This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0011
Case T-11/09: Action brought on 14 January 2009 — Özdemir v OHIM — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)
Kawża T-11/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Jannar 2009 — Özdemir vs UASI — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)
Kawża T-11/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Jannar 2009 — Özdemir vs UASI — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)
ĠU C 55, 7.3.2009, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/47 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Özdemir vs UASI — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)
(Kawża T-11/09)
(2009/C 55/85)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rahmi Özdemir (Dreieich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich, I. Hoes, C. Schröder, K. von Werder u J. Wittenberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 858/2007-2; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-25 ta' Jannar 2005 kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja — Applikazzjoni Nru 3 493 137; u |
— |
tordna li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti ta' oppożizzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “James Jones” għal prodotti fil-klassi 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “Jack & Jones” irreġistrata fil-Komunità bin-Nru 1 107 747 għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25; it-trade mark verbali “Jack Jones” irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “Jack Jones” irreġistrata fil-Benelux bin-Nru 474 622 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “Jack & Jones” irreġistrata fid-Danimarka bin-Nru VR 1990 06569 għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni għal prodotti kollha kkontestati milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell qies b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li ebda prova ta' użu ma ġiet ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tat-trade mark irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437.