Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0106

Kawża T-106/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Marzu 2009 — adp Gauselmann vs UASI — Maclean (Archer Maclean’s Mercury)

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/40


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2009 — adp Gauselmann vs UASI — Maclean (Archer Maclean’s Mercury)

(Kawża T-106/09)

2009/C 113/80

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Archer Maclean (Banbury, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nuqqas ta’ konformità tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 1266/2007-1 mar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94;

tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 290 227 għall-klassijiet 9 u 28 taqa’ taħt il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; u

tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti fil-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Archer Maclean’s Mercury” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 — Applikazzjoni Nru 4 290 227

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark verbali “Merkur” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li ma kien hemm l-ebda xebh viżiv jew fonetiku jew identità konċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati, kif ukoll li ma kienx hemm identità tal-prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u għalhekk l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


Top