Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0092

    Kawża T-92/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2009 — Strategi Group vs UASI — Reed Business Information (STRATEGI)

    ĠU C 113, 16.5.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/39


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Strategi Group vs UASI — Reed Business Information (STRATEGI)

    (Kawża T-92/09)

    2009/C 113/78

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Strategi Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Sauders, Barrister)

    Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reed Business Information (Issy-Les-Moulineaux, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 1581/2007-2 u tibgħat mill-ġdid l-applikazzjoni quddiem l-UASI biex jagħti deċiżjoni; u

    tikkundanna lill-UASI (u kull intervenjent) għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “STRATEGI” għal servizzi fil-klassi 35,

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark Nru 1 240 001 tat-trade mark “Stratégies” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja, b’mod partikolari meta ddeċieda li fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ l-użu ta’ trade mark bħala l-isem ta’ rivista jista’ jikkostitwixxi użu ta’ dik it-trade mark għas-servizzi offruti f’din il-pubblikazzjoni, u billi naqas milli jipprovdi b’mod ċar ir-rekwiżiti neċessarji ta’ evidenza sabiex jiġi pprovat l-użu ġenwin f’dan il-każ u/jew billi naqas milli jikkunsidra kif xieraq l-evidenza mressqa abbażi tal-prinċipji t-tajbin; Barra minn hekk, jew sussidjarjament, ksur tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) billi l-Bord tal-Appell naqas milli japplika d-dispożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni legali għaċ-ċirkustanzi tal-każ, għaliex naqas milli jipprovdi gwida rigward l-evidenza meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-prova ta’ użu u/jew żbalja meta ddeċieda li l-evidenza mressqa mill-oppożizzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex jiġi stabbilit l-użu tat-trade mark għas-servizzi użati.


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p.1)


    Top