Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0476

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2011.
    ATB Norte, SL vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Kawża T-476/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:309





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – ATB Norte vs UASI – Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

    (Kawża T-476/09) 

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 33, 34, 57, 66, 67)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1006/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant ta’ trade mark Komunitarji:

    Bricocenter Italia Srl

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva BRICO CENTER, għal servizzi fil-klassi 35 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4934147

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    ATB Norte, SL

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro (Nru 989046) u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro (Nru 3262623), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha


    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1006/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Top