittiva mogħtija mill-Kummissjoni lill-Artikolu 11(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 2200/96, li hija l-bażi tal-aspetti rilevanti tad-deċiżjoni kkontestata, hija inkonsistenti kemm mal-formulazzjoni kif ukoll mal-obbjettiv u l-għan ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) Innotifikata bid-dokument numru C(2008) 7820 (ĠU L 340, p. 99)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, p. 1)