Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0404

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Novembru 2010.
    Deutsche Bahn AG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f'tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Kawża T-404/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:466





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2010 – Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar)

    (Kawża T-404/09)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 28-37)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 379/2009‑1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Deutsche Bahn AG

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri griż u aħmar għas-servizzi tal-klassi 39 – Applikazzjoni Nru 6733315

    Deċiżjoni tal-eżaminatur:

    Reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top