This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0023
Case T-23/09: Action brought on 21 January 2009 — CNOP and CCG v Commission
Kawża T-23/09: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Jannar 2009 — CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni
Kawża T-23/09: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Jannar 2009 — CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni
ĠU C 55, 7.3.2009, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/49 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-23/09)
(2009/C 55/88)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Conseil National de l'Ordre des Pharmaciens (CNOP) (Pariġi, Franza), Conseil Central de la Section G de l'Ordre National des Pharmaciens (CCG) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart u T. Verstraeten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kontestata; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6494, tad-29 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha, il-Kummissjoni ordnat, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), lir-rikorrenti sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fi u/jew l-eventwali implementazzjoni ta' akkordji jew prattiċi miftiehma li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u/jew 82 KE.
Dan l-aġir immanifesta ruħu taħt il-forma ta' deċiżjonijiet li għandhom bħala għan li ma jħallux lill-ispiżjara u/jew persuni ġuridiċi jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika, li jillimitaw l-attività tagħhom f'dan is-suq jew li jeskluduhom minnu, b'mod partikolari billi spiżjara u/jew persuni ġuridiċi li jixtiequ jipprovdu s-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika ma jiġux inklużi fit-tabella tat-Taqsima G u billi l-inklużjoni tagħhom fit-tabella ma tiġix aġġornata.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi:
— |
ksur tal-prinċipju li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom personalità ġuridika, peress li l-Ordre National des Pharmaciens hija wkoll destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma għandha tali personalità; |
— |
ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma identifikatx b'mod ċar l-entità li tista' tikkostitwixxi impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u ma indikatx ir-raġunijiet li jiġġustifikaw klassifikazzjoni bħala din; |
— |
ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn la r-rikorrenti u lanqas l-Ordre National des Pharmaciens i) m'huma impriżi, peress li huma ma jeżerċitaw l-ebda attività ekonomika, jew ii) ma jistgħu jkunu kklassifikati bħala assoċjazzjonijiet ta' impriżi peress li huma jiġbru flimkien grupp ta' membri li mhux kollha jeżerċitaw attività ekonomika u li ma jissodisawx l-indikazzjonijiet għall-identifikazzjoni ta' assoċjazzjoni ta' impriżi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta' assoċjazzjonijiet professjonali responsabbli minn missjonijiet pubbliċi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).