Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0298

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tal-20 ta' Settembru 2011.
    Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi esterni għal programmi edukattivi - Għoti ta’ kuntratt lil diversi offerenti - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju - Perijodu ta’ validità tal-offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwaliKuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi esterni għal programmi edukattivi - Għoti ta’ kuntratt lil diversi offerenti - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju - Perijodu ta’ validità tal-offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
    Kawża T-298/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:496





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-298/09)

    “Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Provvista ta’ servizzi esterni għal programmi edukattivi – Għoti ta’ kuntratt lil diversi offerenti – Klassifikazzjoni ta’ offerent – Rikors għal annullament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt – Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju – Perijodu ta’ validità tal-offerti – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

    1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ offerent fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi - Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għar-rikorrenti meta jiġi ppreżentat ir-rikors - Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2) u (3)) (ara l-punti 27-31, 54)

    2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Portata (Artikolu 18 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89(1)) (ara l-punt 73)

    3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet - Rikors għad-danni miċħud kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 100-103)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ikkomunikati permezz ta’ żewġ ittri distinti tat-12 ta’ Mejju 2009, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha li ppreżentat b’risposta għas-sejħa għal offerti pubblika EAC/01/2008 għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP‑ISEP) (ĠU 2008/S 158‑212752), għal-lott Nru 1 (Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-informatika) kif ukoll għal-lott Nru 2 (Studji u testijiet tas-sistemi tal-informatika u servizzi ta’ taħriġ u ta’ assistenza konnessi), bħala t-tieni kontraenti għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    Top