EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0046

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tat-22 ta' Jannar 2013.
ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Trasformazzjoni ta’ ċitru, qoton, laħam taċ-ċanga u tal-vitella u żejt taż-żebbuġa - Verifika finanzjarja - Kontrolli prinċipali - Proporzjonalità - Rikorrenza - Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża T-46/09.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2013:32

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)

22 ta’ Jannar 2013 ( *1 )

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Ipproċessar ta’ frott taċ-ċitru, qoton, laħam taċ-ċanga u tal-vitella u żejt taż-żebbuġa — Verifika finanzjarja — Kontrolli prinċipali — Proporzjonalità — Rikorrenza — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Fil-Kawża T-46/09,

Ir-Repubblika Ellenika, irrappreżentata minn V. Kontolaimos, I. Chalkias, S. Charitaki u S. Papaïoannou, bħala aġenti,

rikorrenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Markoulli u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960KCE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99), sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),

komposta minn N. J. Forwood, President, F. Dehousse (Relatur) u J. Schwarcz, Imħallfin,

Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-5 ta’ Ġunju 2012,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Il-kuntest ġuridiku

1. Leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni

1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (PAK) (ĠU L 94, p.13), stabbilixxa r-regoli ġenerali applikabbli għall-finanzjament tal-PAK. Dan ir-regolament ġie abrogat u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 414), li jirregola l-ispejjeż li saru mill-1 ta’ Jannar 2000 sas-16 ta’ Ottubru 2006 fil-kuntest tal-finanzjament tal-PAK.

2

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-ħlas minn qabel ta’ kull xahar fuq il-provvediment għall-ispejjeż li saru mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas u l-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament huwa relatat mad-deċiżjonijiet ta’ clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas.

3

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprovdi:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar in-nefqa li trid tiġi eskluża mill-finanzjament Komunitarju riferit fl-Artikoli 2 u 3 fejn issib illi n-nefqa ma tkunx ġiet effettwata skond ir-regoli Komunitarji.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni sabiex jiġi rrifjutat finanzjament, ir-riżultati tal-kontrolli tal-Kummissjoni u t-tweġibiet mill-Istati Membri interessati għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu ħilthom kollha biex jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed.

Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan ta’ medjazzjoni bejn il-pożizzjonijiet rispettivi f’perjodu taż-żmien ta’ erba’ xhur, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu ddikjarati f’rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u jiġi eżaminat minnha, qabel ma tittieħed deċiżjoni illi jiġi rrifjutat il-finanzjament.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi filwaqt li tqis b’mod partikolari il-livell misjub tan-nuqqas ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura u l-gravità tal-kontravenzjoni u tat-telf finanzjarju sofrut mill-Komunità.

Rifjut għall-finanzjament ma jistax jinvolvi:

a)

in-nefqa riferita fl-Artikolu 2 effettwata qabel l-24 xahar li jippreċiedu l-kominikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli, lill-Istat Membru interessat;

[…]”

4

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprovdi:

“1.   L-Istati Membri għandhom, skond id-disposizzjonijiet nazzjonali stabiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

a)

ikunu sodisdfatti illi t-transazzjonijiet iffananzjati mill-Fond ikunu attwalment imwettqa u mwettqa korrettement;

b)

jipprevjienu l-irregolaritajiet u jittrattawhom [jieħdu proċeduri dwarhom];

ċ)

jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ l-irregolaritajiet jew tan-negliġenza.

[…]”

5

I-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005 fuq il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), abroga r-Regolament Nru 1258/1999 u japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 (Arttikolu 49 tar-Regolament Nru 1290/2005). Madankollu, jipprevedi li b’mod partikolari l-Artikolu 31, dwar il-clearance ta’ konformità, jappika mis-16 ta’ Ottubru 2006 għall-ispejjeż li saret mis-16 ta’ Ottubru 2006.

6

L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru1290/2005 għandu, essenzjalment, l-istess dispożizzjonijiet bħall-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999.

7

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwardja l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEEG (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 31), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/1999, tat-22 ta’ Ottubru 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 335, jipprovdi, fl-Artikolu 8:

“1.   Jekk, bħala riżultat ta’ inkjesta, il-Kummissjoni tikkunsidra illi n-nefqa ma ġietx effettwata skond ir-regoli Komunitarji, għandha tinnotifika lill-Istati Membri fil-kwistjoni bir-riżultati tal-kontrolli tagħha u tindika l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità fil-futur.

Il-komunikazzjoni għandha tirreferi għal dan ir-Regolament. L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn u l-Kummissjoni tista’ timmodifika l-pożizzjoni tagħha bħala konsegwenza. F’każijiet iġġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu taż-żmien permess għat-tweġiba.

Wara li jiskadi ż-żmien permess għat-tweġiba, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru għal diskussjoni bilaterali u l-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom li jilħqu ftehim dwar il-miżuri li jridu jittieħdu u dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u t-telf finanzjarju lill-Komunità. Wara din id-diskussjoni u kull temma taż-żmien ta’ wara d-diskussjoni ffissata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, għall-provvediment ta’ iżjed tagħrif jew, fejn l-Istat Membru ma jaċċettax l-istedina għal laqgħa qabel it-temma taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni, wara li tkun għaddiet din it-temma taż-żmien, il-Kummssijoni għandha formalment tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru, filwaqt li tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/442/KE [...]. Mingħajr preġudizzju għar-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din il-komunikazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ kull nefqa li l-Kummissjoni jkun beħsiebha li teskludi skond l-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament [...] Nru 729/70.

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli dwar il-miżuri korrettivi adottati sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tar-regoli Komunitarji u dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, kif approprjat, tadotta waħda jew iktar mid-deċiżjonijiet skond l-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament [...] Nru 729/70 sabiex teskludi n-nefqa affettwata minn-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli Komunitarji sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri korrettivi.

2.   Id-deċiżjonijiet referiti fl-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament 7(4) tar-Regolament […] Nru 1258/1999 għandhom jittieħdu wara eżami ta’ kull rapport imfassal mill-korp tal-Konċiljazzjoni skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/442/KE.”

8

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament […] (KE) Nru 1290/2005 […] sa fejn ikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 171, p. 90), japplika sa mis-16 ta’ Ottubru 2006 u l-Artikolu 11(1) u (3) jipprovdi, essenzjalment, l-istess proċedura bħal dik prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95.

2. Linji gwida tal-Kummissjoni

9

Il-Linji gwida għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji ġew iddefiniti fid-dokument tal-Kummissjoni Nru VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997, intitolat “Linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-clearance tal-kontijiet tat-taqsima ‘Garanzija’ tal-FAEGG”(iktar ’il quddiem id-“dokument Nru VI/53330/97”).

10

Mill-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, intitolat “Konsegwenzi finanzjarji, għall-clearance tal-kontijiet tat-Taqsima ‘Garanziji’ tal-FAEGG, ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli tal-Istati Membri” jirriżulta li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma kkalkolati fid-dawl, b’mod partikolari, tal-importanza tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata u li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, in-natura u l-gravità tal-ksur kif ukoll id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Komunità (Anness 2 tad-Dokument Nru VI/5330/97, it-tieni paragrafu).

11

L-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi, minn naħa, mod ta’ valutazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja abbażi ta’ “żbalji li jinsabu fil-każijiet individwali”. Dan il-mod ta’ evalwazzjoni għandu irregolaritajiet speċifiċi — jekk ikun il-każ estrapolati — u jwassal għal korrezzjoni speċifika. Dan l-istess anness jipprovdi, fit-tieni lok, mod ta’ valutazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja abbażi ta’ riskji ta’ telf finanzjarju. Dan il-mod ta’ evalwazzjoni għandu irregolaritajiet sistematiċi u jwassal għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, it-tmien sal-ħamsa u għoxrin paragrafi).

12

Skont dan l-aħħar mod ta’ valutazzjoni, rilevanti fil-kuntest tal-verifika tas-sistemi, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet b’rata fissa li jammontaw għal 2 %, 5 %, 10 % jew 25 % tal-ispejjeż iddikjarati, skont il-kobor tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-Komunità li jirriżulta minn nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, it-tmien paragrafu).

13

Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn żewġ kategoriji fost il-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, l-erbatax-il paragrafu).

14

Minn naħa, il-“kontrolli prinċipali” huma l-verifiki fiżiċi u amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu kkontrollati l-elementi dwar il-mertu, b’mod partikolari r-realtà tas-suġġett tat-talba, il-kwantità u l-kundizzjonijiet kwalitattivi, inklużi l-osservanza tat-termini, ir-rekwiżiti tal-ħsad, it-termini tal-ħażna, etc. Dawn jitwettqu fuq il-post u permezz ta’ kontrolli ma’ informazzjoni indipendenti, bħar-reġistri tal-artijiet.

15

Min-naħa l-oħra, il-“kontrolli sekondarji” huma t-tranżazzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiġu ttrattati korrettament it-talbiet, bħalma huma l-verifika tal-osservanza tat-termini li fihom dawn jiġu sottomessi, l-identifikazzjoni ta’ talbiet doppji għall-istess suġġett, l-analiżi tar-riskju, l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet u s-sorveljanza xierqa tal-proċeduri.

16

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ineliġibbli, id-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi erba’ kategoriji ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa:

25 % tal-ispejjeż meta l-implementazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tkun kompletament assenti jew serjament defiċjenti u meta jkun hemm indizji ta’ irregolaritajiet frekwenti ħafna u ta’ negliġenza fil-ġlieda kontra l-prattiċi irregolari jew frowdelenti u li, konsegwentement, hemm riskju ta’ telf partikolarment għoli għall-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG);

10 % tal-ispejjeż meta kontroll jew kontrolli ewlenin diversi ewlenin ma jkunux imwettqa jew jitwettqu tant ħażin jew tant rarament li jkunu ineffikaċi sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ talba jew sabiex ikunu evitati l-irregolaritajiet, u li għaldaqstant għandu jkun raġonevolment permess li jkun konkluż li jeżisti riskju għoli ta’ telf sinjifikattiv għall-FAEGG ;

5 % tal-ispejjeż meta jkunu twettqu l-kontrolli ewlenin kollha, iżda mingħajr ma jkunu saru skont in-numru, il-frekwenza jew id-dettall meħtieġ mir-regolamenti, u li għaldaqstant jista’ jiġi raġonevolment konkluż li dawn il-kontrolli ma jipprovdux il-livell mixtieq ta’ garanzija ta’ regolarità tat-talbiet u li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG huwa sinjifikattiv ;

2 % meta Stat Membru jwettaq il-kontrolli ewlenin b’mod korrett, iżda jonqos kompletament milli jwettaq kontroll jew kontrolli sekondarji, u li, konsegwentement, ir-riskju ta’ telf għall-FAEGG ikun inqas u l-ksur ikun inqas serju.

17

L-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi fl-aħħar nett li “[i] l-ħsara issir iktar gravi jekk Stat Membru jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tiegħu fil-waqt li l-Kummissjoni tkun diġà nnotifikat it-titjib meħtieġ” (Anness 2, is-sitt paragrafu, fl-aħħar).

18

Id-dokument AGRI/61495/2002 jirrigwarda t-trattament mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tat-taqsima “Garanzija” tal-FAEGG, ta’ każijiet fejn ikun hemm rikorrenza ta’ sistemi ta’ kontroll mhux suffiċjenti u intiż li jippreċiża l-prinċipju ta’ rikorrenza previst mid-dokument Nru VI/5330/97. Huwa jipprovdi kif ġej:

“Fil-każ fejn

l-assenza jew il-fatt li ma hijiex suffiċjenti ta’ sistema ta’ kontroll, jew ta’ elementi ta’ din is-sistema, kien is-suġġett ta’ deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG-Garanzija, u

jekk huwa kkonstatat għal perijodu sussegwenti għall-perijodu diġà kkorreġut li l-istess nuqqasijiet jippersistu,

il-Kummissjoni tqis li, suġġett għall-eżami ta’ miżuri korrettivi eventwali jew ta’ kumpens li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru, huwa normalment iġġustifikat li tiġi applikata żieda fir-rati ta’ korrezzjoni b’rata fissa applikati matul il-korrezzjoni preċedenti, minħabba r-riskju ikbar ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

[…]

Sabiex tiġi żgurata n-natura fissa ta’ korrezzjonijiet prevista fid-dokument C 3909 tat-8 ta’ Diċembru 1997 (VI/5330/97), meta l-livell reali tal-ispejjeż irregolari, u għaldaqstant l-ammont ta’ telf finanzjarju imġarrab mill-Komunità, ma jistax jiġi ddeterminat, il-perċentwali li ġejjin huma maħsuba sabiex iservu bħala gwida:

[...]

fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, rata ta’ 10 % fil-livell tal-perjodu kkonċernat;

fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 10 %, rata ta’ mill-inqas 15 % skont il-gravità taż-żieda tar-riskju, fuq livell tal-perijodu ġdid ikkonċernat;

[…]”

Il-fatti li wasslu għall-kawża

19

Permezz tad-Deċiżjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt il-FAEGG, taqsima “Garanzija”, u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament Komunitarju, fir-rigward tar-Repubblika Ellenika, fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, tal-qoton, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, taż-żejt taż-żebbuġa u tal-verifika finanzjarja, l-ammont totali ta’ EUR 179 140 594.66 għas-snin finanzjarji 2002 sa 2006.

20

Il-motivi għall-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni ġew miġbura fil-qosor fir-rapport ta’ sinteżi AGRI-63130-00-2008 tal-11 ta’ Settembru 2008, dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-clearance ta’ konformità, skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (iktar ’il quddiem “ir rapport ta’ sinteżi”).

21

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni applikat il-korrezzjonijiet li ġejjin:

fil-qasam “frott u ħaxix - ipproċessar tal-frott taċ-ċitru”: żewġ korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % ġew imposti, minħabba ħlasijiet b’ċekk u nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, li jammontaw għal EUR 2 289 213 għas-sena 2005 u EUR 385 748 għas-sena 2006;

fil-qasam tal-qoton: minbarra żewġ korrezzjonijiet speċifiċi għal eċċess tal-produzzjoni eliġibbli ta’ ammont ta’ EUR 4 870 264.97 għas-sena 2003 u ammont ta’ EUR 2 143 945.63 għas-sena 2004 mhux ikkontestati, il-Kummissjoni imponiet żewġ korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 5 %, waħda fl-ammont ta’ EUR 27 731 557.37 għas-sena 2002 u l-oħra f’ammont ta’ EUR 32 655 464.17 għall-eżerċizzju 2003;

fil-qasam tal-primjums tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet b’rata fissa minħabba nuqqasijiet fid-database ta’ għall-identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat fil-kontrolli fuq il-post ta’ 10 % għas-sena 2003, ta’ 5 % u ta’ 10 % għas-sena 2004, ta’ 5 % u ta’ 10 % għas-sena 2005 u ta’ 5 % u 10 % għas-sena 2006, jiġifieri korrezzjoni ta’ ammont totali ta’ EUR 14 341 429.92;

fil-qasam tal-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % u 15 % għas-snin 2003 sa 2006, minħabba nuqqasijiet rikorrenti fil-kontroll ta’ siġar taż-żebbuġ, ta’ mtieħen u ta’ produzzjoni, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 83 641 370.78, u

fil-qasam tal-kontroll finanzjarju, għas-sena 2005, il-Kummissjoni imponiet korrezzjoni speċifika f’ammont ta’ EUR 4 521 536.62 minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenzi ta’ ħlas; hija imponiet ukoll korrezzjoni speċifika għal eċċess tal-limiti finanzjarji għal ammont ta’ EUR 6 326 450.77, għas-sena 2004, u ammont ta’ EUR 233 613.43 għas-sena 2005.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

22

B’att imressaq fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Frar 2009, ir-Repubblika Ellenika ppreżentat dan ir-rikors.

23

Billi l-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, il-kawża ġiet assenjata lill-Ħames Awla fit-30 ta’ Settembru 2010. Imħallef Relatur ġdid nħatar fil-15 ta’ Frar 2011 u, peress li dan ġie assenjat lit-Tieni Awla, il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.

24

Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) iddeċidiet li tibda l-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Qorti Ġenerali, għamlet xi mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini mogħtija. It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tal-5 ta’ Ġunju 2012.

25

Ir-Repubblika Ellenika titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla jew tirriforma d-deċiżjoni kkontestata kif hemm spjegat fl-atti tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

26

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Id-dritt

1. Fuq il-portata tar-rikors

27

Fir-rikors, ir-Repubblika Ellenika tqajjem, għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, tnax-il motiv. L-ewwel żewġ motivi jikkonċernaw il-qasam tal-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru. It-tielet motiv jikkonċerna l-qasam tal-qoton. Ir-raba’, il-ħames u s-sitt motivi jikkonċernaw il-qasam tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. Is-seba’, it-tmien u d-disa’ motivi jikkonċernaw il-qasam taż-żejt taż-żebbuġa u l-għaxar, il-ħdax u t-tnax-il motiv jikkonċernaw il-qasam tal-verifika finanzjarja.

28

Waqt is-seduta, ir-Repubblika Ellenika ddikjarat li qed tirrinunzja għar-raba’ u s-seba’ motivi, ibbażati fuq l-inkompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura, li tirrigwarda rispettivament l-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u taż-żejt taż-żebbuġa.

29

Hija wkoll irrinunzjat għall-ħames u t-tmien motivi, ibbażati fuq ksur tat-terminu ta’ 24 xahar previst fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, li jirrigwarda rispettivament l-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u taż-żejt taż-żebbuġa.

30

Fir-rigward tal-qasam tal-verifika finanzjarja, hija rrinunzjat għat-tnax-il motiv, li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2006/137/GR, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, rigward l-għaxar motiv, dwar l-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2005/70/GR, li tirrigwarda l-korrezzjonijiet relattivi, l-ewwel nett, għaż-żoni żvantaġġati, it-tieni nett, ir-ristrutturar u l-konverżjoni mill-ġdid tal-vinji u t-tielet nett, għall-ħlasijiet addizzjonali fil-qasam taċ-ċanga, hija ddikjarat li ser iżżomm dan il-motiv biss sa fejn jirrigwarda ż-żoni żvantaġġati.

31

Fl-aħħar nett, hija ddikjarat li ser tirtira l-kap tat-talbiet intiż għar-riforma tad-deċiżjoni kkontestata.

32

Ittieħed nota dwar dan fil-verbal tas-seduta.

2. Fuq l-ewwel u t-tieni motivi, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal- “frott u ħaxix – ipproċessar ta’ frott taċ-ċitru”

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

33

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 18, p. 31) implementa mekkaniżmu ta’ sostenn finanzjarju għall-produtturi li jorbot, minn naħa, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew prerikonoxxuti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55), u, min-naħa l-oħra, l-ipproċessuri jew l-assoċjazzjonijiet jew għaqdiet legalment ikkostitwiti.

34

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003, tal-1 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 41, p. 232) jipprovdi fl-Artikolu 7(1)(f) li l-kuntratti li għandhom b’mod partikolari l-prezz li għandu jitħallas lil għaqdiet tal-produtturi għal materji primi, li jistgħu jvarjaw b’ varjetà u/jew kwalità u/jew perijodu ta’ kunsinna u għandhom jiġu mħallsa biss fil-bank jew bi trasferiment mill-uffiċċju postali.

35

L-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2111/96 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jivverifikaw ir-reġistri previsti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri, previsti fl-Artikoli 25 u 26 tar-regolament, li jiżguraw li huma jaqblu mal-kontijiet meħtieġa mill-għaqdiet tal-produtturi u proċessuri taħt il-liġi nazzjonali.

36

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 2111/2003, dwar il-kontrolli, jipprevedi:

“1.   Għal kull għaqda tal-produtturi li jikkunsinnaw larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos għall-ipproċessar, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull prodott u sena tas-suq:

[…]

b)

kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

i)

5 % tal-produtturi koperti mill-appalti, sabiex tiċċekja partikolarment li kull prodottur l-erji, l-ħsad totali, l-kwantita kkunsinnata lill-għaqda tal-produttur u l-kwantita kkunsinnata għall-ipproċessar kollha jaqblu mal-pagamenti ta’ l-għajnuna previsti fl-Artikolu 23 u l-pagamenti riċevuti;

[…]

(ċ)

kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex tivverifika li t-total ta’ kwantitajiet tal-prodotti kunsinnati lill-għaqda tal-produtturi mill-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2), t-total tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-ipproċessar, it-total ta’ ċertifikati tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), u t-total ta’ kwantitajiet dikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna kollha jaqblu ma’ l-għajnuna mħallsa skond l-Artikolu 23 u l-pagament rċevuti mill-proċessur;

2.   Għall-proċessuri tal-larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull impjant, prodott u sena tas-suq:

a)

kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

1)

5 % tal-lottijiet irċevuti taħt kull tip ta’ appalt (ta’ skadenza qasira jew multiannwali) biex jivverifikaw li l-kwantitajiet konċernati huma kopruti mill-appalt u minn ċertifikati ta’ kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), l-identifikazzjoni preċiża tal-mezzi ta’ transport użati u t-tħaris tal-ħtieġijiet minimi stabbiliti fl-Anness I;

[…]

(ċ)

kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex jivverifikaw, fuq il-bażi ta’ fatturi maħruġa u rċevuti u fuq il-bażi ta’ data tal-kontijiet, li l-kwantitá ta’ prodott lest miksub minn materji primi rċevuti u l-kwantitajiet ta’ prodotti lesti mixtrija jaqblu mal-kwantitajiet tal-prodotti lesti mibjugħa;

[…]”

37

L- Anness 16 tad-Dokument Nru 17933/2000 tal-Kummissjoni jidentifika l-kontrolli prinċipali u l-kontrolli sekondarji fil-qasam tal-frott taċ-ċitru. B’mod partikolari, l-anness in kwistjoni jiddefinixxi sitt kontrolli ewlenin, li jinkludu dawk il-kontrolli dwar iż-żamma tajba ta’ reġistri u l-konkordanza tagħhom mal-kontabbiltà rikjesta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri.

Rapport ta’ sinteżi

38

Fil-kuntest tal-investigazzjoni bir-referenza FV/2006/315/GR, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu verifiki fil-Greċja mit-3 sas-7 ta’ April 2006. Wara skambju ta’ korrispondenza, saret laqgħa bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi fis-27 ta’ Frar 2007. Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi. Wara l-parir tal-korp ta’ konċiljazzjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha b’ittra tal-21 ta’ Awwissu 2008.

39

Fil-rapport ta’ sinteżi tagħha, instabu ċerti nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà previsti bl-Artikolu 27(1)(b)(i) u bl-Artikolu 27(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2111/2003 kif ukoll bl-Artikolu 27(2)(a)(i)) u bl-Artikolu 27(2)(c) tar-Regolament Nru 2111/2003. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ sinteżi jindika li l-verifiki previsti fl-Artikolu 24(1)(d) tal-imsemmi regolament ma sarux skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’mill-inqas każ wieħed. Barra minn hekk, ġie kkonstatat li d-dokumenti ġustifikattivi li għandhom jakkumpanjaw il-verifiki ħafna drabi kienu nieqsa. Dawn in-nuqqasijiet kienu primarjament dovuti minħabba nuqqas ta’ gwida ċara u l-għarfien limitat tal-ispetturi involuti fil-kontabbiltà. Is-servizzi tal-Kummissjoni kkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw aspetti sostantivi tas-sistema ta’ kontroll u li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni insuffiċjenti tal-kontrolli wassal għal riskju għoli għall-FAEGG. Il-Kummissjoni kkonstatat li nuqqasijiet simili instabu f’investigazzjoni fuq l-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru fl-2003.

40

Barra minn hekk, mill-konstatazzjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni jirriżulta li ħlasijiet ta’ transformatur lill-organizzazzjoni tal-produtturi saru permezz ta’ ċekk, filwaqt li dan it-tip ta’ pagament għandu jsir permezz ta’ trasferiment bankarju jew postali u li fuq dan kien diġà sar kumment mill-Kummissjoni fl-imgħoddi. Mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta wkoll li l-ispetturi li wettqu l-kontrolli ma kinux konxji mir-rekwiżiti Komunitarji u nazzjonali f’dan il-qasam.

41

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, skont il-linji gwida stabbiliti fid-dokument Nru VI/5330/97, kontrolli prinċipali ma sarux skont in-numru u r-rigorożità previsti mir-regolamenti applikabbli u li, barra minn hekk, dan in-nuqqas kien rikorrenti. Hija kkonstatat li l-korrezzjoni preċedenti kienet ta’ 5 % u applikat f’din il-kawża rata ta’ korrezzjoni fissa ta’ 10 % għas-snin 2005 u 2006, peress li l-perijodu rilevanti huwa dak bejn it-30 ta’ Awwissu 2004 sas-sena 2004/2005 inkluż.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

42

Ir-Repubblika Ellenika tqajjem l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tad-dokumenti ta’ gwida tal-Kummissjoni ddefiniti fid-Dokumenti Nri VI/5330/97 u 17933/2000, u t-tieni motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u n-natura sproporzjonata tal-korrezzjonijiet.

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tad-dokumenti Nru VI/5330/97 u 17933/2000

43

Fl-ewwel lok, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli ewlenin saru. Skont hija, fost in-nuqqasijiet identifikati, dawk biss li jikkonċernaw il-kontroll taż-żamma tajba tal-fajls u l-konformità tagħhom mal-kontroll ta’ kontabbiltà jikkostitwixxi kontroll prinċipali ewlieni. Il-korrezzjoni ma setgħetx teċċedi għaldaqstant 2 %.

44

Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, f’din il-kawża, il-Kummissjoni applikat il-korrezzjonijiet finanzjarji inkwistjoni minħabba, b’mod partikolari, nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà previsti fl-Artikoli 24 u 27 tar-Regolament Nru 2111/2003.

45

L-ewwel nett, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li dawn in-nuqqasijiet ġew ikkonstatati, b’mod partikolari, dwar il-verifiki previsti fl-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament Nru 2111/2003, dwar iż-żamma tar-reġistri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u ta’ proċessuri u l-konsistenza tagħhom mal-kontabbiltà imposta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għandu jiġi rrilevat li dan it-tip ta’ kontroll huwa ddefinit bħala kontroll prinċipali mill-Anness 16 tad-dokument Nru 17933/2000, li barra minn hekk ma huwiex ikkontestat mir-Repubblika Ellenika.

46

It-tieni nett, il-korrezzjonijiet fissi kienu wkoll imposti minħabba nuqqasijiet li jirrigwardaw il-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 2111/2003. Issa, dawn il-kontrolli jikkostitwixxu wkoll kontrolli prinċipali. Fil-fatt, dawn huma intiżi b’mod partikolari sabiex jivverifikaw il-konkordanza bejn il-kwantitajiet tal-prodotti kkunsinnati għall-ipproċessar u l-ħlas tal-għajnuna kif ukoll sabiex jivverifikaw, abbażi ta’ fatturi maħruġa u rċevuti u abbażi ta’ data ta’ kontabbiltà, il-konkordanza tal-kwantità ta’ prodotti lesti miksuba jew mixtrija mal-kwantitajiet ta’ prodotti lesti mibjugħa. Għaldaqstant għandhom isiru verifiki rikjesti għall-kontroll tal-elementi ta’ konkordanza dwar il-mertu.

47

Għaldaqstant, fid-dawl tal-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97 u tal-Anness 16 tad-Dokument Nru 17933/2000, ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqasijiet rrilevati f’din il-kawża jikkonċernaw kontrolli prinċipali.

48

Fir-rigward tar-rata ta’ korrezzjoni applikata, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli prinċipali kienu suġġetti ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, u, fid-dawl tan-natura rikorrenti ta’ dawn in-nuqqasijiet, wasslet għar-rata ta’ korrezzjonijiet fissi għal 10 %.

49

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-linji gwida ddefiniti fid-dokument Nru VI/5330/97, li, meta ma jkunx possibbli li jiġi evalwat it-telf subit mill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra korrezzjoni b’rata fissa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2008, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-418/06 P, Ġabra p. I-3047, punt 136).

50

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ineliġibbli, id-dokument Nru VI/5330/97 jipprevedi rata stabbilita ta’ 5 % tal-ispejjeż meta l-kontrolli prinċipali kollha jkunu saru, iżda mingħajr ma jiġi osservat in-numru, il-frekwenza jew ir-rigorożità previsti mir-regolamenti, b’tali mod li jista’ jiġi konkluż li dawn il-kontrolli ma jipprovdux il-livell mistenni ta’ garanzija ta’ regolarità tat-talbiet u li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG huwa sinjifikattiv (ara l-punti 14 u 16 iktar ’il fuq).

51

Dan huwa l-każ f’din il-kawża, meta tirrigwarda n-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli ewlenin, li ma kinux saru skont ir-rigorożità prevista mir-regolamenti, u li dan ma huwiex biss każ ta’ nuqqasijiet ta’ kontrolli sekondarji.

52

Għaldaqstant huwa b’mod żbaljat li r-Repubblika Ellenika ssostni li r-rata ta’ 2 % kellha tiġi applikata f’din il-kawża. L-ilment ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida tal-Kummissjoni ddefiniti fid-dokumenti Nri VI/5330/97 u 17933/2000 għaldaqstant ma jistgħux jiġu aċċettati f’dan ir-rigward.

53

Fit-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-fatt li jiġu rduppjati r-rati ta’ korrezzjoni ma għandha l-ebda bażi legali u tikkontesta n-natura rikorrenti tan-nuqqasijiet ikkonstatati.

54

L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ebda test leġiżlattiv ma jipprevedi l-kunċett ta’ “reċidività”, li ġie stabbilit għall-ewwel darba fid-dokument AGRI/60637/2006, inapplikabbli għas-snin 2005/2006.

55

Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.

56

Fil-fatt, għandu jitfakkar li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (ara l-punti 3 u 6 iktar ’il fuq) jipprovdu li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur imwettaq waqt l-evalwazzjoni tagħha dwar l-ammont li għandu jiġi mwarrab wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet.

57

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenza tal-irregolaritajiet inkwistjoni tista’ għaldaqstant tiġi kkunsidrata bħala fattur aggravanti, li jista’ jiġġustifika ż-żieda tal-korrezzjoni finanzjarja imposta. Iż-żieda inkwisitjoni tista’ f’dan ir-rigward tiġi kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi att li jinsab fil-kuntest tal-istabbiliment tar-rata globali tal-korrezzjoni li għandha tiġi sostnuta mir-Repubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 1999, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-54/95, Ġabra p. I-35, punt 13).

58

Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-ilment li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-rikorrenza tan-nuqqasijiet ikkonstatati ma għandhiex bażi legali adegwata fir-regolamenti applikabbli.

59

Barra minn hekk, ir-regoli li l-Kummissjoni stabbilixxiet fil-linji gwida tagħha, jiġifieri d-dokumenti Nru VI/5330/97, AGRI/61495/2002 u AGRI/60637/2006, huma tali li jirregolaw il-konsegwenzi tal-konstatazzjoni tar-rikorrenza ta’ irregolaritajiet ikkonstatati.

60

Id-dikjarazzjoni tar-Repubblika Ellenika li r-“reċidiva”, bħala ċirkustanza aggravanti, ġiet stabbilita għall-ewwel darba fid-dokument AGRI/60637/2006 hija żbaljata. Fil-fatt, minn naħa, l-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi li “[i]n-nuqqas isir iktar serju jekk Stat Membru jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tagħha filwaqt li l-Kummissjoni diġà nnotifikatlu t-titjib neċessarju”. Min-naħa l-oħra, id-dokument AGRI/61495/2002, li tirreferi għalih ir-Repubblika Ellenika fir-rikors, tirrigwarda t-trattament mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-taqsima “Garanzija” tal-FAEGG, fil-każijiet ta’ rikorrenza ta’ sistemi insuffiċjenti ta’ kontroll u intiż li jippreċiża l-prinċipju ta’ rikorrenza previst fid-dokument Nru VI/5330/97. Huwa essenzjalment jipprovdi li, jekk l-istess nuqqasijiet jippersistu, żieda ogħla ta’ korrezzjoni b’rata fissa applikata matul il-korrezzjoni preċedenti hija possibbli u li, fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, rata ta’ 10 % hija applikata għall-perijodu l-ġdid ikkonċernat (ara l-punt 18 iktar ’il fuq).

61

Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali sabiex tiżdied il-korrezzjoni fil-każ ta’ rikorrenza ta’ irregolaritajiet ikkonstatati għandu jiġi miċħud.

62

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ripetut, għandhom jiġu kkonstatati eżattament l-istess nuqqasijiet bħal dawk fil-passat. Skont hija, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża, peress li s-sistema tjiebet kollha kemm hi u li korrezzjoni ma tistax tiżdied jekk ċerti raġunijiet għal din il-korrezzjoni sparixxew.

63

Għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li, sabiex tikkonkludi li hemm ir-rikorrenza tan-nuqqasijiet ikkonstatati, il-Kummissjoni rreferiet b’mod partikolari għall-investigazzjoni FV/302/2003, li tirrigwarda s-sistema ta’ pproċessar tal-frott taċ-ċitru (Anness 4 tar-rikors), li tat lok għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-33/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 56 sa 58). Fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/302/2003, ġew ikkonstatati nuqqasijiet b’mod partikolari fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, b’mod partikolari fir-rigward tal-verifika tal-konkordanza bejn id-data tar-reġistri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri u l-monitoraġġ ta’ kontabbiltà impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ istruzzjonijiet min-naħa tal-Opekepe (Aġenzija Griega ta’ ħlas u ta’ kontroll tal-għajnuna Komunitarja ta’ linji gwida u ta’ garanzija) lill-prefetturi (nomos) u n-nuqqas ta’ esperjenza tal-persunal responsabbli mill-kontrolli (ara d-dokument tal-4 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni FV/302/2003, b’mod partikolari l-punt 8, kif ukoll is-sentenza Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).

64

Issa, dawn in-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/302/2003 u dawk ikkonstatati f’din il-kawża huma simili, kif jirriżulta mir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 39 iktar ’il fuq) u kif dan ġie kkonstatat mill-korp ta’ konċiljazzjoni.

65

Barra minn hekk, kif ikkonstataw is-servizzi tal-Kummissjoni, in-nuqqasijiet misjuba fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà jinvolvu aspetti sostanzjali tas-sistema ta’ kontroll u n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni insuffiċjenti jwasslu għal riskju għoli għall-FAEGG (ara l-punt 39 iktar ’il fuq). Dawn in-nuqqasijiet kienu għaldaqstant deċiżivi għall-applikazzjoni tar-rati ta’ korrezzjoni li huwa s-suġġett taż-żieda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-352/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 327).

66

Minn dan isegwi li n-nuqqasijiet huma simili, jirrigwardaw l-istess qasam (frott taċ-ċitru), huma attribwibbli lill-istess Stat Membru u kienu kkunsidrati determinati għall-applikazzjoni tar-rati ta’ korrezzjoni li huma s-suġġett taż-żieda. Għalhekk il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkonstatat in-natura rikorrenti ta’ dawn in-nuqqasijiet.

67

Sa fejn ir-Repubblika Ellenika tibbaża fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni FV/2004/312, dwar is-sistema ta’ għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam, sabiex tikkontesta r-rikorrenza, għandu jiġi rrilevat li, kif tenfasizza l-Kummissjoni u kif dan jirriżulta mir-rapport ta’ sinteżi li jiġbor fil-qosor il-pożizzjoni tal-Kummissjoni qabel il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, l-imsemmija rikorrenza ma hijiex ibbażata fuq ir-riżultati tal-imsemmija investigazzjoni, iżda fuq dawk tal-investigazzjoni FV/302/2003 dwar l-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru.

68

Għaldaqstant, l-argument tar-Repubblika Ellenika li ma hemmx nuqqasijiet ripetuti hija, f’din il-kawża, miċħuda.

69

Barra minn hekk, l-argument ibbażat fuq li l-eżistenza ta’ titjib tostakola l-konstatazzjoni ta’ rikorrenza għandu jiġi miċħud ukoll. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika tallega b’mod ġenerali li s-sistema tjiebet mingħajr ma jiġi stabbilit li dan it-titjib jikkonċerna preċiżament in-nuqqasijiet determinanti inkwistjoni f’din il-kawża. Barra minn hekk, hija tiċċita l-konklużjonijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, stabbiliti fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/2004/312 li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ tadam, li ma huwiex rilevanti f’din il-kawża (ara l-punt 67 iktar ’il fuq).

70

Għaldaqstant, l-argumenti li l-korrezzjonijiet finanzjarji ma setgħux jiżdiedu f’din il-kawża għandhom jiġu miċħuda.

71

It-tielet nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ż-żieda tal-korrezzjoni ma tistax tkun awtomatika u għandha tkun motivata, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża.

72

Fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ dan l-argument, il-Qorti Ġenerali tirrileva li din tqajmet fil-punt 18 tar-rikors u hija għaldaqstant ammissibbli, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni fil-kontroreplika.

73

Fir-rigward tal-fondatezza tagħha, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest partikolari tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni għandha titqies bħala suffiċjenti meta l-Istat Membru li jkun id-destinatarju tagħha jkun ġie involut mill-qrib fil-proċess ta’ tħejjija ta’ din id-deċiżjoni u kien jaf ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li s-somma inkwistjoni ma tiġix iffinanzjata mill-FAEGG (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ Settembru 2001, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-263/98, Ġabra p. I-6063, punt 98 ; tad-9 ta’ Settembru 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-332/01, Ġabra p. I-7699, punt 67; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2009, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, T-55/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 125).

74

F’din il-kawża, mill-elementi tal-proċess jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ġiet assoċjata mal-proċess ta’ żvilupp tad-deċiżjoni kkontestata u li l-kwistjoni tar-rikorrenza tan-nuqqasijiet inkwistjoni ġiet invokata fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, b’mod partikolari fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2008, fil-minuti tal-laqgħa tal-4 ta’ April 2007, fl-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni u fir-rapport ta’ sinteżi. B’hekk mill-elementi tal-proċess jirriżulta li r-Repubblika Ellenika kienet taf l-elementi li mmotivaw iż-żieda inkwistjoni, u b’mod partikolari l-irregolaritajiet suġġetti għal korrezzjonijiet, id-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja preċedenti, ir-rata ta’ korrezzjoni preċedenti u ż-żieda applikata kif ukoll l-eżistenza tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

75

L-argument ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni taż-żieda tal-korrezzjonijiet b’hekk għandu jiġi miċħud ukoll u, għaldaqstant, l-ewwel motiv kollu kemm hu.

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u n-natura sproporzjonata tal-korrezzjonijiet imposti

76

L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, previsti mill-Artikoli 24 u 27 tar-Regolament Nru 2111/2003, saru skont rati ogħla minn dawk previsti mit-testi, għalkemm it-traċċabbiltà tagħhom ma ġietx stabbilita.

77

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2001, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C-278/98, Ġabra p. I-1501, punt 38, u tal-24 ta’ Frar 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-300/02, Ġabra p. I-1341, punt 32; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2008, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-266/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 97).

78

Barra minn hekk, rigward ir-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova fil-qasam tal-approvazzjoni tal-kontijiet, għandu jitfakkar li hija l-Kummissjoni li, sabiex tipprova l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, hija obbligata mhux li tipprova b’mod eżawrjenti n-nuqqas ta’ kontrolli mwettqa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali jew l-irregolarità taċ-ċifri trażmessi minnhom, iżda li tippreżenta element ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli li hija ssib fir-rigward ta’ dawn il-kontrolli jew dawn iċ-ċifri. Dan it-tnaqqis tal-oneru tal-prova li tgawdi minnu l-Kummissjoni huwa dovut għall-fatt li huwa l-Istat Membru li jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiġbor u jivverifika d-data neċessarja għall-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u li, bħala konsegwenza, għandu l-obbligu li jippreżenta l-prova l-iktar dettaljata u kompluta tal-veraċità tal-kontrolli tiegħu jew taċ-ċifri tiegħu u, jekk ikun il-każ, tal-ineżattezza tal-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2001, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-247/98, Ġabra p. I-1, punti 7 sa 9, u tad-19 ta’ Ġunju 2003, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-329/00, Ġabra p. I-6103, punt 68).

79

F ’din il-kawża jirriżulta mill-elementi tal-proċess, u b’mod partikolari mill-minuti tal-laqgħa bilaterali, li n-nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà kkonstatati f’din il-kawża ma kinux ġew kontradetti minn provi dokumentati li kienu jsostnu l-argumenti tar-Repubblika Ellenika.

80

Mill-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni jirriżulta wkoll li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika, li dawn il-kontrolli twettqu, iżda ma kinux iddokumentati tajjeb, ma humiex sostnuti minn provi tanġibbli. Ir-Repubblika Ellenika stess tammetti li t-traċċabbiltà tal-kontrolli ma hijiex immedjatament viżibbli. Hija tammetti wkoll in-nuqqasijiet dwar l-obbligu ta’ investigazzjoni rigward il-kontrolli ta’ kontabbiltà.

81

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tenfasizza li adottat linji gwida ġodda fl-2006 sabiex tirrimedja għan-nuqqasijiet ikkonstatati.

82

Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li tali argument ma huwiex tali li jikkumpensa għal nuqqas ta’ kontrolli suffiċjenti ikkonstatat għas-snin preċedenti inkwistjoni f’din il-kawża.

83

Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà huma żbaljati u li l-korrezzjonijiet ma humiex iġġustifikati f’dan ir-rigward.

84

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-ħlas permezz b’ċekk jikkostitwixxi każ iżolat u li l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % hija sproporzjonata.

85

F’din il-kawża, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet magħmula fil-qasam tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà eżaminati qabel, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-konstatazzjoni ta’ ħlas b’ċekk ma kienx jikkostitwixxi l-unika bażi għall-korrezzjonijiet f’din il-kawża.

86

Għaldaqstant, l-argumenti tar-Repubblika Ellenika sabiex jistabbilixxu n-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni imposta minħabba l-ħlas permezz ta’ ċekk għandhom jiġu miċħuda.

87

It-tieni motiv għaldaqstant għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

88

Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ma għamlet ebda argument sabiex tikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija timponi l-korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % għall-qasam tal-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru.

3. Fuq it-tielet motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal-qoton

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

89

L-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton hija rregolata b’mod partikolari mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 332), li jistabbilixxi r-regoli ġenerali tas-sitema ta’ għajnuna għall-qoton u li tabroga r-Regolament (KE) Nru 2169/81 (ĠU L 148, p. 48). Skont l-Artikolu 23 tiegħu, ir-Regolament Nru 1554/95 daħal fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jiġifieri l-1 ta’ Ġunju 2001, u huwa applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

90

Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1051/2001, is-sena kummerċjali għandha tibda mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

91

L-Artikolu 11(d) u l-Artikolu 12(1)(d) tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdu li, sabiex ikunu benefiċjarji tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton, l-impriżi ta’ ħżin għandhom juru li l-qoton saritlu dikjarazzjoni tal-arji msemmija fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament.

92

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdi li l-Istati Membri produtturi għandhom jistabbilixxu sistema ta’ dikjarazzjonijiet tal-plottijiet miżrugħa, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-qoton kopert bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkun tal-oriġini ddikjarata.

93

Sabiex jitqiesu l-għanijiet ambjentali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxi u jadottaw il-miżuri ambjentali li jqisu li jkunu adattati sabiex jirregolaw l-użu tal-art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton (premessa 13 tar-Regolament Nru 1051/2001). B’hekk, l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdi:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għas-settur tal-qoton:

miżuri biex jittejjeb l-ambjent, b’mod partikolari t-teknika tal-koltivazzjoni biex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent,

programmi ta’ riċerka biex jiġu żviluppati metodi ta’ tkabbir li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent,

mezzi biex jgħarrfu lill-produtturi dwar ir-riżultati ta’ dik ir-riċerka u l-vantaġġi tal-użu tat-teknika kkonċernata.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ambjentali li jqisu addattati minħabba s-sitwazzjoni speċifika ta’ l-arji agrikoli użati għall-produzzjoni tal-qoton. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ifakkru lill-produtturi li huma jkunu meħtieġa jikkonformaw mal-leġislazzjoni dwar l-ambjent.

3.   L-Istati Membri għandhom, fejn ikun approprjat, irażżnu l-arji eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni tal-qoton mhux maħluġ fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi relatati ma’:

l-ekonomija agrarja ta’ dawk ir-reġjuni fejn il-qoton ikun wiċċ prinċipali,

il-ħamrija u l-klima fl-arji in kwistjoni,

l-immaniġġar ta’ l-ilma tat-tisqija,

is-sistemi tar-rotazzjoni u l-metodi tal-koltivazzjoni li x’aktarx itejbu l-ambjent.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, ir-Repubblika Griega u r-Renju ta’ Spanja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sitwazzjoni ambjentali fis-settur tal-qoton u l-impatt tal-miżuri nazzjonali adottati skond il-paragrafi 1, 2 u 3.”

94

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1591/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 237), abroga r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1208/89, tat-3 ta’ Mejju 1989, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton (ĠU L 123, p. 23), u, skont l-Artikolu 19 tiegħu, huwa applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

95

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1591/2001, dwar id-dikajrazzjonijiet ta’ arju miżrugħa, jipprevedi:

“Qabel id-data finali ffissata mill-Istat Membru, kull min ikabbar il-qoton fil-Komunità għandu jibgħat formola ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna taż-żona, kif provdut taħt is-sistema integrata ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll, permezz ta’ dikjarazzjoni taż-żoni miżrugħa għas-sena tal-marketing li tkun ġejja. Il-biċċa jew il-bċejjeċ ta’ art agrikoli konċernati għandhom jiġu identifkati skond is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta’ art agrikoli kif ipprovdut taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll. Fejn japplika, dawk li jkabbru għandhom jibagħtu dikjarazzjoni korretta li tkun tagħti kont taż-żona attwalment miżrugħa bil-qoton sal-jum iffissat mill-Istat Membru, u mhux aktar tard mill-31 ta’Mejju li jiġi qabel is-sena tal-marketing konċernata.”

96

L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1591/2001 jipprevedi li, għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, id-dikjarazzjonijiet tal-arja intiża fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1201/89 ippreżentati qabel l-1 ta’ Settembru 2001 huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għad-dikajrazzjonijiet ta’ arji msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1591/2001.

97

L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1591/2001, dwar il-kontrolli, jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001 sat-23 ta’ Awwissu 2002:

“1.   Il-korp ta’ l-ispezzjoni maħtur mill-Istat Membru produttur għandu jivverifika:

a)

li d-dikjarazzjonijiet taż-żoni miżrugħa għall-qoton huma eżatti, permezz ta’ verifiki fuq il-post li jirrelataw għal mhux anqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet ;

[…]

f)

permezz ta’ verifiki doppji, li l-bċejjeċ ta’ l-art agrikoli msemmija fil-kuntratti jikkorrispondu ma’ dawk dikjarati minn dawk li jkabbru fid-dikjarazzjoni tagħhom taż-żoni miżrugħa għall-qoton.

2.   Fejn jinstabu irregolaritajiet b’konnessjoni mad-dikjarazzjoni taż-żoni referiti fl-Artikolu 9, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-penali referiti fl-Artikolu 14(1), għandha tingħata għajnuna għall-kwantità ta’ qoton li jkun issodisfa l-ħtiġiet l-oħra kollha.

3.   Meta diversi korpi jkunu responsabbli għall-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ koordinazzjoni għal dan il-għan.”

98

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2002, tad-19 ta’ Awwissu 2002, li jemenda r-Regolament Nru 1591/2001 (ĠU L 223, p. 3), applikabbli mit-23 ta’ Awwissu 2002, issostitwixxa, għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1591/2001, id-dispożizzjoni taħt a) bit-termini li ġejjin:

“li d-dikjarazzjonijiet taż-żoni miżrugħa għall-qoton huma eżatti, permezz ta’ verifiki fuq il-post li jirrelataw għal mhux anqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet;”

Rapport ta’ sinteżi

99

Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet u li għandhom ir-riferenzi OT/2003/01/GR u OT/2003/03/GR, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Greċja, rispettivament mill-31 ta’ Marzu sal-4 ta’ April 2003 u mill-20 ta’ Ottubru sal-24 ta’ Ottubru 2003, għall-għajnuna fil-produzzjoni tal-qoton għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002 u 2002/2003. Wara skambju ta’ korrispondenza, saret laqgħa bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi fit-8 ta’ Diċembru 2005. Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi. Wara l-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni tal-21 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha b’ittra tas-6 ta’ Awwissu 2008.

100

Minbarra l-konstatazzjonijiet dwar l-eċċessi ta’ produzzjoni eliġibbli, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrappurtaw nuqqasijiet ta’ kontrolli, imqassra fil-rapport ta’ sinteżi.

101

Fl-ewwel lok, rigward is-sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll (iktar ’il quddiem l-“SIĠK”), id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkunsidraw li, għalkemm id-dikjarazzjonijiet tal-arji miżrugħa kienu inklużi fid-dikjarazzjoni tal-arji SIĠK, il-kompatibbiltà taż-żewġ sistemi ma kinitx suffiċjentement żgurata, kif dan diġà ġie kkonstatat għas-snin 1997/98 sa 2000/2001. B’mod partikolari:

ġew irrilevati inkonsistenzi bejn id-dokumenti differenti (kuntratti bejn il-bdiewa u l-ħallieġa, dikjarazzjonijiet SIĠK ta’ arji tal-qoton) li ma kinux manifestament ġew innutati mill-awtoritajiet Griegi u li jqgħedu f’dubju l-effikaċja tal-kontroverifiki u konsegwentement il-kredibbiltà tal-informazzjoni użata mill-ħallieġa sabiex jiġi vverifikat li l-qoton ikkunsinnat kien suġġett ta’ dikjarazzjoni taż-żoni;

il-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti responsabbli għad-database tas-SIĠK u dawk responsabbli mill-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton kienet ġeneralment ikkunsidrata bħala insuffiċjenti; fil-fatt, id-dipartimenti tal-Opekepe kellhom biss għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni dwar il-qoton fid-dikjarazzjonijiet tal-arji, li ma kienx jippermttilhom li jkopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-arji miżrugħa bil-qoton; bl-istess mod, id-dipartimenti responsabbli mis-SIĠK ma kkomunikaw ebda anomalija lid-dipartimenti responsabbli għall-qoton fl-2001/2002 u 2002/2003, anki jekk it-telerilevament (remote sensing) kien juri arji mhux iddikjarati jew iddikjarati ħażin.

102

Fit-tieni lok, dwar il-kontroll tal-miżuri ambjentali, ir-rapport ta’ sinteżi jenfasizza li r-riforma tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton fl-2001 introduċa miżuri ambjentali li n-natura tagħhom kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ kontrolli u ta’ sanzjonijiet kellu jiġi ddefinit mill-Istat Membru. Ġie kkonstatat li r-Repubblika Ellenika kienet stabbilixxiet, fost dawn il-miżuri, il-limitazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni, l-iffissar ta’ effiċjenza massima u l-osservanza ta’ kodiċi ta’ prattika tajba fosthom rotazzjoni mandatorja tal-uċuħ tar-raba’.

103

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkontestaw in-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ dawn il-miżuri ambjentali u n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sanzjonijiet. B’mod partikolari, il-kontroll amministrattiv tan-nuqqas ta’ eċċess tal-qligħ massimu stabbiliti għal kull produttur kien ikkunsidrat bħala insuffiċjenti. Bl-istess mod, il-kontrolli fuq il-post ta’ arji, magħmula wara l-aħħar ħsad u għaldaqstant tard wisq sabiex tiġi vverifikata l-kredibbiltà tal-qligħ iddikjarat, kellhom jiġi orjetnati lejn l-iskoperta ta’ arji tal-qoton mhux iddikjarati u l-kontroll tal-osservanza tal-osservanza tal-kodiċi ta’ prattika tajba. Pereżempju, l-arji ddikjarati tal-qoton kienu kkontrollati biss, li ma jippermettix li jiġu magħrufa l-oqsma tal-qoton iddikjarati fil-qamħ jew fi ħsad ieħor. Fl-aħħar nett, ġie rrilevat li l-ebda kontroll tal-osservanza tal-kodiċi ta’ prattika tajba ma kien sar.

104

Fil-kuntest tal-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2008, il-korp ta’ konċiljazzjoni stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li, minħabba d-data tad-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet ambjentali f’din is-sistema ta’ għajnuna, il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tiġi invokata bħala kriterju ġuridikament vinkolanti għall-għoti tal-għajnuna Komunitarja għall-qoton imkabbar fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

105

F’ittra tas-6 ta’ Awwissu 2008, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkomunikaw il-pożizzjoni finali tagħhom li fiha l-korrezzjoni proposta nżammet. Huma enfasizzaw li d-data tal-1 ta’ Settembru kienet id-data tal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ma jfissirx li l-miżuri ta’ kontroll tal-arji (u b’mod partikolari restrizzjonijiet ambjentali) jkunu fakultattivi fl-ewwel sena, il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà adatti għat-tranżazzjonijiet ta’ prekummerċjalizzazzjoni kellhom ikunu kkontrollati qabel il-bidu tal-kummerċjalizzazzjoni. Huma enfasizzaw ukoll li l-kontenut tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-qoton kien magħruf qabel l-1 ta’ Ġunju 2001 u li l-awtoritajiet Griegi deliberatament għażlu li japplika l-ewwel sena fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1051/2001 jadottaw deċiżjoni ministerjali fix-xahar ta’ Frar 2001, li tinkludi rotazzjoni vinkolanti u tnaqqis fl-arji miżrugħa bil-qoton, u dan ma wassalx għal ebda kontroll fil-livell tal-bdiewa.

106

Fit-tielet lok, dwar il-kontrolli fuq il-post tal-arji, l-ewwel nett, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkunsidraw li, għas-sena 2001/2002, l-għażla tal-irziezet għall-kontroll għal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton ma kienet ibbażata fuq l-ebda analiżi tar-riskju, peress li l-metodu ta’ għażla każwali ma huwiex adattat tajjeb għar-riskji marbuta ma’ din is-sena (kxif ta’ arji ta’ qoton mhux iddikjarati, kxif ta’ ksur tal-prattiki agrikoli tajbin). Għalkemm il-proċess ta’ għażla jidher li nbidel għas-sena 2002/2003, din il-proċedura ġiet iġġudikata insodisfaċenti, minħabba li inkludiet elementi ta’ riskji mhux marbuta mal-qoton (għażla SIĠK) u ma ppermettietx li jittieħed biżżejjed inkunsiderazzjoni qligħ atipiċi osservat matul is-sena. Konsegwentement, ġie kkunsidrat li t-tibdil li sar fl-għażla ma ppermettiex li jitjieb biżżejjed il-mekkaniżmu sabiex dan ikopri r-riskji assoċjati man-nuqqas li jkunu ddikjarati l-arji kollha.

107

It-tieni nett, l-implementazzjoni ta’ kontrolli fuq il-post kienet meqjusa bħala tardiva wisq u li ma tippermettix li jiġu ddeterminati l-limiti ta’ diversi plottijiet żgħar ta’ qoton ta’ spiss mmaterjalizzati biss mit-tibdil fil-varjetajiet tal-qoton li differenzi tagħhom jidhru fuq il-weraq u l-frott, fil-waqt li l-kejl tal-arja maħduma jista’ jsir bi kwalità suffiċjenti biss jekk il-frott għandu jinsab fir-raba’, skont l-istandards stipulati fil-kuntest tas-SIĠK. Barra minn hekk, huwa biss fit-22 ta’ Jannar 2008, wara l-istedina tal-korp ta’ konċiljazzjoni, li l-awtoritajiet Griegi pprovdew data dwar id-dati għat-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post, li minnhom jirriżulta, skont id-dipartimenti tal-Kummissjoni, ebda indikazzjoni kredibbli tal-proporzjon ta’ kontrolli tardivi, peress li numru kbir ta’ dati (mill-inqas sittax-il każ) huma inverosimili. Barra minn hekk, apparti minn dawn l-inkonsistenzi, l-eżistenza ta’ kontrolli tardivi (wara Jannar) tidher li hija kkonfermata, għal ħames distretti fl-2001/2002 u seba’ distretti fl-2002.

108

It-tielet nett, ġie ikkonstatat ukoll li, fl-2001/2002, l-istruzzjonijiet lill-kontrolluri ma kienu jipprovdu ebda formalizzazzjoni ta’ kejl u lanqas ta’ traċċabbiltà tal-limiti ta’ tolleranza tekniċi aċċettati u li din bilkemm tjiebet fl-2002/2003 meta Opekepe bdiet twettaq il-kontrolli fuq il-post.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

109

Fir-rigward tas-settur tal-qoton, ir-Repubblika Ellenika tqajjem motiv ibbażat fuq in-natura inġustifikata u sproporzjonata ta’ 5 % applikata għas-snin finanzjarji 2002 u 2003 u fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

110

Dan il-motiv huwa maqsum f’ħames partijiet. L-ewwel u t-tieni partijiet huma bbażati fuq in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni finanzjarja, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames taqsimiet huma bbażati fuq in-natura allegatament żbaljata dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK, il-miżuri ambjentali u l-kontroll fuq il-post tal-arji.

111

Il-Qorti Ġenerali ser teżamina t-tielet, ir-raba’ u l-ħames partijiet qabel ma teżamina l-ewwel żewġ partijiet ta’ dan il-motiv.

Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK

112

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK u ssostni fuq l-effikaċja tal-kontroverifiki. Hija tiddeskrivi l-proċedura li biha l-produtturi jiddikjaraw l-arji maħduma tas-SIĠK u tenfasizza li l-għajnuna għall-qoton ma hijiex marbuta mal-arja, iżda mħallsa skont il-kwantità tal-qoton mogħti mill-produtturi għall-fabbrika tal-ħalġ, li hiha kkontrollata. Hija żżid li l-fatt li s-SIĠK għandha xi nuqqasijiet, spjegati fl-ittra tagħha tas-26 ta’ Novembru 2004, mibgħuta mill-Kummissjoni, ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji.

113

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton mas-SIĠK ġiet istitwita bir-Regolament Nru 121/89, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru°1740/97, tal-5 ta’ Settermbru 1997 (JO L 244, p. 1), sabiex tissaħħaħ il-ġestjoni u s-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna għall-qoton u jiġi evitat ir-riskju ta’ pagament doppju fuq istess arji. Il-premessa 9 tar-Regolament Nru 1591/2001, li ħassar ir-Regolament Nru 1201/89, jipprovdi wkoll li, sabiex jiġi żgurat li l-qoton kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna huwa ta’ oriġini proprja, għandu jkun possibbli li jkunu identifikati żoni miżrugħa għall-qoton permezz tas-sistema li tidentifika l-bċejjeċ ta’ art agrikoli kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, tas-27 ta’ Novembru 1992, li jwaqqaf sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [ĠU,) Dan jimplika li ż-żewġ sistemi jikkomunikaw u jistgħu jiskambjaw data, b’mod partikolari abbażi ta’ kontrolli addizzjonali, previsti fl-Artikolu 13(1)(f) tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 97 iktar ’il fuq).

114

Skont il-ġurisprudenza, l-Istat Membru li kontra tiegħu l-Kummissjoni ġġustifikat l-assenza jew in-nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ funzjonament tal-FAEGG, taqsima “garanzija”, ma jistax jinvalida l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni mingħajr ma jsostni l-allegazzjonijiet tiegħu permezz ta’ elementi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll affidabbli u li taħdem. Jekk huwa ma jirnexxilux jipprova li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni ma humiex eżatti, dawn jikkostitwixxu elementi li jistgħu jqajmu dubji serji rigward l-implementazzjoni ta’ sistema xierqa u effettiva ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2000, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-46/97, Ġabra p. 1-5719, punt 58).

115

F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax fid-dettall in-nuqqasijiet ikkonstatati fis-sistema ta’ kontroll inkwistjoni. Hija tafferma biss li n-nuqqasijiet tas-SIĠK ma influwenzawx ir-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji u li l-kontrolli li hija wettqet kienu suffiċjenti, peress illi dawn kienu jikkonċernaw il-kwantitajiet ta’ qoton imwassla mill-produtturi lill-fabbrika tal-ħalġ u tal-qligħ.

116

Madankollu, l-eżistenza ta’ tali kontrolli ma hijiex suffiċjenti sabiex ittaffi n-nuqqasijiet rilevati fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 101 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom japplikawhom mingħajr ma jkun neċessarju li jevalwaw il-mertu tal-argument tagħhom li sistema ta’ kontroll differenti eventwalment applikata hija iktar effettiva (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2002, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-130/99, Ġabra p. I-3005, punt 87).

117

Barra minn hekk, fil-każ tan-nuqqasijiet identifikati fil-kontroll tal-plottijiet, ir-Repubblika Ellenika tirreferi għall-ittra tas-26 ta’ Novembru 2004, mibgħuta lill-Kummissjoni. F’din l-ittra, hija tispjega b’mod partikolari li dawn in-nuqqasijiet huma dovuti għal żbalji ta’ traskrizzjoni tal-arji meta r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post daħlu fil-fajl li jiġbor fil-qosor il-kontrolli sussegwentement sabiex jaġġorna l-fajl kompjuterizzat tal-kontrolli fuq il-post (punt 27 tal-ittra tas-26 ta’ Novembru 2004).

118

Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika b’hekk tispjega r-raġunijiet għall-iżbalji kkonstatati, mingħajr b’dan il-mod ma turi n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni u mingħajr ma tasal li telimina d-dubji eżistenti dwar l-effettività tas-sistema ta’ kontroll.

119

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-“preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-arja” saret kriterju ta’ eliġibbiltà mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1486/2002, applikabbli mill-perijodu 2002/2003, li għaldaqstant hija inapplikabbli f’din il-kawża.

120

F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali tirrileva li d-dikjarazzjoni ta’ arja tal-qoton prevista mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 95 iktar ’il fuq) qabel l-emenda tal-imsemmi regolament bir-Regolament Nru 1486/2002 u kif diġà kien previst bl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1201/89, emendat bir-Regolament Nru 1740/97 (ara l-punt 96 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, il-kontroll tal-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet ta’ arji ta’ qoton b’kontroll fuq il-post li jkopri mill-inqas 5 % tad-dikjarazzjonijiet huwa wkoll previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 97 iktar ’il fuq), qabel l-emenda tal-imsemmi regolament bir-Regolament Nru 1486/2002 u qabilha bl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1201/89. L-emenda magħmula f’dan ir-rigward mir-Regolament Nru 1486/2002 tikkonsisti biss f’li jiġi ċċarat li l-kontroll fuq il-post għandu jsir sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni (ara l-punt 98 iktar ’il fuq).

121

Għaldaqstant, dan l-argument huwa infondat.

122

Għaldaqstant it-tielet parti ta’ dan il-motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni li jirrigwardaw il-miżuri ambjentali

123

Għandu jitfakkar li r-riforma tas-sistema tas-sistema tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton fl-2001, permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001, introduċiet l-obbligu għall-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri ambjentali li huma jikkunsidraw xierqa (ara l-punt 93 iktar ’il fuq). Ir-Repubblika Ellenika, permezz ta’ dawn il-miżuri, imponiet il-limitazzjoni tal-arja tal-produzzjoni, l-iffissar ta’ effiċjenza massima u l-osservanza ta’ kodiċi ta’ prattiki tajba fosthom ir-rotazzjoni obbligatorja tal-uċuħ tar-raba’. Dawn il-miżuri jirriżultaw mill-ypourgikes apofaseis (digrieti ministerjali) tat-28 ta’ Frar 2001 u tal-4 u l-10 ta’ Mejju 2001, adottat wara djalogu estensiv mal-produtturi, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika.

124

Qabel kollox, ir-Repubblika Ellenika ssostni li r-riżultati tal-kontrolli ma setgħux jiġu nnotati immedjatament meta l-miżuri ambjentali ġew adottati fl-2001.

125

F’dan il-kawża, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-Kummissjoni, meta imponiet il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % minħabba l-insuffiċjenza tal-kontrolli tal-kundizzjonijiet ambjentali inadegwati, ma tikkontestax l-effikaċità jew il-fondatezza tal-miżuri ambjentali adottati, iżda n-nuqqas ta’ kontroll tal-osservanza tal-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, l-argument tar-Repubblika Ellenika, li l-effikaċità tal-miżuri ambjentali adottati jirrikjedu ż-żmien, hija irrilevanti f’din il-kawża.

126

Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontroll tal-osservanza tal-miżuri ambjentali sar b’mod xieraq.

127

Madankollu, il-Qorti Ġenerali tirrileva li din l-affermazzjoni ma hijiex sostnuta mill-elementi fil-proċess.

128

Fil-fatt, fir-rigward, fl-ewwel lok, il-kontroll tal-qligħ, ir-Repubblika Ellenika indikat li għamlet kontrolli b’remote sensing sabiex tikontrolla l-qligħ fiż-żoni fejn ġie osservat eċċess. Madankollu, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li, għas-sena 2001/2002, l-ebda data ma ġiet ipprovduta u, għas-sena 2002/2003, id-data pprovduta turi li 7.5 % biss tal-każijiet ta’ qligħ atipiku li ġie kkontrollat. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika irreferiet għall-metodu tal-medju tal-qligħ għat-tliet snin preċedenti u għall-kontroll ta’ qligħ b’ejkers. Madankollu, dawn l-argumenti ma jurux l-eżistenza ta’ kontrolli li bihom jista’ jiġi vverifikat individwalment jekk il-benefiċjarji kienu ssodisfaw l-obbligi imposti mill-imsemmija miżuri. Kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-għajnuna għaldaqstant setgħet tingħata lil produtturi li mhux neċessarjament kienu osservaw il-miżuri ambjentali.

129

Bl-istess mod, meta hija semmiet, fit-tieni lok, it-tnaqqis tal-arji maħduma tal-qoton, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxix l-eżistenza ta’ kontroll individwalizzat f’dan ir-rigward.

130

Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-kontroll tal-prattiki tajba, ir-Repubblika Ellenika indikat hija stess, matul il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, li l-kontroll dirett tagħhom kien diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jinkiseb. Hija ssostni li implementat indikaturi, bħall-miżura ta’ “produzzjoni indikativa stabbilita” (produzzjoni awtorizzata indikattiva), intiża għal kontroll komplet sabiex jiġi limitat l-użu ta’ pestiċidi u ta’ fertilizzanti. Madankollu, hija l-implementazzjoni tal-miżuri ġenerali għat-titjib tal-indikaturi ambjentali li ma jistabbilixxux l-eżistenza ta’ kontroll individwali mill-produttur tal-osservanza tal-miżuri implementati.

131

L-argument tar-Repubblika Ellenika li l-kontroll tal-osservanza tal-miżuri ambjentali seħħ b’mod xieraq għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

132

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tenfasizza, fir-replika tagħha, ir-riżervi tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni dwar il-possibbiltà li jkunu applikati għall-qoton diġà miżrugħ il-miżuri ambjentali introdotti bl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001, applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

133

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li, fil-kuntest tal-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2008, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li, minħabba d-data tad-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet ambjentali f’din is-sistema ta’ għajnuna, il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet setgħet ġiet invokata bħala kriterju legalment vinkolanti għall-għoti tal-għajnuna Komunitarja għall-qoton li tkabbar fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

134

Fil-pożizzjoni finali tagħha, il-Kummissjoni sostniet li l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001 kien applikabbli għall-miżuri ambjentali, adottati mir-Repubblika Ellenika għas-sena 2001/2002. Skont hija, essenzjalment, id-data tal-1 ta’ Settembru 2001 jimmarka l-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-qoton miżrugħ fl-2001 u kkummerċjalizzat fil-Ħarifa 2001, iżda jibqa’ l-fatt li l-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi għat-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni, fosthom iż-żriegħ, għandhom jiġu kkontrollati qabel.

135

Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax dan l-argument. Fil-fatt, hija tirreferi biss, fil-kuntest tar-replika, għar-riżervi tal-korp ta’ konċiljazzjoni mingħajr ma tipproduċi argumenti sostenuti sabiex tirrispondi għall-argumenti tal-Kummissjoni.

136

Sa fejn l-argument tagħha, li ma jirriżultax mir-rikors, jista’ jiġi kkunsidrat bħala relatat mal-ilment dwar il-miżuri ambjentali u, għaldaqstant, bħala ammissibbli fis-sens tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandu jiġi kkonstatat li ma huwa bl-ebda mod sostnut.

137

Barra minn hekk, l-argument li l-miżuri preċiżi tar-Regolament Nru 1051/2001 ma kinux għadhom magħrufin għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika stess adottat il-miżuri ambjentali u ma tikkontestax li dawn il-miżuri ambjentali kienu applikabbli immedjatament, Għall-kuntrarju, hija ssostni li l-imsemmija miżuri kienu diġà suġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li dawn kienu applikabbli. Peress li hija kienet iddeċidiet li tadotta dawn il-miżuri għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1051/2001 mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, għaldaqstant hija kellha tissorvelja l-osservanza mill-produtturi tal-qoton. Barra minn hekk, kif enfasizzat il-Kummissjoni fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, mill-premessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2002, tal-31 Lulju 2002, li jiffissa għall-kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, il-produzzjoni Griega attwali ta qoton mhux maħluġ kif ukoll inaqqsu l-prezz ta’ mira u l-varjanza tirriżulta għas-sena tas-suq 2001/2002, regoli ta ġestjoni ċerti u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna fil-Greċja (ĠU l 203, p. 24), l-awtoritajiet Griegi stess ikkunsidraw l-osservanza tal-miżuri ambjentali previsti fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1051/2001 bħala kriterju ta’ eliġibbiltà għall-perċezzjoni tal-għajnuna għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

138

Barra minn hekk, il-kwistjoni tal-kontroll tal-miżuri ambjentali għall-perijodu qabel l-1 ta’ Settembru 2001 tikkonċerna biss is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002 u għaldaqstant parti mill-ilment dwar il-miżuri ambjentali li fuqha l-korrezzjoni hija bbażata, li tirrigwarda wkoll is-sena 2002/2003.

139

Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li tiddikjara r-Repubblika Ellenika, mingħajr ma ssostni l-argument tagħha, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kontrolli dwar il-miżuri ambjentali kienu jikkostitwixxu kontrolli prinċipali fis-sens tal-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97. Fil-fatt, tali kontrolli relatati mal-verifiki fiżiċi u amministrattivi rikjesti sabiex jivverifikaw l-elementi dwar il-mertu, relatati f’din il-kawża mal-qligħ massimu u mal-osservanza tal-prattiki tajba implementati mir-Repubblika Ellenika skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001.

140

Minn dan isegwi li r-raba’ parti ta’ dan il-motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq il-ħames parti, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-kummissjoni dwar il-kontroll fuq il-post tal-arji

141

L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta d-dewmien tal-kontrolli fuq il-post. Hija ssostni li r-Regolamenti Nri 1051/2001 u 1591/2001 ma jipprovdux skadenza sabiex isiru l-kontrolli fuq il-post ta’ 5 % taż-żoni, peress li d-data tal-15 ta’ Novembru ġiet iffissata biss bħala l-limitu mill-2003 bir-Regolament Nru 1486/2002. Skont hija, jekk il-kontroll għandu jseħħ f’data xierqa, jiġifieri f’mument li jiggarantixxi li l-arja kkontrollata kienet miżrugħa bil-qoton, dan jista’ jsir sakemm iz-zokk tal-qoton jibqa’ fuq l-għalqa, jiġifieri, f’Awwissu, f’Ottubru jew f’Jannar jew sat-tiżrigħ tar-rebbiegħa li jmiss. Hija żiedet tgħid li d-database tal-kontrolli fuq il-post ma jindikax data, minħabba li ma kienx meħtieġ mir-regolamenti. Hija tenfasizza li l-minuti jirreferu għad-data li fiha huma saru, minn dawn jirriżulta li l-kontrolli kienu prinċipalment seħħew mix-xahar ta’ Awwissu sax-xahar ta’ Novembru u li ftit mill-kontrolli kienu estiżi lil hin minn dan.

142

F’dan ir-rigward, għandi jitfakkar li, skont l-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament Nru 1591/2001, l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet tal-arji tal-qoton għandha tkun ivverifikata fuq il-post.

143

Kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika, qabel it-23 ta’ Awwissu 2002, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1486/2002, li jipprovdi li l-kontrolli fuq il-post iridu jsiru sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, ir-Regolament Nru 1591/2001 ma jipprovdix terminu għat-tlestija ta’ dawn il-kontrolli. Fi kliem ieħor, din l-iskadenza tal-15 ta’ Novembru hija applikabbli mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

144

Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, madankollu, dawn il-kontrolli għandhom isiru f’terminu xieraq, kif tammetti r-Repubblika Ellenika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 196), jiġifieri f’mument li jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza u li jiżgura li l-arja kkontrollata kienet miżrugħa bil-qoton, għaldaqstant qabel jew matul il-ħsad.

145

F’din il-kawża, fit-22 ta’ Jannar 2008, wara l-istedina tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni, l-awtoritajiet Griegi pprovdew informazzjoni dwar id-dati meta twettqu l-kontrolli fuq il-post. Madankollu, kif il-Kummissjoni kkonstatat, din l-informazzjoni ma turix id-distribuzzjoni kronoloġika ta ‘kontrolli fuq il-post u ma kien fiha ebda indikazzjoni affidabbli tal-proporzjon tal-kontrolli tardivi. Barra minn hekk, ċerti dati indikati kienu inkonsistenti u ċerti kontrolli kienu partikolarment tardivi (wara Jannar) għal ħames distretti fl-2001 u seba’ distretti fl-2002.

146

Skont il-ġurisprudenza (sentenza tad-9 ta’ Settembru 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 51), huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jippreżenta l-iktar prova dettaljata u kompluta li l-kontrolli tiegħu kienu verament saru u, jekk ikun il-każ, li l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni ma humiex eżatti.

147

Issa, ir-Repubblika Ellenika, wara li indikat li ma kien hemm ebda indikazzjoni ta’ data fid-database tal-kontrolli fuq il-post, ipprovdiet dati ta’ kontrolli li minnhom jirriżulta li, minn naħa, ċerti inkonsistenzi (ċerti dati jindikaw is-snin 1901 jew 1902) u, min-naħa l-oħra, li d-dati tal-kontrolli xi kultant huma wara Jannar tas-sena kkonċernata.

148

F’dan ir-rigward, anki jekk iz-zkuk tal-qoton jistgħu jikkonfermaw ir-realtà ta’ kultivazzjoni tal-qoton kif issostni r-Repubblika Ellenika, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkonstatat li la d-delimitazzjonijiet eżatti tal-plots tagħhom u lanqas kemm irendu ma jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ dawn iz-zkuk tal-qoton b’mod ċert. L-iskadenza sabiex isiru l-kontrolli fuq il-post barra minn hekk ġiet stabbilita għall-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata mir-Regolament Nru 1486/2002.

149

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika żżid, fl-Anness 2 tar-replika, data li turi li l-maġġoranza tal-kontrolli seħħew sa Novembru għas-sentejn. Il-Kummissjoni madankollu ssostni li din id-data ma ntbagħtitx lilha matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li huwa kkonfermat mill-tweġibiet tar-Repubblika Ellenika għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri u għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali waqt is-seduta. Issa, il-legalità ta’ deċiżjoni għandha tiġi evalwata skont l-informazzjoni li seta’ kellha l-Kummissjoni fil-mument meta adottatha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011, Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni, T-232/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 54 u 55, u tal-14 ta’ Frar 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-267/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 46 sa 48; ara, b’analoġija, is-sentenza tal-tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks, C-333/07, Ġabra p. I-10807, punt 81). Għaldaqstant, din id-data pprovduta mir-Repubblika Ellenika ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.

150

Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika naqset milli turi li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huma żbaljati. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-kwistjoni tal-kontrolli tikkostitwixxi biss wieħed mill-ilmenti prinċipali li fuqhom hija bbażata l-korrezzjoni b’rata fissa (ara l-punti 101 sa 108 iktar ’il fuq).

151

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-analiżi tar-riskju seħħet u wasslu sabiex teskludi l-kwantitajiet ta’ qoton ta’ provenjenza mhux magħrufa. It-titjib tas-sistema kompjuterizzata u ta’ kontroll f’ħin reali tal-kunsinni tal-qoton lill-fabbriki tal-ħalġ għen sabiex titjieb il-proċedura ta’ għażla tal-kampjuni u għaldaqstant l-analiżi tar-riskji.

152

Madankollu dan l-argument ma jinvalidax il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-sena 2001/2002, li l-analiżi tar-riskju hija bbażata fuq għażla każwali ta’ popolazzjoni stratifikata, mhux adegwata għar-riskji involuti fis-sena inkwistjoni. Bl-istess mod, għas-sena 2002/2003, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxix in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni mqassra fil-punti 106 u 108 iktar ’il fuq.

153

Għaldaqstant il-ħames parti ta’ dan il-motiv għandu wkoll jiġi miċħud.

154

Minn dan isegwi li l-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % ma tistax, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tiġi kkunsidrata bħala li tirriżulta minn evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

Fuq l-ewwel u t-tieni partijiet, ibbażati fuq in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni finanzjarja

155

Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, li iktar milli rdoppjat meta mqabbla mal-korrezzjonijiet preċedenti ta’ 2 % hija sproporzjonata għaliex ma tqisitx il-modifika tardiva tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton fl-2001 bir-Regolament Nru 1051/2001, ippubblikat f’Ġunju, jiġifieri fin-nofs tal-perjodu ta’ kultivazzjoni. Hija tenfasizza li l-ebda dispożizzjoni tranżitorja ma naqqset l-ispiża tal-metodu ġdid ta’ kalkolu ta’ koresponsabbiltà u ssostni l-importanza tal-ispejjeż tal-miżuri meħuda.

156

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Kummissjoni tista’ tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż li jkunu saru jekk tikkonstata li ma hemm l-ebda mekkaniżmi ta’ kontroll suffiċjenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2000, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-242/97, Ġabra p. I-3421, punt 122).

157

F’din il-kawża, jidher li n-nuqqasijiet irrilevati mid-diparetimenti tal-Kummissjoni jirrigwardaw elementi importanti tas-sistema ta’ kontroll kif ukoll tal-implementazzjoni tal-kontrolli, li għandhom rwol fundamentali fid-determinazzjoni tal-legalità tal-infiq, b’tali mod li seta’ raġonevolment jiġi konkluż li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG kien sinjifikattiv.

158

Minn dan isegwi li l-Kummissjoni, meta timponi, f’din il-kawża, korrezzjoni b’rata fissa li tammonta għal 5 % tal-ispejjeż inkwistjoni, filwaqt li l-kontrolli li saru mill-awtoritajiet Griegi naqsu li josservaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-184/09, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 72, u l-ġurisprudenza ċċitata).

159

L-argument ibbażat fuq l-emenda li tirriżulta mir-Regolament Nru 1051/2001 ma tinvalidax din il-konstatazzjoni. Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-obbligi dwar is-SIĠK u dwar il-kontrolli fuq il-post tal-arji jinsabu fil-leġiżlazzjoni preċedenti (ara l-punt 113 iktar ’il fuq). Ir-Regolament Nru 1051/2001 għaldaqstant ma biddilx l-elementi li fuqhom ikkonstatati n-nuqqasijiet f’din il-kawża. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat qabel (ara l-punt 137 iktar ’il fuq), sa fejn hija kienet iddeċidiet li tadotta l-miżuri ambjentali għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1051/2001 mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, ir-Repubblika Ellenika kellha tikkontrolla l-osservanza tagħhom mill-produtturi tal-qoton.

160

L-argument tar-Repubblika Ellenika bbażati fuq l-emenda tas-sistema inkwistjoni għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

161

Fl-aħħar nett, l-ispiża tal-miżuri adottati bħala riżultat ta’ dan ir-regolament il-ġdid ma hijiex biżżejjed sabiex tiġġustifika n-nuqqasijiet irrilevati u għaldaqstant ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tan-natura sproporzjonata jew le tal-korrezzjoni finanzjarja inkwistjoni.

162

L-argumenti żviluppati insostenn ta’ din l-ewwel parti għaldaqstant ma jistabbilixxux in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni inkwistjoni.

163

Fil-kuntest tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Kummissjoni stess ikkonstatat titjib matul il-perijodu 2002 sa 2003 u li l-korrezzjoni għall-imsemmi perijodu għaldaqstant kellha tkun inqas minn dik imposta għall-perijodu mill-2001 sa l-2002.

164

Issa, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm titjib li jikkonċerna s-sena 2002/2003 ġie kkonstatat mill-Kummissjoni fl-ittra tas-17 ta’ Lulju 2004, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu wkoll ikkonstataw, fl-istess ittra, nuqqasijiet dwar il-kontrolli fuq il-post ta’ arji u dwar is-SIĠK, u rreġistrat nuqqasijiet fil-prinċipju maġġuri. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw ukoll mir-rapport ta’ sinteżi.

165

Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li ġie kkonstatat titjib ma jippermettix lir-Repubblika Ellenika li ssostni li r-rata ta’ korrezzjoni ta’ 5 % kellha tiġi mnaqqsa.

166

Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika naqset milli turi n-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż ikkonċernati.

167

Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li t-tielet motiv, relatat mal-korrezzjoni b’rata fissa applikata fis-settur tal-qoton, għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

4. Fuq is-sitt motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati fil-qasam tal-primjums għall-annimali tal-ifrat u l-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

168

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (JO L 160, p. 21), jirregola l-għoti tal-primjums f’dan il-qasam.

Kontrolli

169

Ir-Regolament Nru 3508/92 jipprovdi li kull Stat Membru joħloq SIGC dwar ċerti sistemi ta’ għajnuna Komunitarja. Skont is-sitt premessa tiegħu, l-amministrazzjoni tal-informazzjoni miġbura u l-użu tagħha għall-verifika tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jeħtieġ illi jiġu stabbiliti databases ikkompjuterizzati ta’ rendiment għoli li bihom jistgħu jsiru kontrolli bir-reqqa.

170

L-Artikolu 1(1)(b) tal-imsemmi regolament jipprovdi, b’mod partikolari, li kull Stat għandu jistabbilixxi SIGC applikabbli għas-sistemi ta’ primjums u ta’ ħlasijiet favur il-produtturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

171

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 3508/92, is-sistema integrata għandha tikkomprendi diversi elementi li ġejjin, b’mod partikolari database ikkompjuterizzata, sistema alfanumerika għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem, applikazzjonijiet għall-għajnuna u sistema integrata tal-kontroll. L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 3508/92 jipprevedi b’mod partikolari li, fid-database ikkompjuterizzata, għandha tiġi rreġistrata, għal kull azjenda agrikola, l-informazzjoni miġbura mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

172

Skont l-Artikolu 8(1) u (2) tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-kontrolli amministrattivi għandhom jiġu ssupplimentati b’kontrolli fuq il-post li jkopru kampjun tal-azjendi agrikoli.

173

Rigward il-kontrolli, l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, p. 11), jipprevedi:

“Verifiki amministrattivi u fuq l-art għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jassiguraw verifikazzjoni effettiva ta’ konformità mat-termini li taħthom l-għajnuniet huma mogħtija.”

174

L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprovdi:

“Il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament […] Nru 3508/92 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

a)

cross-checks fuq irqajja’ ddikjarati agrikoli u annimali sabiex jevitaw l-għotja multipla mhux dovuta ta’ l-istess għajnuna fir-rigward ta’ l-istess sena kalendarja jew ta’ marketing u sabiex jipprevjeni kumulu mhux meħtieġ ta’ għotja mogħtija taħt skemi ta’ għajnuna tal-Komunità li tinvolvi dikjarazzjonijiet ta’ zoni;

b)

cross-checks permezz ta’ database kompjuterizzata sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbilità għall-għajnuna.”

175

L-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprevedi:

“1.   Verifiki fuq l-art għandhom ikopru il-bhejjem kollha miżmuma għal xi użu li għalih applikazzjonijiet ta’ għajnuna ġew mibgħuta taħt skemi ta’ għajnuna li għandhom ikunu verifikati u, fil-każ ta’ verifiki ta’ skemi ta’ għajnuna tal-bovini, l-annimali bovini wkoll mhux dikjarati.

2.   Verifiki fuq l-art għandhom jinkludu b’mod partikolari:

a)

verifiki li n-numru ta’ annimali preżenti għaż-żamma li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna ġew mibgħuta u n-numru ta’ annimali bovini mhux dikjarati jikkorrispondu man-numru ta’ annimali mdaħħla fir-reġistri u, fil-każ ta’ annimali bovini, in-numru ta’ annimali notifikati fid-database kompjuterizzata;

b)

f’dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ għajnuna tal-bovini, verifiki

ta’ eżattezza ta’ daħliet fir-reġistru u n-notifikazzjonijiet għad-database kompjuterizzata fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ dokumenti li jgħinu bħall-irċevuti tax-xiri u bejgħ, ċertifikati ta’ biċċerija, ċertifikati veterinarji u, fejn applikabbli, passaporti ta’ l-annimali, f’dak li jirrigwarda annimali li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art,

li informazzjoni miżmuma fid-database kompjuterizzata tikkorrispondi ma’ l-informazzjoni mogħtija fir-reġistru fuq il-bażi ta’ kampjun f’dak li jirrigwarda l-annimali li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar ta’ qabel il-verifika fuq l-art,

li l-annimali preżenti fuq il-post u għadhom miżmuma taħt obbligu ta’ żamma huma eliġibbli għall-għajnuna dikjarata,

li l-annimali bovini kollha preżenti fuq il-post huma identifikati minn tikketti tal-widna u akkumpanjati, fejn applikabbli, b’passaporti ta’ l-annimali u li huma reġistrati fir-reġistru u kienu notifikati fid-database kompjuterizzata. Dawn il-verifiki għandhom ikunu magħmula b’mod invidwali għal kull bovin maskili individwali li għadu miżmum taħt l-obbligu ta’ żamma li għalih kienet mibgħuta għall-premium taċ-ċanga speċjali bl-eċċezzjoni ta’ dawk mibgħuta f’konformità ma’ l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Fil-każijiet l-oħra kollha l-verifika fuq reġistru korrett fil-passaporti ta’ l-annimali, ir-reġistru u notifikazzjoni għad-database kompjuterizzata jista’ jkun magħmul fuq il-bażi ta’ kampjun ;

[…]”

Primjum għall-qatla

176

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi:

“Produttur li jżomm bhejjem ta’ l-ifrat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, ma’ l-applikazzjoni, għal premju tal-qatla. Dan għandu jingħata mal-qatla ta’ annimali eliġibbli jew ma’ l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi u fil-limiti massimi nazzjonali li għandhom jiġu stabbiliti.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-premju tal-qatla:

a)

barrin, gniedes, baqar u għoġġiela mill-età ta’ tmien xhur;

b)

għoġġiela ta’ aktar minn xahar u anqas minn seba’ xhur u li l-piż tal-karkassa tagħhom huwa inqas minn 160 kilogramma,

sakemm ikunu nżammu mill-produttur għal perjodu li jrid jiġi stabbilit.”

177

L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprevedi:

“1.   Għal dak li jirrigwarda l-premium ta’ ċanga speċjali previst fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-premium tal-biċċerija provist fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-regolament, verifiki fuq l-art għandhom ikunu esegwiti fil-biċċeriji. F’dan il-każ l-Istati Membri għandhom jesegwixxu verifiki fuq l-art jew:

a)

f’għall-inqas 30 % tal-biċċeriji kollha, magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, f’liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta’ 5 % tan-numru totali ta’ annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art, jew;

b)

f’għall-inqas 20 % ta’ dawk il-biċċeriji li ġew approvati minn qabel skond il-kriterji partikolari ta’ assigurazzjoni li għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri u huma magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, f’liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta’ 2 % tan-numru totali ta’ annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art.

Dawn il-verifiki fuq l-art għandu jkollhom skrutinju minn qabel tad-dokumenti, paragun mad-daħliet fid-database kompjuterizzat u verifiki ta’ taqsiriet li jirrigwardaw iċ-ċertifikati tal-biċċeriji, jew informazzjoni ta’ l-art tagħhom, li kienu mibgħuta lill-Istati Membri l-oħra f’konformità ma’ l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999.

2.   Verifiki fuq l-art fil-biċċeriji għandu jkollhom verifiki fiżiċi ta’ proċeduri ta’ biċċeriji esegwiti fil-jum tal-verifika fuq l-art fuq il-bażi ta’ kampjun. Fejn neċessarju, għandu jkun verifikat jekk il-karkassi preżentati għall-użin humiex eliġibbli għall-għajnuna.”

178

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999, tat-28 ta’ Ottubru 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 1254/1999, jipprevedi b’mod partikolari, fl-Artikolu 37 tiegħu, fil-verżjoni emendata tiegħu [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2000, tat-18 ta’ Mejju 2000 (ĠU Edizzjoni Specjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 29, p.99], li l-primjum għall-qatla jitħallas lill-produttur li jkun żamm l-annimal għal perjodu minimu ta’ xahrejn li jispiċċa inqas minn xahar qabel il-qatla jew li jintemm inqas minn xahrejn qabel l-esportazzjoni tal-annimal u li, għall-għoġġiela maqtula qabel l-età ta’ tliet xhur, il-perijodu għaż-żamma huwa ta’ xahar.

Ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

179

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprovdi:

“Il-produtturi li jirċievu premju speċjali u/jew il-premju tal-baqar li jreddgħu jistgħu jikkwalifikaw għal pagament ta’ estensifikazzjoni.”

180

L-Artikolu 13(2) tal-istess regolament jipprevedi li l-pagament ta’ estensifikazzjoni għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull primjum speċjali u għal kull primjum ta’ baqar li jreddgħu mogħti, kemm-il darba f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena kalendarja inkwistjoni d-densità tal-merħliet fl-impriża in kwistjoni tkun inqas minn jew daqs 1.4 LU kull ettaru (b’riżerva ta’ ammonti inqas stabbiliti mill-Istati Membri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tal-imsemmi regolament).

181

Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1254/1999, id-densità tal-merħliet għandha tkun espressa f’LU għal kull unità ta’ żona tal-mergħa tal-qasam użat għall-annimali li jkun hemm fiha.

182

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 1254/1999, sabiex tiġi ddeterminata l-fattur ta’ densità tal-merħliet fuq l-impriża, għandhom jiġu meqjusa:

“[…]

a)

il-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar li jreddgħu u l-għoġġiela, in-nagħaġ u/jew il-mogħoż li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-premji, kif ukoll il-baqar tal-ħalib meħtieġa biex jipproduċu t-total tal-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib allokata lill-produttur. In-numru ta’ annimali għandu jinqeleb għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III,

b)

l-arja tal-mergħa, jiġifieri l-arja ta’ l-impriża disponibbli matul is-sena kalendarja għat-trobbija ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u nagħaġ u/jew mogħoż. [Ma humiex inklużi f’din l-arja :]

bini, boskijiet, għadajjar, mogħdijiet,,

żoni użati għall-uċuħ oħra li huma eliġibbli għal għajnuna tal-Komunità jew għal uċuħ permanenti jew uċuħ ta’ l-ortikoltura, ħlief mergħat permanenti li għalihom jingħataw ħlasijiet taż-żona permezz ta’ l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 19 tar-Regolament [(KE)] Nru 1255/1999,

żoni li jikkwalifikaw għal sistema ta’ appoġġ stabbilita għal produtturi ta’ ċertu uċuħ tal-ħrit, użati għall-iskema ta’ għajnuna għal għalf niexef jew suġġetti għal skemi ta’ twarrib nazzonali jew tal-Komunità.

Żoni tal-mergħat għandhom jinkludu żoni ta’ użu konġunt li jkunu suġġetti għal kultivazzjoni mħallta.”

183

L-Artikolu 13(3)(a) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi :

“[b]’deroga mill-Artikolu 12 (2) (a), id-densità tal-merħliet ta’ l-impriżi għandha tiġi kkalkulata billi jiġu meqjusa l-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar u l-għoġġiela li jkunu jinsabu hemm matul is-sena kalendarja in kwestjoni, kif ukoll ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikunu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-premju għall-istess sena kalendarja. In-numru ta’ annimali għandu jiġi maqlub għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III.”.

184

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi li, sabiex jivverifikaw illi n-numru totali tal-bhejjem ikkalkolat jissodisfa l-ħtiġiet tad-densità tal-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kull sena mill-inqas ħames dati ta’ ċensiment tal-bhejjem u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

185

Iċ-ċensiment tal-bhejjem għal dawn id-dati jista’ jsir, fuq għażla tal-Istati Membri, skont wieħed miż-żewġ metodi previsti fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999. skont l-ewwel metodu, L-istat Membru jitlob lill-produttur sabiex jiddikjara abbażi tar-reġistru tar-razzett tiegħu, qabel data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, in-numru ta’ LUs jew in-numru ta’ annimali ta’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ annimali tal-ifrat msemmija fl-Anness III tar-Regolament Nru 1254/1999 (jiġifieri, minn naħa, dik li tiġbor flimkien l-ifrat maskili u l-erħat li jkollhom iktar minn 24 xahar, il-baqar li jreddgħu u l-baqar tal-ħalib u, min-naħa l-oħra, dik li tiġbor flimkien l-ifrat maskili u l-erħiet minn 6 sa 24 xahar). It-tieni metodu, irriżervat għall-Istati Membri li għandhom database kompjuterizzata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 820/97, tal-21 ta’ April 1997, li jistabbilixxu sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat u dwar l-ittikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 117, p. 1), u jqisu li din id-database tipprovdi garanziji ta’ preċiżjoni suffiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni, li jimplika l-użu ta’ informazzjoni li tinsab f’din id-database sabiex tiddetermina n-numru ta’ LUs.

186

Skont ir-raba’ subparagrafu l-Artikolu 32(3), meta l-Istati Membri jiddeċiedu illi d-dati taċ-ċensiment jistgħu jkunu kull jum tas-sena, jistgħu jipprovdu illi l-kalkolu tal-fattur ta’ densità jsir pro rata temporis tat-taż-żmien li fih il-bhejjem ikunu preżenti fuq l-azjenda.

187

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 jipprevedi :

“Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-produtturi l-opportunità li jagħżlu skema ssimplifikata.

F’dan il-każ, il-produttur irid jindika fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna skond iż-‘żona’:

a)

li jiddikjara li kien ħares kuljum id-densità massima tal-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament […] Nru 1254/1999 sad-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-«żona» tiegħu,

u

b)

li jimpenja ruħu li jikkonforma kuljum mad-densità tal-bhejjem bejn id-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-«żona» tiegħu u l-31 ta’ Diċembru.

[…]

Id-dikjarazzjoni u l-impenn riferiti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-kontroll u tal-penali pprovduti skond is-sistema integrata.

[…]”

Rapport ta’ sinteżi

188

Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet li għandhom ir-referenzi ΑΡ/2003/09a, ΑΡ/2003/11, u ΑΡ/2004/04 ΑΡ/2005/05, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Greċja, rispettivament, f’Mejju 2003, f’Settembru 2003, f’Marzu 2004 u f’April 2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 saru rispettivament fl-ittri tad-19 ta’ Settembru 2003, tat-22 ta’ Jannar 2004, tal-5 ta’ Awwissu 2004 u tad-29 ta’ Lulju 2005. Laqgħa bilaterali saret fl-1 ta’ Ottubru 2004 rigward l-ewwel żewġ investigazzjonijiet, fil-11 ta’ Marzu 2005 dwar it-tielet investigazzjoni u s-7 ta’ Ġunju 2006 dwar ir-raba’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Griegi l-minuti ta’ dawn il-laqgħat rispettivament fit-30 ta’ Novembru 2004, it-22 ta’ Ġunju 2005 u t-22 ta’ Settembru 2006. L-awtoritajiet Griegi rrispondew rispettivament fit-28 ta’ Diċembru 2004, fil-21 ta’ Lulju 2005 u fl-20 ta’ Ottubru 2006. Fit-3 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi għall-erba’ investigazzjonijiet.

189

Wara l-opinjoni tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni tat-8 ta’ Jannar 2008 u l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha fis-16 ta’ Ġunju 2008, li hija inkluża fir-rapport ta’ sinteżi.

190

Fl-ewwel, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li, rigward il-primjums tal-baqar, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonstataw nuqqasijiet fil-kontroverifiki u fil-kontrolli fuq il-post.

191

Rigward, minn naħa, il-kontrolli addizzjonali (ara l-punti 169 u 174 hawn fuq), mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li matul is-sena 2002, il-kontrolli addizzjonali kompjuterizzati bejn id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u d-database tat-talbiet għal primjums għall-annimali tal-ifrat kienu użati għall-ewwel darba fil-Greċja bħala kontrolli amministrattivi. Għalkemm dan kien ikkunsidrat bħala progress, l-implementazzjoni ġiet deskritta bħala mhux sodisfaċenti. B’mod partikolari, ġie kkonstatat li l-kriterji ta’ eliġibbiltà bażiċi ma kinux suġġetti ta’ kontrolli addizzjonali fl-2002. Għaldaqstant kien jeżisti r-riskju li l-annimali mhux eliġibbli kienu ġew ikkunsidrati bħala li jistgħu jippretendu ħlas. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonstataw li anomaliji (reġistrazzjoni assenti jew żbaljata fid-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni) eżistew fil-każ ta’ numru kbir ta’ annimali li kienu suġġetti għal talba għal għajnuna. Ġie rrilevat ukoll li l-awtoritajiet Griegi ma setgħux jipprovdu ċifri dwar l-għadd ta’ annimali li fuqhom anomaliji kienu kkonstatati, bil-provi ta’ dokumenti li jiġġustifikaw il-bidla fl-istatus tagħhom. Għaldaqstant jibqa’ riskju li saru tibdiliet mhux ġustifikati fis-sistema, li jwassal għal ħlasijiet eċċessivi.

192

Fir-rigward, min-naħa l-oħra, il-kontrolli fuq il-post, dawn kienu kkunsidrati ta’ kwalità mhux suffiċjenti. B’mod partikolari, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-implementazzjoni ta’ dawn il-kontrolli żvelaw ħafna nuqqasijiet u jindika li ma sarux skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 (ara l-punt 175 hawn fuq). B’hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni semmew in-nuqqas ta’ kontroll tal-annimali li ma kinux is-suġġett ta’ talba għal għajnuna, in-nuqqas ta’ verifika tad-dokumenti ġustifikattivi u ta’ informazzjoni relatata mal-annimali li kienu s-suġġett ta’ talba għal għajnuna matul it-tnax-il xahar qabel il-kontroll, in-nuqqas ta’ kontroll fuq il-post ta’ żamma, il-verifiki mhux suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ kontrolli u tal-istat tal-annimali kkontrollati kif ukoll id-diffikultajiet ta’ tqabbil mar-riżultati ta’ kontrolli preċedenti.

193

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni rrapportaw nuqqas ta’ kontroll fuq il-post ta’ annimali li kien is-suġġett ta’ talba għal primjum għall-qatla. F’dan ir-rigward, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni pproponiet reviżjoni tal-korrezzjoni proposta, billi enfasizza l-valur limitat tal-kontrolli fuq il-post meta hemm kwistjoni ta’ primjums għall-qatla, peress li, għall-ifrat maqtula, il-kontrolli l-iktar importanti huma dawk mwettqa għall-biċċeriji u l-kontrolli ex post tar-reġistri tal-operatur.

194

Madankollu, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha, peress li l-kombinazzjoni ta’ diversi nuqqasijiet kellha impatt fuq il-kontrolli prinċipali li saru għall-primjums kollha tal-anmnimali tal-ifrat, fosthom il-primjum għall-qatla. Skont hija, in-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-post fl-irziezet għall-primjums għall-qatla jirrappreżenta riskju addizzjonali għall-FAEGG fir-rigward ta’ din is-sistema, riskju li ma jistax jiġi kompletament ikkumpensat billi jsiru kontrolli fil-biċċerija u kontrolli amministrattivi (li għandhom isiru xorta waħda fil-kuntest ta’ kwalunkwe sistema tal-primjums għall-qatla, iktar u iktar li l-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji waqt l-investigazzjoni AP/2003/09 kixfet nuqqasijiet sinjifikattivi. Hija ammettiet li l-kontrolli fuq il-post fl-irziezet huma inqas importanti milli għal skemi oħrajn ta’ għajnuna u huma abitwalment imqassra għal kontrolli ta’ dokumenti, li jispjega li r-rata ta’ korrezzjoni għall-primjum għall-qatla ma hijiex ogħla minn dik għall-primjums l-oħra għall-annimali tal-ifrat.

195

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw l-assenza ta’ kontrolli tal-istatus tal-annimali u tal-proporzjon tal-baqar/għoġġiela rigward il-primjum għall-baqar li jreddgħu.

196

Fit-tieni lok, rigward il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni, id-determinazzjoni korretta tal-arja eliġibbli tajba għall-għalf tal-għadd ta’ UGB tar-razzett hija kkunsidrata bħala kontroll prinċipali. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonstataw li s-sistema Griega ta’ kontroll tan-numru ta’ UGB mhux dejjem kienu konformi mal-istandards fl-2002 u fl-2003 (li jirrigwarda l-metodu ta’ kalkolu pro rata temporis ibbażat fuq is-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni jew tas-sistema simplifikata magħmula minn ħames dati ta’ ċensiment), lanqas ma tkopri 100 % tal-applikanti ħames darbiet fis-sena, kif previst mir-Repubblika Ellenika, għalkemm xi progress kien irrilevat fl-2003 minħabba l-użu ikbar tad-database għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni. Is-sitwazzjoni kienet ikkunsidrat li tjiebet xi ftit fl-2003, iżda ebda progress reali ma seta’ jintwera għall-kejl tal-arja tajba għall-għalf eliġibbli għall-perijodu 2002/2003. Fir-rigward tad-determinazzjoni tal UGB, is-servizzi tal-Kummissjoni ddikjaraw li l-Greċja kompliet timplementa sistema alternattiva ta’ kontrolli (probabbilment affettwata min-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli fuq il-post fil-Greċja.

197

Il-Kummissjoni għaldaqstant applikat korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-sena 2002 minħabba nuqqasijiet fil-kontrolli prinċipali li jirrigwardaw il-primjums prinċipali fuq l-annimali tal-ifrat u ta’ 5 % għas-sena 2003, minħabba numru insuffiċjenti ta’ kontrolli fuq l-annimali li ma kinux suġġetti għal talba għal għajnuna u nuqqasijiet ta’ kontrolli fuq il-post, u dan għall-Greċja kollha sa fejn il-problemi ġew osservati f’diversi reġjuni. Għal nuqqasijiet ikkonstatati rigward il-ħlas għall-estensifikazzjoni, korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % ġiet applikata għas-snin 2002 u 2003. Madankollu il-korrezzjonijiet ġew aġġustati sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-korrezzjonijiet diġà applikati fuq l-istess linji baġitarji minħabba ħlasijiet tardivi.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

198

Rigward il-qasam tal-laħam tal-annimali tal-ifrat, ir-Repubblika Ellenika tqajjem is-sitt motiv, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti fuq primjums għall-annimali tal-ifrat u ta’ ħlasijiet għall-estensifikazzjoni kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

199

L-ewwel nett, sa fejn ir-Repubblika Ellenika qajmet l-ilment ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, għandu jiġi rrilevat li dan l-ilment bl-ebda mod ma huwa sostnut u li, fi kwalunkwe każ, skont il-ġurisprudenza ċċitata iktar qabel (ara l-punt 73 hawn fuq), il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tikkonċerna l-korrezzjonijiet relatati mal-qasam tal-annimali tal-ifrat għandha, f’din il-kawża, tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti, peress li r-Repubblika Ellenika kienet involuta mill-qrib fil-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u hija kienet taf ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni qieset li ma għandhiex titfa’ r-responsabbilita’ tal-ħlas tas-somma kontenzjuża fuq il-FAEGGi. Dan l-ilment għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

200

Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-korrezzjonijiet imposti għall-qasam tal-annimali tal-ifrat billi targumenta abbażi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni żbaljati tar-Regolament Nru 1258/1999 u tad-dokument Nru VI/5330/97 kif ukoll ta’ evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Essenzjalment, hija tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-kontrolli, minn naħa waħda, premiums għall-baqar u, min-naħa l-oħra, il-ħlas għall-estensifikazzjoni.

201

Għaldaqstant għandu jiġi eżaminat, f’dan il-każ, jekk ir-Repubblika Ellenika wriet, skont il-ġurisprudenza preċedentement imfakkra (ara l-punt 78 hawn fuq), l-ineżattezza tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Fuq il-kontrolli dwar il-primjums għall-annimali tal-ifrat

– Fuq il-kontrolli doppji

202

Ir-Repubblika Ellenika tammetti li t-twettiq ta’ kontrolli doppji kellu xi problemi tekniċi ta’ inkonsistenza bejn, minn naħa, id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u, min-naħa l-oħra, id-data base ta’ talbiet għal għajnuna għall-annimali tal-ifrat, minħabba l-kumplessità tas-sistema implementata għall-ewwel darba fl-2002. Madankollu hija ssostni li, għall-2003, sar titjib għad-database veterinarja u li kontrolli doppji addizzjonali żdiedu.

203

Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-eżistenza ta’ titjib fl-2003 ma hijiex biżżejjed sabiex jintwera li l-konstatazzjonijiet magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni f’din il-kawża, imqassra fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 191 hawn fuq), huma ineżatti.

204

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-perċentwali ta’ annimali rrifjutati fl-2003 minħabba kontrolli addizzjonali miżjuda mal-kontrolli tal-2002 kienu biss 8.04 %, u dan jikkonferma li l-maġġoranza tal-annimali rrifjutati kien ir-riżultat ta’ kontrolli eżistenti diġà fl-2002.

205

Madankollu, tali argument, li jidher li jikkonferma l-eżistenza ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli preċedenti, ma jistabbilixxix in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

206

Għaldaqstant, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas ta’ ċerti kontrolli prinċipali kienu wasslu għal riskju ta’ ammissjoni għall-ħlas ta’ annimali mhux eliġibbli.

207

Ir-Repubblika Ellenika ssostni, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ riskju għall-FAEGG. Skont hija, meta l-kontrolli doppji saru għas-snin 2004 u 2005, il-kontroll komputerizzat ġie estiż sas-sena 2002 u l-ammonti mħallsa indebitament kienu kkumpensati bir-rimbors tal-għajnuna għas-snin finanzjarji 2004 u 2005.

208

Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm il-Kummissjoni għandha l-oneru li tipprova l-eżistenza ta’ ksur tal-liġijiet Komunitarji, meta dan il-ksur jiġi stabbilit, huwa l-Istat Membru li għandu juri, jekk ikun il-każ, li l-Kummissjoni ħadet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji relatati ma’ dak il-ksur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ħsara reali, iżda jkun biżżejjed li ġġib provi serji biżżejjed f’dan is-sens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-5925, punti 38 u 39, u l-ġurisprudenza ċċitata).

209

Issa, f’din il-kawża, mill-elementi tal-proċess ma jirriżultax li r-Repubblika Ellenika stabbilixxiet li l-ammonti mħallsa indebitament kienu rkuprati permezz ta’ kumpens mar-rimbors tal-għajnuna għas-snin finanzjarji 2004 u 2005.

210

Bi tweġiba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ir-Repubblika Ellenika indikat li l-bażi għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet b’rata fissa kien jikkonsisti fi spejjeż iddikjarati mill-Opekepe għal ammont ta’ EUR 182 380 702.09 għall-2002/2003 u li s-somma ta’ EUR 10.8 miljun ma kinitx tnaqqset.

211

Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, meta għamlet hekk, ir-Repubblika Ellenika bbażat fuq dak li ġie affermat u bl-ebda mod ma ġġustifikat l-ammont ta’ EUR 10.8 miljun imsemmi. Hija tirreferi f’dan ir-rigward għall-opinjoni tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni. Madankollu, fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Jannar 2008, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni indika li l-awtoritajiet Griegi kienu rrappurtati li rkupraw għajnuna mhux dovuta fl-2002/2003 għal EUR 10.8 miljun u li, jekk din l-informazzjoni kienet verifikata u ma kinitx għadha kkunsidrata, dan jiġġustifika konsegwentement aġġustament tal-ammont tal-korrezzjoni. Din l-opinjoni għaldaqstant ma turi bl-ebda mod li dan l-ammont ġie effettivament irkuprat b’kumpens mar-rimbors tal-għajnuna għall-2004 u għall-2005.

212

Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat fil-pożizzjoni finali tagħha, wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-irkupru ddikjarat lill-FAEGG mill-awtoritajiet Griegi fil-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Hija żiedet li wħud mill-aspetti għadhom iridu jiġu kkjarifkati, bħall-mod kif is-somom imħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati mingħand operaturi li ma japplikawx għall-għajnuna wara l-2002. Issa, ma jirriżultax mill-proċess li l-awtoritajiet Griegi pprovdew provi iktar konkreti f’dan ir-rigward.

213

Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx, b’sostenn ta’ dokumenti rilevanti, li l-ammonti mħallsa indebitament kienu rkuprati permezz ta’ tpaċija bir-rimbors tal-għajnuna tas-snin finanzjarji 2004 u 2005. Il-mertu tal-premessa bażika tal-argument tagħha, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ riskju għall-FAEGG, għaldaqstant ma huwiex muri.

214

Għaldaqstant, l-argument dwar il-kontroverifiki, li ma huwiex issostanzjat ulterjorment, għandhom jiġu miċħuda.

– Dwar il-kontrolli fuq il-post

215

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli fuq il-post.

216

L-ewwel nett, mill-elementi tal-proċess jirriżulta li dawn il-kontrolli fuq il-post kienu kkunsidrati bħal li huwa ta’ kwalità insuffiċjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 għal diversi raġunijiet (ara l-punt 192 iktar ’il fuq).

217

Għaldaqstant, hekk, l-annimali li ma jkunux ġew suġġetti għal talba għal assistenza ma kinux suġġetti għal kontrolli. Issa, tali kontroll huwa previst espressament fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 2419/2001. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-istruzzjonijiet ingħataw f’dan is-sens lill-kontrolluri mill-2002 u li s-sitwazzjoni tjiebet fl-2003 u fl-2004. Madankollu, tali argument ma jistabbilixxix in-natura falza tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

218

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrrilevaw ukoll in-nuqqas ta’ dokumenti ġustifikattivi. Ir-Repubblika Ellenika tinvoka f’dan ir-rigward nuqqasijiet speċifiċi, li ma jistgħux ikunu ġeneralizzati għall-pajjiż kollu, u ssostni li l-kontrolli tat-tieni livell jippermettu li jiġi vverifikat li l-produtturi josservaw l-obbligi tagħhom. Madankollu għandu jiġi osservat li tali argument ma jkunx biżżejjed sabiex ineħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-kwalità tal-kontrolli inkwistjoni.

219

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrilevat in-nuqqas ta’ verifika tal-informazzjoni dwar l-annimali li kien suġġetti għal talba għal għajnuna matul it-tnax-il xahar qabel il-kontroll. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ellenika tirreferi għaċ-ċirkulari relatati mas-sistema ta’ primjums għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fl-2002 u l-2003 mibgħuta lid-direttorati responsabbli mill-kontrolli, fejn hija tenfasizza preċiżament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001. Bl-istess mod, fir-rigward tal-kontrolli fil-post ta’ żamma tal-annimali taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 25(2)(b) tal-imsemmi regolament, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ċ-ċirkulari rilevanti tipprovdi li produtturi jindikaw il-post preċiż tal-istabbli tagħhom u li l-kontroll tal-post tal-annimali huwa żgurat.

220

Madankollu, meta tagħmel dan, ir-Repubblika Ellenika sempliċement ittenni l-argumenti mressqa fil-proċedura kontradittorja, mingħajr ma tibbaża ruħha fuq provi preċiżi u konkreti tal-implementazzjoni preċiżi tal-imsemmija u, għaldaqstant, mingħajr ma tasal li tneħħi d-dubju tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

221

Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta d-diffikultajiet ta’ tqabbil mar-riżultati tal-kontrolli preċedenti, minħabba li d-differenzi identifikati fil-bidu ma tantx kienu numerużi. Dan l-argument, madankollu, ma jistabbilixxix il-prova tan-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

222

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxi ebda natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kwalità insuffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001.

223

It-tieni nett, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-primjum għall-qatla, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ssostni li, mill-2002, kontrolli fuq il-post saru fil-biċċeriji, skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 u fi proporzjonijiet ikbar minn dawk rikjesti mit-testi.

224

F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-korrezzjonijiet b’rata fissa huma applikati f’din il-kawża għal nuqqasijiet fid-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post. Kif tenfasizza l-Kummissjoni, in-nuqqasijiet ikkonstatati qabel dwar id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontrolli doppji (ara l-punti 202-214 hawn fuq) kif ukoll ta’ kontrolli fuq il-post (ara l-punti 215 sa 222 iktar ’il fuq) jirrigwardaw ukoll il-kontrolli li saru fuq l-annimali suġġetti għal talbiet għal primjum għall-qatla.

225

B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kontroll fuq il-post, f’dan il-kuntest, kien ikkunsidrat ta’ tħassib partikolari fir-rigward tal-bdiewa li talbu biss primjums għall-qatla biss, peress li l-kontrolli biss li kienu suġġetti għalihom kienu l-kontrolli doppji, huma stess mhux kompletament operattivi, għall-inqas għas-sena 2002.

226

Għaldaqstant, il-konklużjonijiet magħmula preċedentement jirrigwardaw il-kontrolli dwar l-għajnuna għall-annimali tal-ifrat japplikaw u huma inklużi fis-suġġett tal-primjum għall-qatla. Il-fatt li l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll li jikkonċernaw speċifikament il-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji ma jimplikax l-inapplikabbiltà ta’ verifiki previsti fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali tal-ifrat bl-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament.

227

F’dan il-kuntest, anki jekk, għall-primjum għall-qatla, il-kontrolli ta’ dokumenti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala determinanti, kif enfasizza l-Korp ta’ Konċiljazzjoni u kif ammettiet il-Kummissjoni, dan ma jnaqqas xejn min-nuqqasijiet ikkonstatati f’din il-kawża.

228

Barra minn hekk, il-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji jinkludu wkoll kontrolli fiżiċi, imwettqa permezz ta’ kampjuni, li jirrigwardaw proċeduri għall-qatla implementati fil-jum tal-kontroll fuq il-post, skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 2419/2001.

229

L-argumenti tar-Repubblika Ellenika ma jinvalidawx din il-konklużjoni. Fil-fatt, hija ssostni li l-kontrollur jikkompara t-talba għal qatla, tal-qtil, inklużi l-annimali li għalihom primjum intalab kif ukoll in-numri tat-trade marks preċedenti tagħhom, u r-reġistru tal-operazzjoni sabiex jivverifikaw l-osservanza tal-perjodu ta’ żamma. Hija tippreċiża li, minn ċirkolari tal-2003, il-kontroll tar-reġistru tal-azjenda b’mod ċar hija intiża għall-primjum għall-qatla.

230

Madankollu, dawn l-argumenti ma humiex tali li jneħħu d-dubji espressi mill-Kummissjoni. Mill-elementi tal-proċess jirriżulta wkoll li l-kontrolli mwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni fil-biċċerija li kienet qed topera matul l-investigazzjoni AP/2003/09a rrilevaw nuqqasijiet, li ma ġewx irrifjutati f’din il-kawża.

231

Bl-istess mod, il-fatt li l-kontrolli fil-biċċeriji huma allegatament mwettqa fi proporzjonijiet ikbar minn dawk rikjesti mit-trattati ma jnaqqas xejn min-natura insuffiċjenti tagħhom f’termini kwalitattivi.

232

Huwa għaldaqstant ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-post fl-azjendi għall-primjums għall-qatla jirrappreżentaw riskju addizzjonali għall-FAEGG, riskju li ma setax jiġi kkumpensat totalment mill-kontrolli fil-biċċerija u kontrolli amministrattivi.

233

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argumenti tar-Repubblika Ellenika intiżi li jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-primjums għall-annimali tal-ifrat, inkluż il-primjum għall-qatla, ma jurux in-natura żbaljata tal-korrezzjonijiet applikati f’din il-kawża.

Fuq il-korrezzjonijiet li jirrigwardaw il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

234

Skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Nru 1254/1999, il-produtturi ma jistgħux jibbenefikaw mill-ħlas għall-estensifikazzjoni jekk l-impriża tagħhom ma tkunx ikbar minn fattur ta’ densità, stabbilit skont in-numru ta’ LU imqabbel mal-unità ta’ żona tal-mergħa użata għall-għalf tal-annimali miżmuma fl-impriża. Minn dan jirriżulta li l-għoti tal-ħlas għall-estensifikazzjoni jimplika determinazzjoni korretta, minn naħa, taż-żona tal-mergħa u, min-naħa l-oħra, tan-numru u tal-kategorija ta’ annimali fl-impriża.

235

L-ewwel nett, fir-rigward tad-determinazzjoni taż-żoni tal-għalf, ir-Repubblika Ellenika ssostni li teżisti sa mill-2002 infrastruttura kartografika u li hija pprovdiet linji gwida dwar l-eliġibbiltà taż-żoni sa mill-2000, ikkontrollati mill-programm tas-SIĠK. Barra minn hekk, hemm ukoll kontroll fuq il-post.

236

Madankollu, il-Qorti Ġenerali rrileva li mill-provi fil-proċess jirriżulta li l-kontrolli taż-żoni tal-mergħa disponibbli kienu kkunsidrati bħala insuffiċjenti kemm għall-2002 kif ukoll għall-2003. B’hekk, ġie kkonstatat li żoni tal-muntanji kienu ddikjarati b’mod żbaljat bħala żoni tal-mergħa eliġibbli u l-awtoritajiet Griegi ma pproduċewx il-prova ta’ titjib tal-kontrolli f’dan ir-rigward. L-argumenti tar-Repubblika Ellenika, u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ struzzjonijiet ċari għall-kontrolli fuq il-post, ma jistabbilixxu bl-ebda mod in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet magħmula għas-snin inkwistjoni.

237

It-tieni nett, dwar il-kontroll ta’ UGB, għandu jitfakkar li l-Istat Membru jista’ jagħżel, sabiex jivverifika l-osservanza tal-fattur ta’ densità ddefinit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1254/1999 bejn żewġ metodi. L-ewwel hija prevista provduta mill-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999 (ara l-punti 185 u 186 hawn fuq). It-tieni metodu, li jidderoga mill-ewwel wieħed, huwa previst fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 (ara l-punt 187 hawn fuq). Din hija s-sistema ssimplifikata, li tikkonsisti f’dikjarazzjoni u f’impenn tal-produttur sabiex josserva l-fattur ta’ densità massimu. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u ta’ sanzjonijiet previsti mis-sistema integrata (Regolamenti Nru 3508/92 u Nru 2419/2001) japplikaw.

238

F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika ssostni li hija applikat l-metodu tas-sistema ssimplifikata prevista fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 u li l-produtturi kollha ppreżentaw talba għal għajnuna taħt din is-sistema. Hija żiedet li s-sistema prevista fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999 tirrikjedi biss kontroll tal-għadd ta’ annimali waqt il-kontroll fuq il-post previst mis-sistema integrata u li dawn il-kontrolli kien twettqu fuq ħames perijodi fil-ġimgħa, għax kien impossibbli li jingħaddu f’data waħda. Għall-2003, l-għadd sar permezz tad-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u dan kopra 100 % tat-talbiet. Skont hija, ma kien hemm ebda riskju ta’ għadd doppju tal-annimali u l-kontroll kienet affidabbli.

239

F’dan ir-rigward, sa fejn ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-applikazzjoni tal-iskema simplifikata tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-kontrolli tal-LU huma bbażati fuq il-kontrolli fuq il-post previsti mis-sitema integrata u abbażi ta’ data ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-IACS. In-nuqqasijiet irrilevati preċedentement dwar il-kontrolli fuq il-post (ara l-paragrafi 216-222 hawn fuq) u l-anomaliji rrilevati fir-rapport ta’ sinteżi li jirrigwarda d-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni punt 191 setgħu għaldaqstant jaffettwaw il-kontrolli tal-LU.

240

Barra minn hekk, sa fejn ir-Repubblika Ellenika tinvoka argumenti li jikkonċernaw is-sistema tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999, l-argumenti tagħha għandhom jiġi miċħuda. Fil-fatt, hija ssostni li stabbilixxiet ħames darbiet fil-ġimgħa għal raġunijiet prattiċi marbuta man-natura estensiva tat-trobbija fil-Greċja. Issa, din is-sistema ma tikkonformax mas-sistema “normali” prevista mill-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999, peress li ma hijiex ibbażata fuq ħames perijodi ta’ għadd fuq il-post ta’ tul ta’ ġimgħa kull wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-344/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 94).

241

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitwarrab kwalunkwe argument tar-Repubblika Ellenika intiż sabiex isostni u juri li l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tal-fattur ta’ densità prevista mil-leġiżlazzjoni Komunitarja tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi fil-Greċja. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita ferm jirriżulta li Stat Membru ma jistax jinvoka diffikultajiet prattiċi biex jiġġustifika n-nuqqas li jiġu implementati kontrolli xierqa previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Frar 1991, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-28/89, Ġabra p. 581, punt 18, u s-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 240 hawn fuq, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata).

242

Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha dritt tikkonkludi li l-kontrolli dwar il-pagamenti għall-estensifikazzjoni ma jipprovdux garanzija suffiċjenti ta’ affidabbiltà. Il-konstatazzjoni ta’ titjib osservat fl-2003 minħabba żieda fl-użu ta’ kontrolli doppji awtomatizzati fuq id-data ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni, irrilevata mill-Kummissjoni, kienet ikkunsidrata bħala insuffiċjenti sabiex tiġġustifika li ssir distinzjoni bejn l-2002 u l-2003 u l-argumenti tar-Repubblika Ellenika, diġà mressqa fil-proċedura kontradittorja, ma tinvalidax din il-konklużjoni.

243

Minn dan isegwi li l-Kummissjoni, ġustament, kellha dubju raġonevoli u serju dwar l-osservanza mir-Repubblika Ellenika tal-obbligi tagħha dwar kontroll tat-talbiet għall-ħlas għall-estensifikazzjoni magħmula għas-snin 2002 u 2003.

244

Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet aqpplikabbli jew fuq premessa żbaljata tal-fatti. Is-sitt motiv, dwar il-primjums tal-annimali tal-ifrat u l-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni, għaldaqstant għandhom jiġi miċħuda.

5. Fuq id-disa’ motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikabbli fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

245

L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fl-oqsma tax-xaħmijiet ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE, tat-22 ta’ Settembru 1966, dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 77).

246

L-Artikolu 5 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Soċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol.23, p. 308) jistabbilixxi għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa li hija maħsuba biex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ qligħ ekwu għall-produtturi. L-għajnuna tingħata lill-produtturi bbażati fuq l-ammont ta’ żejt taż-żebbuġa attwalment prodott.

247

L-Artikolu 11a tal-imsemmi regolament, kif emendat, jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippenalizzaw ksur tal-iskema ta’ għajnuna prevista fl-Artikolu 5. Fil-każ ta’ ksur irrappurtat mill-aġenziji ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fi żmien tnax-il xahar mill-irappurtar u jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Fuq il-fajls kompjuterizzati

248

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84, tas-17 ta’ Lulju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 94) jimponi obbligu fuq kull Stat Membru produttur li jifformula u jaġġorna fajls permanenti kkompjuterizzati ta’ tagħrif dwar il-produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa.

249

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 2261/84 jipprevedi :

“Dawn il-files għandu jkun fihom ta’ l-anqas it-tagħrif li ġej :

a)

għal kull produttur taż-żebbuġ u għal kull sena ta’ bejgħ li għaliha jkun għamel applikazzjoni għal għajnuna :

it-tagħrif li jkun hemm fid-dikjarazzjoni dwar il-kultivazzjoni kif hemm provdut fl-Artikolu 3,

il-kwantitajiet ta’ żejt prodotti li għalihom tkun saret applikazzjoni għal għajnuna għall-produzzjoni u l-kwantitajiet li għalihom tkun titħallas għajnuna,

it-tagħrif li jirriżulta mill-verifiki fuq il-post magħmula fuq il-produttur taż-żebbuġ;

b)

għal organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, it-tagħrif kollu meħtieġ biex ikunu verifikati l-attivitajiet tagħhom b’konnessjoni mas-sistema preżenti ta’ għajnuna kif ukoll ir-riżultati tal-verifiki magħmula mill-Istati Membri;

c)

għall-imtieħen taż-żejt u għal kull sena ta’ bejgħ it-tagħrif li jidher fir-reġistri tal-ħażna, tagħrif dwar it-tagħmir tekniku u l-kapaċità ta’ l-ippressar u r-riżultati tal-verifiki magħmula skond dan ir-Regolament;

d)

l-ammont annwali indikattivi ta’ ġbir għal kull żona omoġenea ta’ produzzjoni.”

250

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 tat-30 ta’ Ottubru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tal-marketing 1998/99, sa 2004/2005 (ĠU L 293, p. 50), kif emendat jipprovdi:

“1.   Il-files permanenti kompjuterizzati tat-tagħrif tal-produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament [(KEE)] Nru 2261/84 għandhom jinkludu:

a

_ id-database alfanumerika u d-database bir-referenza grafika tas-SIĠ tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ stipulati fl-Artikoli 23 u 24 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 25 ;

b)

il-files tat-tħawwil ġdid li jkun fihom l-informazzjoni riferita fl-Artikolu 5 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 29;

ċ)

il-files ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkollhom l-informazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament […] Nru 2261/84;

d)

il-files ta’ l-imtieħen li jkun fihom informazzjoni fuq il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7, ir-reġistri tal-ħażniet stipulati fl-Artikolu 8 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 30;

e)

il-files taż-żoni ta’ produzzjoni omoġeneja li jkun fihom l-informazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 6.

2.   Il-files li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tad-database bir-referenza grafika, għandhom jippermettu mill-anqas li t-tagħrif tas-sena kurrenti tal-marketing u ta’ l-erba’ snin li jiġu qabel jiġu kkonsultati direttament u immedjatament […]

L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu files deċentralizzati jekk dawn ta’ l-aħħar ikunu ta’ disinn omoġeneju, ikunu kumpatibbli ma’ xulxin u jkunu aċċessibbli ċentralment fl-aġenzija tal-ħlas u l-aġenzija tal-kontroll. Il-GIS tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ għandha tkun kompatibbli ma’ dawk tas-sistema integrata.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-produtturi taż-żebbuġ, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-imtieħen u ż-żoni ta’ produzzjoni omoġeneja għandu jew jiġi assenjat lill-persuni individwali jew lill-korpi kkonċernati darba għal dejjem jew awtomatikament konvertibbli biex jiġi permess il-ġbir u t-tfittxijiet fuq il-ħames snin tal-marketing riferiti fl-ewwel subparagrafu li jitwettqu immedjatament.

Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli li jridu jitwettqu, b’mod partikolari l-kontrolli kontrapposti bejn il-files, u r-riżultati li għandhom jiġu nnotifikati, il-files għandu jkun fihom arkivji tat-tagħrif storiku disponibbli għas-snin tal-marketing li jiġu qabel dawk riferiti fl-ewwel subparagrafu u, mill-31 ta’ Ottubru 2001 l-aktar tard, għandhom jippermettu li l-informazzjoni li tkun tinsab fihom:

tkun awtomatikament miġbura fil-livelli reġjonali u f’dak ta’ l-Istati Membri,

tkun awtomatikament imqabbla bejn il-files.”

Fuq ir-reġistru tal-kultivazzzjoni taż-żebbuġ

251

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75, tal-21 ta’ Jannar 1975, dwar it-twaqqif ta’ reġistru tat-tkabbir taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 2, p. 64)), jimponi fuq l-Istati Membri kkonċernati l-obbligu li jistabbilixxu reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fuq l-impriżi kollha agrikoli li jinsabu fit-territorju tagħhom.

252

Ir-Regolament Nru 1638/98, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1513/2001, tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 308), jipprovdi, fl-Artikolu 2(1) sa (3):

“1.   Minkejja r-Regolament (KEE) […] Nru 154/75, ix-xogħol fuq ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ matul is-snin tas-suq 1998/99 sa 2000/01 għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta’, l-aġġornament u użu ta’ sistema ta’ l-informazzjoni ġeografika (GIS).

Il-GIS għandha tkun maħluqa bl-użu ta’ dettalji mir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ. Dettalji addizzjonali għandhom ikunu pprovduti mid-dikjarazzjonijiet tat-tkabbir mhemuża ma’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L-informazzjoni fil-GIS għandha tkun pożizzjonata ġeografikament bl-użu ta’ ritratti kompjuterizzati meħuda mill-ajru.

2.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tat-tkabbir tkun tikkorrispondi għall-informazzjoni fil-GIS. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx tikkorrispondi, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki u l-kontrolli fuq il-post.

[…]

3.   Jekk, matul il-verifiki u l-kontrolli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2, l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni tat-tkabbir ma tinstabx korretta, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam man-numru ta’ siġar taż-żebbuġ, l-Istati Membri għandhom japplikaw, għal sena tas-suq waħda jew aktar, u skond id-daqs tad-diskrepanzi misjuba:

tnaqqis fil-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa eliġibbli għall-għajnuna, jew

l-esklużjoni tas-siġar taż-żebbuġ ikkonċernati mill-eliġibbiltà għall-għajnuna,

skond ir-regoli u l-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni.”

253

L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru2366/98 jipprovdi, essenzjalment, li, -fir-reġjuni fejn is-SIĠ tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma jkunx għadu ġie lest, il-perċentwali tat-total tad-dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li huma suġġetti għal kontrolli fuq il-post huwa ta’ 10 % għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2000/2001 sa 2002/2003.

Fuq id-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni u l-kontrolli

254

L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi li għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna għall-produzzjoni, kull produttur taż-żebbuġ għandu jippreżenta, qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, dikjarazzjoni tal-ħsad li jkopru s-siġar taż-żebbuġ tagħhom fil-produzzjoni u d-dettalji tal-imsaġar taż-żebbuġ li jkunu jamministraw fl-1 ta’ Novembru tas-sena li għaliha jikkorrispondu d-dikjarazzjonijiet.

255

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2366/98 :

[…] id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad għandhom jinkludu ta’ l-anqas:

a)

il-kunjom, l-ismijiet u l-indirizz tal-produttur taż-żebbuġ;

b)

il-pożizzjoni jew il-pożizzjonijiet tar-raba’;

ċ)

in-numru totali ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, inklużi s-siġar taż-żebbuġ imxerrdin;

d)

ir-referenzi tar-reġistru ta’ l-artijiet tal-biċċiet ta’ art għat-tkabbir taż-żebbuġ tar-raba’ jew, fejn ma jkunx inżamm reġistru ta’ l-artijiet, deskrizzjoni sħiħa tar-raba’ u tal-biċċiet ta’ art għat-tkabbir taż-żebbuġ;

e)

għal kull biċċa art għat-tkabbir taż-żebbuġ: in-numru ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, il-varjetà prinċipali, u dettalji ta’ kull irrigazzjoni jew koltivazzjonijiet assoċjati li jkun hemm.”

256

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi :

“Sabiex tikkostitwixxi bażi għall-ħlas ta’ l-għajnuna lill-produtturi taż-żebbuġ taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet fis-seħħ sa mill-1 ta’ Novembru 2001, is-siġar taż-żebbuġ addizzjonali mħawla wara l-1 ta’ Mejju 1998 […] għandhom jiġu identifikati ġeografikament u inklużi fi programm nazzjonali jew reġjonali approvat mill-Kummissjoni taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru […].

Is-siġar taż-żebbuġ għandhom jitqiesu li huma ġeografikament identifikati fejn jidru fid-database bir-referenza grafika stipulat fl-Artikolu 24 jew, jekk le, fejn l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ikollha informazzjoni kartografika li tippermetti li s-siġar jiġu lokati.”

257

L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi:

“Matul il-kontrolli fuq il-post, l-informazzjoni kollha fuq id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu vverifikati, u b’mod partikolari:

il-pożizzjoni ta’ kull biċċa art u n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ li jkun hemm fiha,

id-destinazzjoni taż-żejt fil-każ li għalih issir referenza fl-Artikolu 10(1),

il-konsistenza bejn is-siġar taż-żebbuġ fil-proprjetajiet agrikoli u l-kwantità ta’ żejt kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jispeċifikaw kwantità inkosistenti ta’ żejt għandhom jiġu rrifjutati.”

Fuq l-imtieħen

258

Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 2366/98, l-Istati Membru jipprovdu, sa mis-sena 1998/1999, iż-żamma għar-reġistri tal-ħażniet marbuta mal-kontijiet finanzjarji. L-Artikolu 8(d) tal-imsemmi regolament jipprevedi sistema ta’ kontrolli dwar il-kwantitajiet ta’ żebbuġ ippressat, il-kwantitajiet ta’ żejt u ilbieba miksuba, l-istokkijiet ta’ żejt preżenti u l-konsum tal-kurrent elettriku.

259

Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 2366/98, l-Istati Membru jipprevedu, sa mis-sena 1998/99, kontrolli fil-fond tal-konsistenza tal-informazzjoni u t-tagħrif mogħti għall-imtieħen. Il-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni jipprevedi li dak li jfisser dan il-kontroll fil-fond.

260

L-Artikolu 9a tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi s-sanzjonijiet (l-irtirar tal-approvazzjoni, sanzjonijiet finanzjarji jew oħrajn) fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mill-imtieħen tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 13(1) tal-imsemmi Regolament, kif speċifikat fl-Artikoli 7, 8 u 9 tal-istess regolament

Rapport ta’ sinteżi

261

Fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet li għandhom ir-referenzi OT/2004/02/GR u OT/2004/05/GR, il-Kummissjoni wettqet verifiki fuq l-għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, rispettivament mis-16 sal-20 ta’ Frar 2004 fid-distretti ta’ Lakonia (il-Greċja) u Messinia (il-Greċja) mid-29 ta’ Novembru sat-3 ta’ Diċembru 2004 fid-distretti ta’ Iraklion (il-Greċja) u f’Rethymno (il-Greċja). L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 ġew ifformulati rispettivament f’żewġ ittri tas-17 ta’ Novembru 2004 u tas-7 ta’ Novembru 2005. Ir-Repubblika Ellenika fformulat osservazzjonijiet fid-9 ta’ Marzu u fil-21 ta’ Novembru 2005. Saret laqgħa bilaterali bejn ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2005 dwar l-ewwel investigazzjoni u fit-22 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tieni investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Griegi l-minuti ta’ dawn iż-żewġ laqgħat fis-17 ta’ Frar u fit-13 ta’ Settembru 2006. L-awtoritajiet Griegi wieġbu fl-20 ta’ Marzu u fis-26 Ottubru 2006. Fl-10 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi għaż-żewġ investigazzjonijiet. Fil-11 ta’ Ottubru 2007, l-awtoritajiet Griegi fformulaw it-talba tagħhom għal konċiljazzjoni u bagħtu lill-Kummissjoni data dwar it-tqassim fis-sens tal-ispejjeż ddikjarati fl-2006, li l-Kummissjoni ħadithom inkunsiderazzjoni fil-pożizzjoni finali tagħha, ikkomunikata lill-imsemmija awtoritajiet fis-6 ta’ Awwissu 2008, wara l-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni tat-12 ta’ Frar 2008.

262

Fir-rapport ta’ sinteżi, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw in-natura mhux operazzjonali tal-fajls tal-kompjuter, in-nuqqas ta’ reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ, in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ tkabbir, nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u l-kontrolli fuq l-imtieħen kif ukoll li ma ttiħdux is-sanzjonijiet proposti mill-aġenzija ta’ kontroll tal-għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa (iktar ’il quddiem l-“AYMEEE”). Dawn in-nuqqasijiet fl-implementazzjoni tal-kontrolli prinċipali kif ukoll in-nuqqasijiet fil-kontrolli sekondarji (dewmien twil wisq għat-teġid ta’ deċiżjoni dwar ta’ sanzjonijiet dwar l-imtieħen, nuqqas ta’ kontrolli addizzjonali taż-żebbuġ, nuqqas ta’ applikazzjoni tat-tnaqqis tar-rata fissa, nuqqas ta’ sorveljanza mill- aġenzija tal-ħlas) kienu kkunsidrati bħala li jiġġustifikaw il-korrezzjonijiet b’rata fissa imposti.

263

L-ewwel nett, dwar in-natura mhux operattiv tal-fajls tal-kompjuter, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw li l-fajls tal-kompjuter jeżistu f’diversi korpi, iżda dawn ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji previsti fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, meta dawn ma jippermettux li jiġu kkonsultati b’mod dirett u immedjat id-data relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni korrenti u mal-aħħar erba’ snin, f’din il-kawża 1998/1999 sa 2002/2003. Huma fakkru li l-fajls jista’ jiġu deċentralizzati sakemm ikunu kompatibbli bejniethom u aċċessibbli b’mod ċentralizzat fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas u tal-aġenzija ta’ kontroll (Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98). Issa, ma ntweriex li l-Opekepe għandha effettivament aċċess ċentralizzat. Barra minn hekk, id-data hija deċentralizzata fil-livell ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi mingħajr ma tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn is-sistemi differenti.

264

Barra minn hekk, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw li l-fajls ma fihomx l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 16(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 2261/84 (ma hemmx fajls tal-kompjuter għal plottijiet li jinkludi s-sit u n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’kull plott) u għandhom inkonsistenzi. Bl-istess mod, id-data fuq l-imtieħen kienet kkunsidrata bħala insuffiċjenti (hemm kontijiet biss l-imtieħen ikkontrollati) u ma tippermettix li ssir analiżi ċentralizzata tal-profitt taż-żejt/siġar taż-żebbuġ pereżempju.

265

Fir-rigward tal-kontrolli inkroċjati, wara l-laqgħa bilaterali tal-15 ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Griegi pprovdew, fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Marzu 2006, ir-riżultati tal-kontroverifiki bejn il-fajls tal-kompjuter. Madankollu, din id-data ġiet ikkunsidrata bħala insuffiċjenti. Fil-fatt, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrielvaw b’mod partikolari li, minħabba n-nuqqas ta’ bażi ċentralizzata ta’ plottijiet agrikoli sas-sena 2001/2002, id-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni 2002/2003 użati għall-ħlas tal-għajnuna kienu dawk tas-snin ta’ qabel u għaldaqstant kienu jinkludu indikjazzjoni impreċiża wisq tal-plottijiet ikkonċernati. Il-kontrolli nkorċjati għaldaqstant ma setgħux isiru bejn id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad taż-żebbuġ, u lanqas bid-dikjarazzjonijiet ta’ żoni li saru fil-kuntest ta’ skemi oħra ta’ għajnuna. Barra minn hekk, il-kontrolli nkroċjati bejn id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad 2002/2003 u d-dikjarazzjonijiet tal-ħsad għall-kostituzzjoni ta’ SIĠ taż-żebbuġ li saru fl-2003 kienu saru mill-awtoritajiet Griegi tardivament fl-2004/2005 u jikkonċernaw għall-2002/2003 parti biss tal-produtturi. Barra minn hekk, il-konstatazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ammont ikbar milli hemm ta’ siġar taż-żebbuġ, li rriżultat fl-esklużjoni tal-għajnuna Komunitarja ta’ 773 produttur, ma hijiex ir-riżultat ta’ kontroverifiki, iżda tikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet previsti f’dan il-qasam mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 2366/98. Fl-aħħar nett, ir-riżultati ta’ kontrolli ta’ ċerti anomaliji ċerti ma ġewx ipprovduti għall-2002/2003.

266

L-awtoritajiet Griegi indikaw lill-Korp ta’ Konċiljazzjoni li l-Opekepe kellha aċċess ċentralizzat għall-fajls tal-kompjuter tal-ħlasijiet ta’ għajnuna u għar-riżultati tal-kontroverifiki u li l AYMEEE żammet id-data relatata mal-imtieħen kollha. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan ma kienx biżżejjed sabiex tiżgura l-kompatibilità tas-sistema Griega mad-definizzjoni ta’ fajls tal-kompjuter skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, li jirrikjedu kontijiet dwar l-imtieħen kollha l-imtieħen u mhux biss l-imtieħen kkontrollati u tirrikjedi, għal kull koltivatur, id-dettalji tal-elementi tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni l-kwantitajiet ta’ żejt prodotta u mħallsa kif ukoll ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post.

267

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika hija kkritikata li ma osservatx l-obbligu li tistabbilixxi reġistru tal-operazzjonijiet ta’ kultivazzjoni taż-żebbuġ u bdiet taħdem fuq xogħlijiet ta’ kostituzzjoni ta’ SIG taż-żebbuġa tardivament (użu sħiħ mis-sena 2003/2004).

268

It-tielet nett, id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad ġew ikkunsidrati bħala mhux affidabbli. Ir-rapport ta’ sinteżi jikkonstata n-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ plottijiet u ta’ reġistru tal-artijiet katast (konfini bejn plottijiet spiss neqsin, plottijiet maħduma minn diversi produtturi, plottijiet xi kultant magħmula minn artijiet imbiegħda minn xulxin, l-isem ta’ plott kbir jista’ jintuża għal plotttijiet diversi minn diversi bdiewa), li jagħmel l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet ta’ ħsad mhux preċiża, kemm dwar il-post fejn jinsabu kif ukoll l-identifikazzjoni tal-plottijiet. Hemm ukoll nuqqasijiet oħra rrilevati fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni (nuqqas ta’ indikazzjoni tad-data ta’ tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ, informazzjoni dwar l-irrigazzjoni ma taqbilx mar-realtà fuq l-art u mhux sfruttata għall-kontrolli ta’ profitt, numru ta’ siġar produttivi dejjem ugwali għat-total ta’ siġar iddikjarati, li huwa improbabbli ħafna). Fl-2002 u fl-2003, il-plottijiet taż-żebbuġ ma kinux identifikati f’format kompatibbli mas-Sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ plottijiet agrikoli (SIPA) li kienu qed jinbnew.

269

Ir-raba’ nett, il-kontroll fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni kienet ikkunsidrata bħala li kellha nuqqasijiet. Ir-rapport ta’ sinteżi jirrileva li, fin-nuqqas ta’ SIG taż-żebbuġ operazzjonali fl-2002 u fl-2003, il-kontrolli alternattivi japplikaw, skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament Nru 2366/98. Ġie kkonstatat li r-rati ta’ kontroll minimu ma ġewx osservati fil-livell nazzjonali u li l-kontrolli fuq il-post ma kinux konformi mar-rekwiżiti f’dan il-qasam (istruzzjonijiet li jipprevedu biss il-verifika tal-post u tan-numru ta’ siġar taż-żebbuġ f’kull plott, verifiki li huma ftit wisq tal-koerenza tal-profitt, ebda traċċabbiltà ta’ kontrolli, attitudni eteroġenja tal-kontrolluri lejn is-siġar taż-żebbuġ mhux produttivi) għas-sena 2002/2003. Huwa ppreċiżat li l-awtoritajiet Griegi integraw dawn l-elementi fl-istruzzjonijiet applikabbli għall-kontrolluri applikabbli mis-sena 2004.

270

Il-ħames nett, il-kontrolli tal-imtieħen kienu wkoll ikkunsidrati bħala insuffiċjenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni rrilevaw in-nuqqas ta’ rabta bejn il-kontabbiltà tal-istokk u l-kontabbiltà finanzjarja. Huma enfasizzaw ukoll id-diffikultà li jitwettqu kontrolli tal-prova ta’ koerenza sabiex tiġi żgurata n-nuqqas ta’ sovravalutazzjoni fittizja tal-kwantitajiet prodotti, minħabba n-natura familjari tal-persunal, peress li s-servizzi ta’ inventarju spiss huma mħallsa biż-żejt stokks u n-nuqqas ta’ arloġġ tad-dawl. Il-kontroll tad-dħul mill-bejgħ u tal-istokk inklużi fid-dikjarazzjonijiet fiskali, li jippermetti li l-kontrolli jkunu affidabbli, ma kienx sar.

271

Is-sitt nett, fir-rigward tas-segwitu ta’ sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE, ir-rapport ta’ sinteżi jirrileva li mill-konstatazzjonijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tal-approvazzjoni ma kienx hemm segwitu b’effetti, li jagħmel mhux operattiv il-kontroll tal-imtieħen. Wara s-smigħ tagħhom mill-Korp ta’ Konċiljazzjoni, l-awtoritajiet Griegi pprovdew data sintetika dwar ir-riżultati ta’ kontrolli fuq l-imtieħen tas-sena 2002/2003. Madankollu, skont il-Kummissjoni, din id-data ma taqbulx mad-data li tirriżulta mil-lista ddettaljata pprovduta mill-AYMEEE fl-2006. La l-għadd totali ta’ mtieħen ikkontrollati u lanqas in-numru ta’ mtieħen ssanzjonati li rċevew twissija jew multa ma’ jikkorrispondu. Id-data hija sintetika wisq, ma huwiex possibbli li tkun taf minn fejn ġejja d-differenza. Barra minn hekk, din id-data tindikaw li imtieħen ġew issanzjonati, mingħajr ma jissemmew il-proposti inizjali tal-AYMEEE jew id-data ta’ applikazzjoni ta’ sanzjonijiet. Issa, l-ilmenti tal-Kummissjoni jirrigwardaw prinċipalment il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ u t-tnaqqis tal-livell tas-sanzjonijiet imqabbel mal-proposti inizjali.

272

Peress li dawn in-nuqqasijiet ikkonstatati rigward kontrolli prinċipali għas-sena 2002/2003 diġà ġew irrappurtati waqt investigazzjonijiet preċedenti u kienu s-suġġett ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għall-perjodu 1999/2000 sa 2001/2002, ir-rata ta’ korrezzjoni kienet żdiedet għal 15 % skont il-prinċipju ta’ rikorrenza għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

273

Fir-rigward tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, ir-Repubblika Ellenika tqajjem id-disa’ motiv, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti, fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti.

274

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-motivi li għalihom ġew imposti korrezzjonijiet, jiġifieri n-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter, in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, il-nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, in-nuqqasijiet fil-kontrolli fuq l-imtieħen u s-segwitu insuffiċjenti tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE.

275

Għandu jiġi kkunsidrat, f’din il-kawża, jekk ir-Repubblika Ellenika wriet, skont il-ġurisprudenza preċedentement imfakkra (ara l-punt 78 hawn fuq), l-ineżattezza tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni.

– Fuq in-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter

276

Ir-Repubblika Ellenika ssemmi d-databases eżistenti fi ħdan kull kull dipartiment nazzjonali skont l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Hija tiddikjara li pproduċiet il-prova li l-fajls fihom l-informazzjoni kollha rikjesta mid-dispożizzjonijiet applikabbli u ssostni li l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 ma jimponix li l-fajls kollha jkunu ċentralizzati. Hija żżid li, mill-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003, Opekepe għandha aċċess ċentralizzat għall-fajls tal-kompjuter.

277

Għandu jitfakkar li l-fajls tal-kompjuter għandu jkollhom ċerta informazzjoni. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, meta jkunu deċentralizzati, dawn il-fajls għandhom ikunu omoġenji, kompatibbli u aċċessibbli b’mod ċentralizzat fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas u tal-aġenzija ta’ kontroll. Barra minn hekk, skont l-ewwel subparagrafu tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, il-fajls għandhom jippermettu li tiġi kkonsultata b’mod dirett u immedjat d-data dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti u l-aħħar erba’ snin (ara l-punt 250 iktar ’il fuq).

278

F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika semmiet id-databases differenti Griegi kkonċernati fid-dipartimenti differenti. Meta tagħmel dan, madankollu, ma tistabbilixxi bl-ebda mod li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni huma ineżatti, b’mod partikolari fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-fajls. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma kkritikatx lir-Repubblika Ellenika li żammet dawn il-fajls b’mod deċentralizzat, iżda kkontestat il-kompatibbiltà bejn is-sistemi differenti, mingħajr ma ntweriet in-natura żbaljata ta’ din il-konstatazzjoni f’din il-kawża. Lanqas mill-elementi tal-fajl li l-prova tal-aċċess ċentralizzat tal-Opekepe għall-fajls tal-kompjuter ġiet OPEKEPE ngħatat għas-sena 2002/2003 inkwistjoni.

279

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat ukoll in-natura inkompleta tal-fajls tal-kompjuter u l-fatt li dawn ma jippermettux li tiġi kkonsultata b’mod dirett u immedjat id-data dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti l-aħħar erba’ snin , f’dan il-każ is-snin 1998/1999 sa 2002/2003 (ara l-punt 263 hawn fuq), kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98.

280

Bl-istess mod, kif il-Kummissjoni enfasizzat, l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 (ara l-punt 249 hawn fuq) jirrkjedi kontabbiltà ta’ stokk tal-imtieħen kollha u l-imtieħen u mhux biss tal-imtieħen ikkontrollati u, għal kull min ikabbar iż-żebbuġ, l-elementi dettaljati tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni u tal-kwantitajiet ta’ żejt prodotti u mħallsa u r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post, li jimplika b’mod partikolari fajls tal-kompjuter ta’ plottijiet suffiċjentement kompleti u kontabbiltà tal-istokk tal-imtieħen kollha, li f’dan il-każ hija nieqsa.

281

Ir-Repubblika Ellenika ssostni wkoll li kontroverifiki seħħew. għandu jiġi rrilevat li, bħala riżultat ta’ informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Griegi fl-ittra tagħhom tal-20 Marzu 2006 u l-kjarifiki mogħtija matul il-laqgħa bilaterali tat-22 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni setgħet ikkonstatat l-eżistenza ta’ kontroverifiki.

282

Fl-aħħar nett, din il-konklużjoni ma hija invalidata bl-ebda mod mill-argument tar-Repubblika Ellenika li l-Kummissjoni stess irrikonoxxiet titjib.

283

Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx li l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu żbaljati rigward in-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter u dan l-ilment għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqas ta’ tlestija tar-reġistru taż-żebbuġ

284

Ir-Repubblika Ellenika tfakkar il-kuntest regolatorju tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ u tal-GIS tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ. Hija ssostni li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1638/98, ix-xogħlijiet fuq ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ser ikun riorjentati lejn il-kostituzzjoni ta’ GIS. Hija ssostni li l-kontrolli li saru (amministrattivi, fuq il-post, fl-imtieħen, eċċ.) fuq 10 % tal-produtturi, skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament Nru 2366/98, għenu sabiex jiġi kkumpensat il-fatt li r-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma kienx lest.

285

Madankollu, il-Qorti Ġenerali tirrileva li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax in-nuqqas ta’ stabbiliment tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ għas-sena 2002/2003 inkwistjoni.

286

Sussegwentement, l-obbligu li x-xogħlijiet dwar ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ jiġu orjentati għall-kostituzzjoni, l-aġġornament u l-użu ta’ GIS, li jirriżultaw b’mod partikolari mir-Regolament Nru 1638/98 (ara l-punt 252 hawn fuq), jikkompleta biss l-obbligu li jiġi stabbilit tali reġistru, li għandhom il-produtturi skont ir-Regolament Nru 154/75. Fil-fatt, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1638/98 jirriżulta li SIG hija stabbilita fuq il-bażi ta’ data tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-387/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 63, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 94).

287

Fir-rigward ta’ SIG tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-awtoritajiet Griegi nfushom ikkunsidraw li s-SIG tagħhom ma kinitx lesta għas-sena 2003/2004, li jimplika li ma kienx lest għas-sena 2002/2003 inkwistjoni f’din il-kawża.

288

Ir-Repubblika Ellenika ssostni li kontrolli saru (kontrolli amministrattivi, fuq il-post, fl-imtieħen), sabiex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98.

289

Madankollu, għandu jitfakkar li ż-żieda fin-numru ta’ kontrolli prevista fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98 fir-rigward tar-reġjuni li għalihom il-kostituzzjoni ta’ SIG tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma tlestietx, hija maħsuba sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta’ data li din is-sistema tkun tista’ tipprovdi, bħalma huma r-ritratti mill-ajru, iżda ma tissostitwixxix id-data li għandha tkun diġà disponibbli (sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 286 iktar ’il fuq, punt 65, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 95).

290

Ir-Repubblika Ellenika ma turix għaldaqstant in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ u dan l-ilment għandu konsegwentement jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni

291

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-identifikazzjoni ta’ plottijiet li saret fil-kuntest ta’ dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni. Hija ssostni li kull plott hija identifikata permezz ta’ numru u li, sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli fuq il-post, il-produtturi jiddelimitaw il-plottijiet u jimmarkaw is-siġar li jdawruhom. Bl-istess mod, ikun possibbli li tiġi vverifikata d-data li fiha s-siġar taż-żebbuġ inżergħu wara l-1 ta’ Mejju 1998, anki wara ħames sa sitt snin.

292

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li d-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni, neċessarja għat-talba għal għajnuna, għandha tinkludi, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2366/1998, b’mod partikolari r-referenzi tar-reġistru tal-artijiet tal-plottijiet taż-żebbuġ tal-impriża jew, fin-nuqqas ta’ reġistru tal-artijiet, deskrizzjoni komprensiva tal-impriża u tal-plottijiet taż-żebbuġ, u għal kull plott taż-żebbuġ, in-numru ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, il-varjetà dominanti kif ukoll l-eżistenza ta’ irrigazzjoni jew ta’ kultivazzjonijiet assoċjati. Bl-istess mod, l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament jipprovdi li, sabiex tkun il-bażi għal għajnuna, is-siġar taż-żebbuġ supplimentari mħawla wara l-1 ta’ Mejju 1998 għandhom jiġu identifikati ġeografikament.

293

F’din il-kawża, mill-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni għandhom, għas-sena inkwistjoni, ħafna nuqqasijiet, deskritti fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 268 hawn fuq). Issa, id-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika ma jistabbilixxux in-natura żbaljata ta’ dawn il-konstatazzjonijiet. B’mod partikolari, l-ineżattezza tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, kemm dwar il-post fejn issir jew dwar l-identifikazzjoni tal-plottijiet, ma hijiex ikkontestata mill-argumenti tar-Repubblika Ellenika. Dan jgħodd ukoll dwar in-nuqqasijiet l-oħra rrilevati fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni marbuta mas-siġar taż-żebbuġ. Fl-aħħar nett, kif tenfasizza l-Kummissjoni, fl-2002 u fl-2003, il-plottijiet taż-żebbuġ ma ġewx identifikati f’format kompatibbli mas-SIPA li qed jinħoloq, li ma huwiex ikkontestat bħala tali.

294

Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika quddiem il-Qorti Ġenerali ma humiex biżżejjed sabiex juru n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet magħmula.

295

Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fuq il-post

296

L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli fuq il-post twettqu għal iktar minn 10 % tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u li, fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-Kummissjoni, li wassal għal perċentwal kemxejn inqas (9.91 %), hija differenza negliġibbli li ma taffettwatx il-ħlasijiet.

297

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98 (ara l-punt 253 hawn fuq), fir-reġjuni fejn il-kostituzzjoni ta’ GIS taż-żebbuġ ma tkunx tlesta, il-kontrolli fuq post għandhom isiru fuq 10 % tad-dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni totali għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

298

Id-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika ma jurux in-natura żbaljata tal-kalkolu tal-Kummissjoni, li l-perċentwali minimu ta’ 10 % ma kinitx ossevata f’din il-kawża.

299

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli kienu saru b’mod sodisfaċenti. Skontha, il-kultivatur taż-żebbuġ huwa marbut li jikkomunika informazzjoni relatata mal-produzzjoni, mad-distribuzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u mal-istat tal-istokkijiet. Din l-informazzjoni magħquda tippermetti li d-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni tilaqa’ mat-talba għal għajnuna u li din tal-aħħar tiġi miċħuda fil-każ ta’ inkoerenza.

300

Madankollu, meta tagħmel dan, ir-Repubblika Ellenika ma tirrispondix għall-kritika magħmula mill-Kummissjoni, sintetizzata fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 269 iktar ’il fuq), li minnu jirriżulta li ċerti kontrolli bħalma huma qligħ, prevista mill-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 2366/98 (ara l-paragrafu 257 hawn fuq), huma ftit. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tikkritika n-nuqqas ta’ traċċabbiltà tal-kontrolli, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ mapep, ta’ skeċċijiet u ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli u t-traċċabbiltà ta’ dawk il-kontrolli fil-għadd ta’ siġar taż-żebbuġ għal kull plott. Hija tikkritika wkoll l-attitudni eteroġenja tal-kontrolluri dwar is-siġar mhux produttivi taż-żebbuġ għas-sena 2002/2003. Dawn il-konstatazzjonijiet ma humiex ikkontestati mid-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika.

301

Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tipproduċi l-prova tan-natura żbaljata tan-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli fuq il-post. L-argument tagħha bbażat fuq li r-rata insuffiċjenti ta’ kontroll ma għandhiex effett fuq il-pagamenti, imqajjem fir-replika, għandu jiġi miċħud peress li, fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni imposta ma tirriżultax biss minn din l-insuffiċjenza (ara b’mod partikolari l-punti 283, 290 u 294 hawn fuq).

302

Dan l-ilment għaldaqstant għandu jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fl-imtieħen

303

Ir-Repubblika Ellenika ssostni li, fil-kuntest ta’ kontrolli fuq l-imtieħen, il-kontrolluri jieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi b’mod partikolari l-kontabbiltà tal-istokk, jikkontrollaw li jinżammu tajjeb il-kotba u r-reġistri u joperaw korrelazzjoni mal-informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum tal-elettriku, il-kontabbiltà tal-istokks u fiżika. Dawn il-kontrolli għandhom ukoll jieħdu inkunsiderazzjoni rabtiet ta’ parentela tal-operaturi.

304

Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-argumenti bl-ebda mod ma jinvalidaw il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni f’din il-kawża.

305

Fil-fatt, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Ellenika minħabba n-nuqqas ta’ rabta bejn il-kontabbiltà tal-istokk u l-kontabbiltà finanzjarja, previst mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 2366/98, u d-diffikultà li jsiru kontrolli ta’ koerenza sabiex tiġi żgurata l-assenza tal-soravalutazzjoni fittizji tal-kwantitjiet prodotti (ara l-punt 270 hawn fuq).

306

Issa, bid-dikjarazzjonijiet tagħha, ir-Repubblika Ellenika ma tipproduċi ebda prova li turi n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-korrelazzjonijiet stabbiliti mid-dipartimenti ta’ kontroll ma jirrispondux għall-kritika tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta kontabbiltà tal-istokkijiet marbuta mal-kwistjonijiet tal-kontabbiltà finanzjarja. Bl-istess mod, ir-Repubblika Ellenika ma tipprovdi ebda prova li tistabbilixxi l-ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fil-qasam tal-kontrolli tal-imtieħen.

307

Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

– Fuq is-segwitu insuffiċjenti tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE

308

Rigward in-nuqqas ta’ segwitu tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE fuq l-imtieħen, ir-Repubblika Ellenika ssostni li osservat il-proċedura legali li tippermetti sospensjoni tal-eżekuzzjoni, sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva.

309

Għandu jiġi kkonstatat li, meta għamlet dan, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax id-dewmien fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet, bi ksur tal-Artikolu 11a tar-Regolament Nru 136/66 (ara l-punt 247 hawn fuq), u t-tnaqqis fil-livell ta’ dawn is-sanzjonijiet li kien applikat imqabbel mal-proposti oriġinali, ikkritikati f’din il-kawża (ara l-punt 271 hawn fuq).

310

Għaldaqstant dan l-ilment għandu wkoll jiġi miċħud.

311

Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx in-natura żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti.

Fuq il-livell tal-korrezzjoni applikata, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

312

L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta ż-żieda awtomatika tal-korrezzjoni ta’ 10 sa 15 %, li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-titjib sinjifikattiv fil-kwalità tal-kontrolli. Hija tallega l-ksur tad-dokumenti Nru VI/5330/97 u AGRI/61495/2002.

313

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tirrileva li mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ma setgħetx turi li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu ineżatti (ara l-punti 274 sa 310 iktar ’il fuq).

314

Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li n-nuqqasijiet ikkonstatati diġà ġew innotifikati waqt l-investigazzjonijiet preċedenti u kienu suġġetti għal korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-snin 1999/2000 sa 2001/2002.

315

Għandu jitfakkar li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur li twettaq fl-evalwazzjoni tagħha tal-ammont li għandu jiġi eskluż wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet.

316

Kif ġie indikat preċedentement (ara l-punt 57 iktar ’il fuq), ir-rikorrenza tal-irregolaritajiet inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala fattur aggravanti, li jista’ jiġġustifika ż-żieda fil-korrezzjoni finanzjarja imposta.

317

F’dan il-qafas, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni it-titjib li sar. Id-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi li n-nuqqas isir iktar serju jekk l-istat jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tagħha u d-dokument AGRI/61495/2002 jindika b’hekk li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżuri korrettivi jew kumpens meħuda mill-Istat Membru (ara l-punti 17 u 18 hawn-fuq).

318

F’din il-kawża, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni stess semmiet it-titjib li sar imqabblel mas-snin preċedenti, kif jirriżulta mill-minuti tal-laqgħa tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar l-investigazzjoni OTS/2004/05/GR.

319

Madankollu, f’dawn il-minuti, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-imsemmi titjib ma jippermettux li jikkumpensa għan-nuqqasijiet irrilevati. B’mod partikolari, l-eżistenza ta’ kontroverifiki u ta’ fajls ċentralizzati kienet ikkunsidrata bħala li tibqa’ fuq livell globali, mingħajr ma tippermetti kontrolli sistematiċi u kontroverifiki fuq il-plottijiet u l-kontenut tagħhom kien ikkunsidrat mhux konformi mar-regolamenti. Barra minn hekk, ċerti nuqqasijiet identifikati ma kinux suġġetti għal titjib, bħall-kontroll tal-imtieħen u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-AYMEEE.

320

B’hekk, minkejja t-titjib rilevat, baqgħu jeżistu n-nuqqasijiet li jikkonċernaw il-kontrolli prinċipali. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta ma jiġux imwettqa wieħed jew iktar mill-kontrolli prinċipali jew jiġu mwettqa ħażin jew tant isiru rarament li ma jkunux effettivi sabiex jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ talba jew sabiex jipprevjenu l-irregolaritajiet, il-Kummissjoni għandha dritt li tikkunsidra li kien hemm riskju għoli ta’ telf kbir għall-FAEGG” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 286 iktar ’il fuq, punt 105).

321

Konsegwentement, is-sempliċi fatt li kien hemm titjib ma jippermettix lir-Repubblika Ellenika li ssostni li r-rata ta’ korrezzjoni ta’ 10 % applikata qabel ma setgħetx tiżdied f’din il-kawża, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tal-irregolaritajiet irrilevati, l-importanza tal-effett tagħhom għad-determinazzjoni tar-regolarità tal-infiq u n-natura rikorrenti tagħhom.

322

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, l-eżistenza ta’ ċertu titjib rrilevat ma huwiex inkompatibbli ma’ żieda fir-rata ta’ korrezzjoni sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni r-ripetizzjoni ta’ nuqqasijiet ikkonstatati u ż-żieda tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

323

Minn dan isegwi li l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-linja gwida tal-Kummissjoni li jirriżulta mid-dokumenti Nru VI/5330/97 u AGRI/61495/2002 għandu jiġi miċħud.

324

Ir-Repubblika Ellenika ssostni li, fl-aħħar tal-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006, relatata mat-tieni investigazzjoni, il-Kummissjoni, minħabba t-titjib ikkonstatat, ċaħdet il-possibbiltà li japplikaw d-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza ta’ insuffiċjenza ta’ sistemi ta’ kontroll għall-perijodu 2002/2003.

325

Għandu jiġi rrilevat li, fil-laqgħa bilaterali tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tieni investigazzjoni, il-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 jsemmu li l-Kummissjoni “ma tara l-ebda raġuni f’dan l-istadju tal-proċedura sabiex jitnaqqas il-livell ta’ rata fissa ta’ korrezzjoni applikata għas-snin ta’ qabel anki jekk twarrab, minħabba titjib kkonstatat fil-kontrolli tal-qligħ u fil-kontroverifiki, il-possibbiltà li tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-każ ta’ rikorrenza ta’ sistemi ta’ kontroll insuffiċjenti għall-perjodu 2002/2003 (dokument AGRI 60637/2006)”

326

Madankollu, bħal-kuntrarju ta’ dawn il-minuti, dawk tas-17 ta’ Frar 2006, dwar l-ewwel investigazzjoni li għandha r-referenza OTS/2004/02, jsemmu espressament il-fatt li l-Kummissjoni ma teskludix, f’dan l-istadju, li tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-każ ta’ rikorrenza.

327

Barra minn hekk, għadu jitfakkar li l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-evalwazzjoni tal-ammont li għandu jiġi eskluż għandha ssir, b’mod partikolari, mill-importanza tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata, wara li tiġi segwita proċedura kontradittorja dettaljata. Jekk, fi tmiem din il-proċedura, l-evalwazzjoni tvarja minn dik li kienet wasslet għal proċediment preċedenti, huwa ġustament li l-Kummissjoni tiddetermina l-ammont li għandu jiġi skarat billi tibbaża fuq l-evalwazzjoni tagħha l-iktar reċenti. F’każ kuntrarju, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżgura li l-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 75).

328

F din il-kawża, l-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2007, wara l-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 u komuni għaż-żewġ investigazzjonijiet, tenfasizza l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza u jindikaw ir-raġunijiet. Bl-istess mod, il-pożizzjoni finali tas-6 ta’ Awwissu 2008 tikkonferma l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza. Il-Korp ta’ Konċiljazzjoni stess jirrikonoxxi li d-deċiżjoni li tissemma r-rikorrenza tan-nuqqasijiet sabiex tiżdied ir-rata ta’ korrezzjoni f’din il-kawża preżenti ma kinitx f’kunflitt ma’ interpretazzjoni stretta tal-proċess verbal tat-13 ta’ Settembru 2006.

329

Għaldaqstant, f’din il-kawża, l-argument ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 ma tinvalidax il-konklużjoni li t-titjib irrilevat ma jipprevjenix, f’din il-kawża, l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni bir-rata ta’ 15 %.

330

Sa fejn ir-Repubblika Ellenika tikkontesta li r-riskju jkun sar ikbar għall-FAEGG, għandu jitfakkar li, f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ korrezzjoni, huwa l-Istat Membru li għandu juri li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-irregolaritajiet ikkonstatati (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Marzu 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-59/97, Ġabra p. I-1683, punt 55, u tal-20 ta’ Settembru 2001, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 37 sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 168). F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika ma tressaqx provi insostenn tad-dikjarazzjonijiet tagħha.

331

It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ż-żieda applikata f’din il-kawża kienet awtomatika u mingħajr motivazzjoni speċjali.

332

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li ż-żieda tar-rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % ma għandhiex tiġi applikata b’mod awtomatiku, iżda biss fi tmiem eżami ta’ eventwali miżuri korrettivi jew ta’ kumpens meħuda mill-Istat Membru u mingħajr ma jiġi ttraskurat it-titjib li sar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-214/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 90). Barra minn hekk, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni għandha titqies li hija suffiċjenti meta l-Istat destinatarju jkun ġie involut mill-qrib fil-proċess ta’ tħejjija ta’ din id-deċiżjoni u kien jaf ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li s-somma inkwistjoni ma tiġix iffinanzjata mill-FAEGG (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 73 iktar ’il fuq).

333

F’din il-kawża, hija biżżejjed li jiġi rrilevat li n-natura ripetuta tan-nuqqasijiet ikkonstatati ġiet enfasizzata matul il-proċedura kontenzjuża, li r-Repubblika Ellenika pparteċipat fiha (ara l-punti 326 sa 328 iktar ’il fuq).

334

Barra minn hekk, matul din il-proċedura, ġie indikat (ara l-punt 319 iktar ’il fuq) li t-titjib li sar fil-qasam tal-kontrolli doppji u tal-fajls ċentralizzati kienu baqgħu insuffiċjenti.

335

Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li r-Repubblika Ellenika ssostni, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjenti skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 73 hawn fuq.

336

It-tielet nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni applikata hija sproporzjonata.

337

F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni tista’ tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż kollha li jkunu saru jekk hija tikkonstata li ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta’ kontroll suffiċjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza il-Qorti tal-24 ta’ Frar 2005, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C-318/02, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 45).

338

F’din il-kawża, jidher li n-nuqqasijiet irrilevati mid-dipartimenti mill-Kummissjoni jirrigwardaw elementi importanti tas-sistema ta’ kontroll kif ukoll ta’ eżekuzzjoni ta’ kontrolli li għandhom rwol importanti fid-determinazzjoni tar-regolarità tan-nefqa, hekk li jista’ raġonevolment jiġi konkluż li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG kien sinjifikattiv.

339

Konsegwentement, ir-rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % tan-nefqa kkonċernata ma tistax tiġi kkunsidrata bħala eċċessiva u sproporzjonata f’din il-kawża.

340

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-argumenti mressqa mir-Repubblika Ellenika ma jurux li huwa żbaljat li l-Kummissjoni applikat rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % jew li hija kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.

341

Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

342

Minn dan isegwi li l-motivi kollha kontra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa għandhom jiġu miċħuda.

6. Fuq l-għaxar u l-ħdax-il motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-ispejjeż fil-qasam tal-verifika finanzjarja

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

Termini għall-ħlas

343

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/96, tas-16 ta’ Frar 1996, dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta’ kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (EEC) Nru 2776/88 (ĠU L 39, p. 5), jipprevedi, fir-raba’ premessa tiegħu:

“Billi r-regolamenti komuni tal-biedja jinkludu temmiet taż-żmien sabiex jitħallsu l-għajnuniet lill-benefiċjarji mill-Istati Membri; billi l-ħlasijiet kollha effettwati wara dawn it-temmiet taż-żmien, u li għalihom ma jkunx iġġustifikat id-dewmien fil-ħlas, iridu jitqiesu bħala mhux eliġibbli, u għalhekk ma jistgħux, fil-prinċipju jkunu bla ħsara għal avvanz fuq il-prenotament tan-nefqa; billi, madankollu, sabiex jiġi mmodullat l-impatt finanzjarju fil-proporzjon tad-dewmien miġrur fil-ħlas, it-tnaqqis fl-avvanzi għandu jkun iggradwat bħala funzjoni tad-daqs tad-dewmien irreġistrat.”

344

.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 296/96, kif emendat jipprevedi :

“1.   Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mibgħuta skond l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet u tagħmel l-avvanzi fix-xahar dwar il-prenotament tan-nefqa, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 94/729/KE.

2.   L-avvanzi dwar il-prenotament għandhom jiġu mnaqqsa għan-nefqa effettwata wara t-temmiet taż-żmien stabbiliti kif ġej:

a)

fejn in-nefqa effettwata wara t-temmiet taż-żmien tkun ugwali għal 4 % jew inqas tan-nefqa effettwata qabel it-temmiet taż-żmien, ma għandha ssir l-ebda riduzzjoni, irrispettivament min-numru tax-xhur tad-dewmien,

b)

’il fuq mill-għatba ta’ 4 %, kull nefqa iktar li ssir effettwata b’dewmien ta’ sa:

xahar għandha tiġi mnaqqsa b’10 %,

xahrejn għandha tiġi mnaqqsa b’25 %,

tliet xhur għandha tiġi mnaqqsa b’45 %,

erba’ xhur għandha tiġi mnaqqsa b’70 %,

ħames xhur jew iżjed għandha tiġi mnaqqsa b’100 %.

Madankollu, il-Kummissjoni trid tapplika skala differenti taż-żmien u/jew riduzzjonijiet iktar baxxi jew xejn għal kollox, jekk jiġu ffaċċjati kondizzjonijiet eċċezzjonali tal-maniġġjar għal ċertu miżuri, jew jekk jiddaħħlu ġustifikazzjonijiet imsejsa fis-sod mill-Istati Membri.

Ir-riduzzjonijiet riferiti f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 94/729/KE”

Termini ta’ ħlas ta’ żoni żvataġġjati

345

L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87) li jinkludi b’mod partikolari l-appoġġ għaż-żoni żvantaġġjati, jipprevedi :

“1.   Emendi għad-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali u l-miżuri tal-iżvilupp rurali inlużi f’dokumenti singoli tal-programmizzar permezz ta’ l-Objettiva 2 li huma iffinanzjati mill-FAEGG, Sezzjoni tal-garanzija, għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi jkun fihom l-informazzjoni segwenti:

a)

ir-raġunijiet u xi problemi ta’ l-impementazzjoni li jiġġustifikaw l-aġġustament tad-dokument tal-programmizzar;

b)

l-effetti mistennija mill-emenda;

ċ)

l-implikazzjonijiet tal-finanzjament u tal-verifika tal-impenji.

2.   Billi taġixxi bi qbil mal-proċeduri referuti […], il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-emendi għad-dokumenti tal-programnizzar tal-iżvilupp rurali, tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 48(1) u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali inklużi fid-dokumenti singoli tal-proġrammizzar permezz tal-Objettiv 2 iffinanzjat mill-FAEGG, Sezzjoni tal-Garanzija, kull meta dawn ikollhom effett fuq:

a)

il-prijoritajiet;

b)

il-fatturi ewlenija tal-miżuri ta’ l-appoġġ kif indikat fl-Anness II;

ċ)

l-ammont massimu globali ta’ l-appoġġ tal-Komunità […];

d)

id-distribuzzjoniji ta’ l-allokazzjoni finanzjarja imwettqa għall-miżuri li jkunu fid-dokument tal-programmizzar meta din tkun teċċedi:

15 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża totali eliġibbli,

20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża pubblika eliġibbli, ,

Ikkalkolati fuq il-bażi ta’ l-aħħar kolonna (total) tat-tabella finanzjarja annessa mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova d-dokument tal-programmizzar jew annessa mad-deċiżjoni referuta […] kif l-aħħar emendat..

3.   L-emendi referuti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi proposta singola għal kull programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja.

L-ewwel subparagrafu ma għandux ikun applikabbli:

a)

meta l-emendi huma meħtieġa bħala riżultat ta’ disastru naturali jew ta’ okkorrenza eċċezzjonali oħra b’impatt maġġuri fuq il-programmizzar tal-Istat Membru;

b)

meta emenda tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 48(1) tkun meħtieġa bħala riżultat ta’ emenda tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali.

4.   L-emendi ta’ natura finanzjarja li ma humiex koperti bil-paragrafu 2(d) u l-emendi tar-rata tal-kontribuzzjoni kif referuta fl-ewwel inċiż tal-punt 9(2) B ta’ l-Anness II għandhom ikunu ikkomunikati lejn il-Kummissjoni flimkien mat-tabella finanzjarja emendata bi qbil mal-punt 8 ta’ l-Anness II. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha jkunu waslu għand il-Kummissjoni.

L-emendi ta’ natura finanzjarja kif referuti fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jeċċedu l-massimi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2(d) meta jkunu totalizzati matul sena kalendarja.

L-emendi l-oħrajn apparti minn dawk koperti fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu ikkommunikati lejn il-Kummissjoni mill-anqas tlett xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Tali emendi jistgħu jidħlu fis-seħħ aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma lill-Istat Membru qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tlett xhur li l-emendi notifikati jkunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

Jekk l-emenda notifikata ma tkunx konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar dan u l-perijodu ta’ tlett xhur li hemm provvediment dwaru fl-ewwel subparagrafu għandu jkun sospiż sakemm il-Kummissjoni tirċievi l-emenda li tkun konformi.”

Rapport ta’ sinteżi

346

Ir-rapport ta’ sinteżi jirreferi għal tliet investigazzjonijiet li għandhom ir-riferenzi FA/2005/70/GR, FA/2006/108/GR u FA/2006/137/GR, li l-Kummissjoni nnotifikat ir-riżultati tagħhom rispettivament f’Jannar, f’April u f’Awwissu 2006. Wara skambju ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika Ellenika għal kull proċedura, l-istedina konġunta tal-15 ta’ Jannar 2007 għal laqgħa bilaterali u ż-żamma ta’ din il-laqgħa, il-Kummissjoni bagħtet, permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ġunju 2007, il-minuti tal-laqgħa għal kull proċedura. Permezz ta’ tliet ittri tal-24 ta’ Jannar 2008 [AGRI-1912, AGRI-1913 u AGRI 1914], il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konkużjonijiet tagħha lir-Repubblika Ellenika. Wara l-parir tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni 08/GR/360 tal-10 ta’ Lulju 2008, komuni għat-tliet proċeduri komuni, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha rispettivament permezz ta’ ittri tat-8 ta’ Ottubru, tas-6 ta’ Ottubru u tad-19 ta’ Settembru 2008.

347

Minn naħa, f’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, instab li ġie kkonstatat b’mod partikolari li, fl-oqsma żvantaġġati, il-limitu massimu tal-ispejjeż ġie stabbilit għal ammont ta’ EUR 115 770 000, filwaqt li l-infiq totali laħaq EUR 121 992 923.70, li jwassal għal żieda ta’ EUR 6222 923.70. Issa, skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, l-emendi ta’ natura finanzjarja li ma humiex koperti mill-Artikolu 51(2) tal-imsemmi regolament għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u għandhom jiġu fis-seħħ mid-data tal-wasla mill-Kummissjoni. F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika informat lill-Kummissjoni b’din il-bidla fid-29 ta’ Settembru 2004. Is-somma ta’ EUR 923.70 6222 għaldaqstant ma hijiex eliġibbli, peress li l-ispejjeż saru qabel ma t-talba għal emenda saret lill-Kummissjoni. L-argument li l-ammont totali mħallas għall-2004 (jiġifieri EUR 125 600 000) hija inqas mis-somma prevista fit-tabella finanzjarja 2004 (jiġifieri EUR 145 miljun) ma tistax tiġi aċċettata, peress li l-ammont ta’ EUR145 miljun jikkorrispondi għall-ammont totali disponibbli għall-programm u għaldaqstant ma setax jiġi kkunsidrat għal miżura speċifika.

348

Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2006/108/GR, kien ikkonstatat dewmien fir-rigward tal-ħlasijiet magħmula matul is-sena 2005 għall-uċuħ tar-raba’ u l-ħlasijiet addizzjonali fil-qasam tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella. Sabiex tiġi evitata korrezzjoni doppja mal-korrezjonijiet b’rata fissa imposti għall-istess eżerċizzju u l-istess linja tal-baġit, il-korrezzjoni tnaqqset. Din hija, finalment, ta’ EUR4 521 536.62 u tirrifletti l-korrezzjonijiet b’rata fissa diġà applikati sabiex jiġu evitati l-korrezzjonijiet doppji. ]

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

349

Ir-Repubblika Ellenika tqajjem l-għaxar motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, u l-ħdax-il-motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2006/108/GR.

Fuq l-għaxar motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, ibbażata fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet u tar-Regolament Nru 817/2004, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

350

Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-korrezzjoni relatata ma’ żoni żvantaġġati, imposta minħabba eċċess tal-limitu finanzjarju. Hija ssostni li l-Kummissjoni kienet informata bl-emenda inkwistjoni u li l-ammont tal-eċċess jibqa’ spiża eliġibbli, peress li l-ammont totali mħallas matul is-sena finanzjarja ma nqabiżx.

351

Il-Qorti Ġenerali tirrileva li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li l-limitu tal-ispejjeż inizjalment previsti għaż-żvantaġġati inqabeż b’ammont ta’ EUR 6 222 923.70 (ara l-punt 347 iktar ’il fuq).

352

Mir-rapport ta’ sinteżi, mhux ikkontestat f’dan ir-rigward, jirriżulta wkoll li din l-emenda taqa’ taħt l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, li jipprevedi li l-emendi finanzjarji għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u jidħlu fis-seħħ mid-data tal-wasla tagħhom għand il-Kummissjoni.

353

Issa, mill-elementi tal-fajl, b’mod partikolari mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta, li dan l-eċċess huwa dovut għal emenda li l-Kummissjoni ġiet informata biha fid-29 ta’ Settembru 2004 u li l-ispejjeż inkwistjoni kienu saru qabel din in-notifika lill-Kummissjoni, kif dan ġie kkonfermat waqt is-seduta u uffiċjalment irreġistrati fil-minuti tas-seduta.

354

Għaldaqstant, l-ispejjeż li saru għal ammont ogħla għall-għotja inizjali tal-miżura inkwistjoni qabel id-data tad-29 ta’ Settembru 2004 ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala impriżi skont ir-regoli Komunitarji.

355

Ċertament, l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, applikabbli f’din il-kawża, ma jimponix l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għad-dħul fis-seħħ tal-emenda inkwistjoni, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika.

356

Madankollu, anki jekk din id-dispożizzjoni tipprevedi komunikazzjoni ta’ emendi finanzjarji lill-Kummissjoni għal għanijiet informattivi biss, il-kundizzjonijiet tan-notifika li hija tipprevedi ma ġewx osservati f’din il-kawżà. .

357

L-argument tar-Repubblika Ellenika li r-Regolament Nru 817/2004 jippermetti lill-Istati Membri li jemendaw id-dokumenti ta’ programmazzjoni u t-tabelli finanzjarji ma jinvalidax din il-konklużjoni. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament jinkwadraw preċiżament il-possibbiltajiet ta’ emendi, kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll tal-proċedura li għandha tiġi segwita, u r-Repubblika Ellenika ma wrietx li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, li l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004 ma kinitx osservata, hija żbaljata.

358

Barra minn hekk, l-ilment tar-Repubblika Ellenika li r-rapport finali ma għandux ebda motivazzjoni dwar iż-żvantaġġati u d-deċiżjoni kkontestata hija motivata b’mod insuffiċjenti għandu jiġi miċħud ukoll.

359

Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika kienet involuta mill-qrib fil-proċess ta’ redazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u, bid-diversi skambji mal-Kummissjoni, kemm l-ammonti kif ukoll il-bażi legali għall-korrezzjoni inkwistjoni (Artikolu 51(2) u (4) tar-Regolament Nru 817/2004) ġew imsemmija. Għaldaqstant, hija kienet taf ir-raġunijiet tad-deċiżjoni kkontestata, li għaldaqstant għandha tiġi kkunsidrata bħala suffiċjentement motivata fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija qabel, applikabbli fil-kwistjoni (ara l-punt 73 hawn fuq).

360

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika tallega l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija ssostni li l-limitu massimu nqabeż fir-rigward taż-żoni żvantaġġati, iżda li l-limitu massimu totali stabbilit għall-programm ta’ żvilupp rurali għall-2004 ma ġiex maqbuż u ssemmi n-nuqqas ta’ preġudizzju kkawżat lill-FAEGG.

361

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li jkunu ffinanzjati skont l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament l-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali barra mill-programmi li jaqgħu taħt l-objettiv Nru 1 meħuda skont ir-regoli Komunitarji.

362

Barra minn hekk, skont ġurisprduenza stabbilita, il-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Konsegwentement, hija tħalli f’idejn l-Istati Membri kull ammont ieħor mħallas, b’mod partikolari l-ammonti li l-awtoritajiet nazzjonali b’mod żbaljat qiesu li huma awtorizzati li jitħallsu fil-kuntest ta’ din l-organizzazzjoni komuni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2002, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-332/00, Ġabra p. I-3609, punti 44 u 45; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 1988, Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni, 347/85, Ġabra p. 1749, punti 52 u 53).

363

Issa, kif ġie kkonstatat fil-punti 354 u 356 iktar ’il fuq, il-limitu massimu tal-ispejjeż relatati maż-żoni żvantaġġati inqabeż u l-Kummissjoni ma ġietx informata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004

364

Wara li kkonstatat din l-irregolarità, il-Kummissjoni setgħet għaldaqstant ġustament tadotta d-deċiżjoni kkontestata, u dan minkejja l-argument tar-Repubblika Ellenika li l-limitu massimu totali stabbilit għall-programm ta’ żvilupp rurali totali għall-2004 ma nqabiżx. Għandu jitfakkar li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kisba tal-objettivi tagħha, huwa importanti li l-miżuri eliġibbli għall-appoġġ huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u li l-Istati Membri jikkooperaw għal dan ir-riżultat skont il-qafas regolatorju li jinsabu fir-regolamenti li jistabbilixxu regoli dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali, riżultat li ma jistax jintlaħaq jekk l-Istati Membri jistgħu joperaw ridistribuzzjonijiet tal-fondi bi ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2009, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 118).

365

Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

366

Konsegwentement, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq il-ħdax-il motiv, li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2006/108/GR, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet, fuq l-applikazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 296/96, tal-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

367

Ir-Repubblika Ellenika tispjega li d-dewmien fil-ħlas huwa dovut, minn naħa, għall-uċuħ tar-raba’, għall-eżami ta’ talbiet li hija kellha dritt, u, min-naħa l-oħra, għal-laħam taċ-ċanga, għall-kumpens bil-ħlasijiet ulterjuri.

368

Għandu jitfakkar li l-ispejjeż ta’ finanzjament a karigu tal-FAEGG għandhom jiġi kkalkolati fuq il-premessa li t-termini applikabbli previsti mil-leġiżlazzjoni agrikola ġew osservati. Għaldaqstant, meta l-awtoritajiet nazzjonali jħallsu l-għajnuna wara l-iskadenza tat-terminu, huma jimputaw lill-FAEGG, kif turi r-raba’ premessa tar-Regolament Nru 296/96, infiq irregolari u, għaldaqstant, mhux eliġibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-Qorti tal-Ġustizzja tad-28 ta’ Ottubru 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-253/97, Ġabra p.I-7529, punt 126, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-3475, punt 116).

369

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 296/96 (ara l-punt 344 iktar ’il fuq), kull spiża mħallsa lil hinn mit-termini jew l-iskadenzi preskritti hija suġġetta għal teħid inkunsiderazzjoni mnaqqsa fil-kuntest fil-kuntest ta’ ħlasijiet minn qabel li jsegwu r-regoli riprodotti fl-imsemmi artikolu. Huwa biss jekk l-ispejjeż imħallsa tard ma jeċċedux 4 % tal-ispejjeż mħallsa li josservaw it-termini u l-iskadenzi li ebda tnaqqis ma jsir, peress li n-numru ta’ xhur ta’ dewmien ma għandu ebda influwenza.

370

F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax l-eżistenza ta’ ħlasijiet lura. Hija lanqas ma tikkontesta l-ispejjeż imħallsa b’dewmien li jeċċedu dan il-marġni ta’ diskrezzjoni.

371

Għaldaqstant, hija ma tistabbilixxi f’din il-kawża l-ebda evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, lanqas il-ksur mill-Kummissjoni tar-Regolament Nru 296/96 jew tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet.

372

Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni inkwistjoni kellha jkollha motivazzjoni speċifika.

373

Madankollu, mill-proċess jirriżulta li r-raġunijiet msemmija quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex jiġġustifikaw it-termini tal-ħlas ġew spjegati lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Lulju 2006 u miċħuda minnha, fuq il-bażi li ġustifikazzjonijiet msemmija ma jistgħux jiġġustifikaw il-ħlas tard. Barra minn hekk, il-minuti tal-laqgħa bilaterali jindikaw li l-korrezzjoni baqgħet minħabba li, fil-każ ta’ kawżi, il-marġni ta’ 4 % għandu jkun suffiċjenti. Barra minn hekk, fil-każ ta’ korrezzjonijiet dwar il-qasam tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, mill-proċedura amministrattiva jirriżulta li l-Kummissjoni naqqset l-amount l-ammont tal-korrezzjoni dovut għal ħlasijiet żejda sabiex tiġi evitata korrezzjoni doppja u hija ġibdet il-konsegwenzi fuq il-ħlasijiet tardivi. Tabella ddettaljata dwar l-impatt finanzjarju tat-tnaqqis diġà magħmul fuq il-pagamenti tardivi tinsab fir-rapport ta’ sinteżi.

374

Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika, li kienet assoċjata mill-qrib mal-proċess ta’ redazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kienet taf ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni kienet qieset il-korrezzjoni inkwistjoni fondata. Hija ma tipprovdix, barra minn hekk, l-ebda raġuni jew bażi legali li li twassal li tirrikjedi motivazzjoni iktar speċifika minn dik rikjesta fil-qasam mill-ġurisprudenza ċċitata (ara l-punt 73 iktar ’il fuq). Minn dan isegwi li l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni għandu jiġi miċħud.

375

Ir-Repubblika Ellenika tallega wkoll il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni applikat l-iskema ta’ korrezzjoni previst mir-Regolament Nru 296/96 mingħajr ma eżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha.

376

Issa, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 ma jagħti ebda setgħa diskrezzjonali lill-Kummissjoni.

377

Ċertament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 jippermetti lill-Kummissjoni li tapplika skala differenti jekk ikun hemm kundizzjonijiet partikolari ta’ ġestjoni jew jekk l-Istat Membru jressaq ġustifikazzjonijiet fondati.

378

Madankollu, din hija dispożizzjoni li tintroduċi deroga, li għaldaqstant għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (sentenza tat-12 ta’ Settembru 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 368 iktar ’il fuq, punt 115).

379

F’din il-kawża, hija r-Repubblika Ellenika li għandha turi li l-kundizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 ġew sodisfatti, jiġifieri li tipprova li jeżistu kundizzjonijiet eċċezzjonali tal-immaniġġjar għal ċerti miżuri jew li tipprovdi ġustifikazzjonijiet fondati. B’mod partikolari, ir-Repubblika Ellenika għandha turi li d-dewmien ma marx lil hinn minn limiti raġjonevoli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Settembru 2003, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-331/00, Ġabra p. I-9085, punt 117, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 372).

380

F’din il-kawża, b’hekk hija għandu turi l-eżistenza ta’ lmenti preċedenti rigward l-uċuħ tar-raba’ li l-eżami tagħhom jiġġustifika d-dewmien fil-ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 375). Issa, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Ir-Repubblika Ellenika lanqas ma ġġustifikat id-dewmien fil-ħlasijiet rigward il-kumpens fil-qasam tal-laħam taċ-ċanga.

381

Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud.

382

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika ssemmi l-assenza ta’ preġudizzju għall-FAEGG, minħabba tnaqqis f’ammont ta’ EUR 4 678 975.85 li ġie applikat skont ir-Regolament Nru 296/96, fl-istadju tal-antiċipi, jiġifieri ammont ikbar mill-korrezzjoni finali.

383

Madankollu, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, kif ġie mfakkar preċedentement (ara l-punt 368 hawn fuq), l-ispiża tal-finanzjament tal-FAEGG għandu jiġi kkalkolat billi jiġi preżunt li dan it-terminu jkun osservat. Konsegwentement, meta l-awtoritajiet Griegi jħallsu wara l-iskadenza tat-terminu, huma jimputaw lill-FAEGG spejjeż mhux eliġibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ Ottubru 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 368 iktar ’il fuq, punt 126, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2006, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-251/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 78). L-argument ibbażat fuq li l-korrezzjoni finalment imposta (jiġifieri EUR 4521 536.62) hija inqas mit-tnaqqis inizjalment magħmul (jiġifieri EUR 4678 975.85), huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

384

Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ħdax-il motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

385

Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

Fuq l-ispejjeż

386

Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.

 

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

 

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

 

Forwood

Dehousse

Schwarcz

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Jannar 2013.

Firem

Werrej

 

Il-kuntest ġuridiku

 

1. Linji gwida tal-Kummissjoni

 

Il-fatti li wasslu għall-kawża

 

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

 

Id-dritt

 

1. Fuq il-portata tar-rikors

 

2. Fuq l-ewwel u t-tieni motivi, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal-“frott u ħaxix – trasformazzjoni ta’ ċitru”

 

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

Rapport ta’ sinteżi

 

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

 

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tad-dokumenti Nru VI/5330/97 u 17933/2000

 

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u n-natura sproporzjonata tal-korrezzjonijiet imposti

 

3. Fuq it-tielet motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal-qoton

 

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

Rapport ta’ sinteżi

 

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

 

Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK

 

Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni li jirrigwardaw il-miżuri ambjentali

 

Fuq il-ħames parti, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-kummissjoni dwar il-kontroll fuq il-post tal-arji

 

Fuq l-ewwel u t-tieni partijiet, ibbażati fuq in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni finanzjarja

 

4. Fuq is-sitt motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati fil-qasam tal-primjums għall-annimali tal-ifrat u l-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni.

 

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

Kontrolli

 

Preimjum għall-qatla

 

Rapport ta’ sinteżi

 

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

 

Fuq il-kontrolli dwar il-primjums għall-annimali tal-ifrat

 

– Fuq il-kontrolli dopiji

 

– Dwar il-kontrolli fuq il-post

 

Fuq il-korrezzjonijiet li jirrigwardaw il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

 

5. Fuq id-disa’ motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikabbli fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa

 

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

Fuq ir-reġistru tal-kultivazzzjoni taż-żebbuġ

 

Fuq id-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni u l-kontrolli

 

Sur les moulins

 

Rapport ta’ sinteżi

 

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

 

Fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti.

 

– Fuq in-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter

 

– Fuq in-nuqqas ta’ tlestija tar-reġistru taż-żebbuġ

 

– Fuq in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni

 

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fuq il-post

 

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fl-imtieħen

 

– Fuq is-segwitu insuffiċjenti tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE

 

Fuq il-livell tal-korrezzjoni applikata, il-ksur tal-prinċipju ta’ propozjonalita u l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

 

6. Fuq l-għaxar u l-ħdax-il motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-ispejjeż fil-qasam tal-verifika finanzjarja

 

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

Termini għall-ħlas

 

Termini ta’ ħlas ta’ żoni żvataġġjati

 

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

 

Fuq l-għaxar motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, ibbażata fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet u tar-Regolament Nru 817/2004, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalitŕ

 

Fuq il-ħdax-il motiv, li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2006/108/GR, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet, fuq l-aplikazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 296/96, tal-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalitŕ

 

Fuq l-ispejjeż


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Grieg.

Top

Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża T-46/09,

Ir-Repubblika Ellenika, irrappreżentata minn V. Kontolaimos, I. Chalkias, S. Charitaki u S. Papaïoannou, bħala aġenti,

rikorrenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Markoulli u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960KCE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99), sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),

komposta minn N. J. Forwood, President, F. Dehousse (Relatur) u J. Schwarcz, Imħallfin,

Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-5 ta’ Ġunju 2012,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

Il-kuntest ġuridiku

1. Leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (PAK) (ĠU L 94, p.13), stabbilixxa r-regoli ġenerali applikabbli għall-finanzjament tal-PAK. Dan ir-regolament ġie abrogat u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 414), li jirregola l-ispejjeż li saru mill-1 ta’ Jannar 2000 sas-16 ta’ Ottubru 2006 fil-kuntest tal-finanzjament tal-PAK.

2. L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-ħlas minn qabel ta’ kull xahar fuq il-provvediment għall-ispejjeż li saru mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas u l-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament huwa relatat mad-deċiżjonijiet ta’ clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas.

3. L-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprovdi:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar in-nefqa li trid tiġi eskluża mill-finanzjament Komunitarju riferit fl-Artikoli 2 u 3 fejn issib illi n-nefqa ma tkunx ġiet effettwata skond ir-regoli Komunitarji.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni sabiex jiġi rrifjutat finanzjament, ir-riżultati tal-kontrolli tal-Kummissjoni u t-tweġibiet mill-Istati Membri interessati għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu ħilthom kollha biex jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed.

Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan ta’ medjazzjoni bejn il-pożizzjonijiet rispettivi f’perjodu taż-żmien ta’ erba’ xhur, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu ddikjarati f’rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u jiġi eżaminat minnha, qabel ma tittieħed deċiżjoni illi jiġi rrifjutat il-finanzjament.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi filwaqt li tqis b’mod partikolari il-livell misjub tan-nuqqas ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura u l-gravità tal-kontravenzjoni u tat-telf finanzjarju sofrut mill-Komunità.

Rifjut għall-finanzjament ma jistax jinvolvi:

a) in-nefqa riferita fl-Artikolu 2 effettwata qabel l-24 xahar li jippreċiedu l-kominikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli, lill-Istat Membru interessat;

[…]”

4. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprovdi:

“1. L-Istati Membri għandhom, skond id-disposizzjonijiet nazzjonali stabiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

a) ikunu sodisdfatti illi t-transazzjonijiet iffananzjati mill-Fond ikunu attwalment imwettqa u mwettqa korrettement;

b) jipprevjienu l-irregolaritajiet u jittrattawhom [jieħdu proċeduri dwarhom];

ċ) jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ l-irregolaritajiet jew tan-negliġenza.

[…]”

5. I-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005 fuq il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), abroga r-Regolament Nru 1258/1999 u japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 (Arttikolu 49 tar-Regolament Nru 1290/2005). Madankollu, jipprevedi li b’mod partikolari l-Artikolu 31, dwar il-clearance ta’ konformità, jappika mis-16 ta’ Ottubru 2006 għall-ispejjeż li saret mis-16 ta’ Ottubru 2006.

6. L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru1290/2005 għandu, essenzjalment, l-istess dispożizzjonijiet bħall-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999.

7. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwardja l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEEG (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 31), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/1999, tat-22 ta’ Ottubru 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 335, jipprovdi, fl-Artikolu 8:

“1. Jekk, bħala riżultat ta’ inkjesta, il-Kummissjoni tikkunsidra illi n-nefqa ma ġietx effettwata skond ir-regoli Komunitarji, għandha tinnotifika lill-Istati Membri fil-kwistjoni bir-riżultati tal-kontrolli tagħha u tindika l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità fil-futur.

Il-komunikazzjoni għandha tirreferi għal dan ir-Regolament. L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn u l-Kummissjoni tista’ timmodifika l-pożizzjoni tagħha bħala konsegwenza. F’każijiet iġġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu taż-żmien permess għat-tweġiba.

Wara li jiskadi ż-żmien permess għat-tweġiba, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru għal diskussjoni bilaterali u l-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom li jilħqu ftehim dwar il-miżuri li jridu jittieħdu u dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u t-telf finanzjarju lill-Komunità. Wara din id-diskussjoni u kull temma taż-żmien ta’ wara d-diskussjoni ffissata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, għall-provvediment ta’ iżjed tagħrif jew, fejn l-Istat Membru ma jaċċettax l-istedina għal laqgħa qabel it-temma taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni, wara li tkun għaddiet din it-temma taż-żmien, il-Kummssijoni għandha formalment tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru, filwaqt li tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/442/KE [...]. Mingħajr preġudizzju għar-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din il-komunikazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ kull nefqa li l-Kummissjoni jkun beħsiebha li teskludi skond l-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament [...] Nru 729/70.

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli dwar il-miżuri korrettivi adottati sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tar-regoli Komunitarji u dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, kif approprjat, tadotta waħda jew iktar mid-deċiżjonijiet skond l-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament [...] Nru 729/70 sabiex teskludi n-nefqa affettwata minn-nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli Komunitarji sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri korrettivi.

2. Id-deċiżjonijiet referiti fl-Artikolu 5(2)(ċ) tar-Regolament 7(4) tar-Regolament […] Nru 1258/1999 għandhom jittieħdu wara eżami ta’ kull rapport imfassal mill-korp tal-Konċiljazzjoni skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/442/KE.”

8. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament […] (KE) Nru 1290/2005 […] sa fejn ikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 171, p. 90), japplika sa mis-16 ta’ Ottubru 2006 u l-Artikolu 11(1) u (3) jipprovdi, essenzjalment, l-istess proċedura bħal dik prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95.

2. Linji gwida tal-Kummissjoni

9. Il-Linji gwida għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji ġew iddefiniti fid-dokument tal-Kummissjoni Nru VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997, intitolat “Linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-clearance tal-kontijiet tat-taqsima ‘Garanzija’ tal-FAEGG”(iktar ’il quddiem id-“dokument Nru VI/53330/97”).

10. Mill-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, intitolat “Konsegwenzi finanzjarji, għall-clearance tal-kontijiet tat-Taqsima ‘Garanziji’ tal-FAEGG, ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli tal-Istati Membri” jirriżulta li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma kkalkolati fid-dawl, b’mod partikolari, tal-importanza tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata u li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, in-natura u l-gravità tal-ksur kif ukoll id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Komunità (Anness 2 tad-Dokument Nru VI/5330/97, it-tieni paragrafu).

11. L-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi, minn naħa, mod ta’ valutazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja abbażi ta’ “żbalji li jinsabu fil-każijiet individwali”. Dan il-mod ta’ evalwazzjoni għandu irregolaritajiet speċifiċi — jekk ikun il-każ estrapolati — u jwassal għal korrezzjoni speċifika. Dan l-istess anness jipprovdi, fit-tieni lok, mod ta’ valutazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja abbażi ta’ riskji ta’ telf finanzjarju. Dan il-mod ta’ evalwazzjoni għandu irregolaritajiet sistematiċi u jwassal għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, it-tmien sal-ħamsa u għoxrin paragrafi).

12. Skont dan l-aħħar mod ta’ valutazzjoni, rilevanti fil-kuntest tal-verifika tas-sistemi, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet b’rata fissa li jammontaw għal 2 %, 5 %, 10 % jew 25 % tal-ispejjeż iddikjarati, skont il-kobor tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-Komunità li jirriżulta minn nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, it-tmien paragrafu).

13. Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn żewġ kategoriji fost il-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri (Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97, l-erbatax-il paragrafu).

14. Minn naħa, il-“kontrolli prinċipali” huma l-verifiki fiżiċi u amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu kkontrollati l-elementi dwar il-mertu, b’mod partikolari r-realtà tas-suġġett tat-talba, il-kwantità u l-kundizzjonijiet kwalitattivi, inklużi l-osservanza tat-termini, ir-rekwiżiti tal-ħsad, it-termini tal-ħażna, etc. Dawn jitwettqu fuq il-post u permezz ta’ kontrolli ma’ informazzjoni indipendenti, bħar-reġistri tal-artijiet.

15. Min-naħa l-oħra, il-“kontrolli sekondarji” huma t-tranżazzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiġu ttrattati korrettament it-talbiet, bħalma huma l-verifika tal-osservanza tat-termini li fihom dawn jiġu sottomessi, l-identifikazzjoni ta’ talbiet doppji għall-istess suġġett, l-analiżi tar-riskju, l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet u s-sorveljanza xierqa tal-proċeduri.

16. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ineliġibbli, id-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi erba’ kategoriji ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa:

– 25 % tal-ispejjeż meta l-implementazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tkun kompletament assenti jew serjament defiċjenti u meta jkun hemm indizji ta’ irregolaritajiet frekwenti ħafna u ta’ negliġenza fil-ġlieda kontra l-prattiċi irregolari jew frowdelenti u li, konsegwentement, hemm riskju ta’ telf partikolarment għoli għall-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG);

– 10 % tal-ispejjeż meta kontroll jew kontrolli ewlenin diversi ewlenin ma jkunux imwettqa jew jitwettqu tant ħażin jew tant rarament li jkunu ineffikaċi sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ talba jew sabiex ikunu evitati l-irregolaritajiet, u li għaldaqstant għandu jkun raġonevolment permess li jkun konkluż li jeżisti riskju għoli ta’ telf sinjifikattiv għall-FAEGG ;

– 5 % tal-ispejjeż meta jkunu twettqu l-kontrolli ewlenin kollha, iżda mingħajr ma jkunu saru skont in-numru, il-frekwenza jew id-dettall meħtieġ mir-regolamenti, u li għaldaqstant jista’ jiġi raġonevolment konkluż li dawn il-kontrolli ma jipprovdux il-livell mixtieq ta’ garanzija ta’ regolarità tat-talbiet u li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG huwa sinjifikattiv ;

– 2 % meta Stat Membru jwettaq il-kontrolli ewlenin b’mod korrett, iżda jonqos kompletament milli jwettaq kontroll jew kontrolli sekondarji, u li, konsegwentement, ir-riskju ta’ telf għall-FAEGG ikun inqas u l-ksur ikun inqas serju.

17. L-Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi fl-aħħar nett li “[i] l-ħsara issir iktar gravi jekk Stat Membru jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tiegħu fil-waqt li l-Kummissjoni tkun diġà nnotifikat it-titjib meħtieġ” (Anness 2, is-sitt paragrafu, fl-aħħar).

18. Id-dokument AGRI/61495/2002 jirrigwarda t-trattament mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tat-taqsima “Garanzija” tal-FAEGG, ta’ każijiet fejn ikun hemm rikorrenza ta’ sistemi ta’ kontroll mhux suffiċjenti u intiż li jippreċiża l-prinċipju ta’ rikorrenza previst mid-dokument Nru VI/5330/97. Huwa jipprovdi kif ġej:

“Fil-każ fejn

– l-assenza jew il-fatt li ma hijiex suffiċjenti ta’ sistema ta’ kontroll, jew ta’ elementi ta’ din is-sistema, kien is-suġġett ta’ deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG-Garanzija, u

– jekk huwa kkonstatat għal perijodu sussegwenti għall-perijodu diġà kkorreġut li l-istess nuqqasijiet jippersistu,

il-Kummissjoni tqis li, suġġett għall-eżami ta’ miżuri korrettivi eventwali jew ta’ kumpens li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru, huwa normalment iġġustifikat li tiġi applikata żieda fir-rati ta’ korrezzjoni b’rata fissa applikati matul il-korrezzjoni preċedenti, minħabba r-riskju ikbar ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

[…]

Sabiex tiġi żgurata n-natura fissa ta’ korrezzjonijiet prevista fid-dokument C 3909 tat-8 ta’ Diċembru 1997 (VI/5330/97), meta l-livell reali tal-ispejjeż irregolari, u għaldaqstant l-ammont ta’ telf finanzjarju imġarrab mill-Komunità, ma jistax jiġi ddeterminat, il-perċentwali li ġejjin huma maħsuba sabiex iservu bħala gwida:

[...]

– fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, rata ta’ 10 % fil-livell tal-perjodu kkonċernat;

– fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 10 %, rata ta’ mill-inqas 15 % skont il-gravità taż-żieda tar-riskju, fuq livell tal-perijodu ġdid ikkonċernat;

[…]”

Il-fatti li wasslu għall-kawża

19. Permezz tad-Deċiżjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt il-FAEGG, taqsima “Garanzija”, u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament Komunitarju, fir-rigward tar-Repubblika Ellenika, fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, tal-qoton, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, taż-żejt taż-żebbuġa u tal-verifika finanzjarja, l-ammont totali ta’ EUR 179 140 594.66 għas-snin finanzjarji 2002 sa 2006.

20. Il-motivi għall-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni ġew miġbura fil-qosor fir-rapport ta’ sinteżi AGRI-63130-00-2008 tal-11 ta’ Settembru 2008, dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-clearance ta’ konformità, skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (iktar ’il quddiem “ir rapport ta’ sinteżi”).

21. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni applikat il-korrezzjonijiet li ġejjin:

– fil-qasam “frott u ħaxix - ipproċessar tal-frott taċ-ċitru”: żewġ korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % ġew imposti, minħabba ħlasijiet b’ċekk u nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, li jammontaw għal EUR 2 289 213 għas-sena 2005 u EUR 385 748 għas-sena 2006;

– fil-qasam tal-qoton: minbarra żewġ korrezzjonijiet speċifiċi għal eċċess tal-produzzjoni eliġibbli ta’ ammont ta’ EUR 4 870 264.97 għas-sena 2003 u ammont ta’ EUR 2 143 945.63 għas-sena 2004 mhux ikkontestati, il-Kummissjoni imponiet żewġ korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 5 %, waħda fl-ammont ta’ EUR 27 731 557.37 għas-sena 2002 u l-oħra f’ammont ta’ EUR 32 655 464.17 għall-eżerċizzju 2003;

– fil-qasam tal-primjums tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet b’rata fissa minħabba nuqqasijiet fid-database ta’ għall-identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat fil-kontrolli fuq il-post ta’ 10 % għas-sena 2003, ta’ 5 % u ta’ 10 % għas-sena 2004, ta’ 5 % u ta’ 10 % għas-sena 2005 u ta’ 5 % u 10 % għas-sena 2006, jiġifieri korrezzjoni ta’ ammont totali ta’ EUR 14 341 429.92;

– fil-qasam tal-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % u 15 % għas-snin 2003 sa 2006, minħabba nuqqasijiet rikorrenti fil-kontroll ta’ siġar taż-żebbuġ, ta’ mtieħen u ta’ produzzjoni, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 83 641 370.78, u

– fil-qasam tal-kontroll finanzjarju, għas-sena 2005, il-Kummissjoni imponiet korrezzjoni speċifika f’ammont ta’ EUR 4 521 536.62 minħabba nuqqas ta' osservanza tal-iskadenzi ta’ ħlas; hija imponiet ukoll korrezzjoni speċifika għal eċċess tal-limiti finanzjarji għal ammont ta’ EUR 6 326 450.77, għas-sena 2004, u ammont ta’ EUR 233 613.43 għas-sena 2005.

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

22. B’att imressaq fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Frar 2009, ir-Repubblika Ellenika ppreżentat dan ir-rikors.

23. Billi l-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, il-kawża ġiet assenjata lill-Ħames Awla fit-30 ta’ Settembru 2010. Imħallef Relatur ġdid nħatar fil-15 ta’ Frar 2011 u, peress li dan ġie assenjat lit-Tieni Awla, il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.

24. Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) iddeċidiet li tibda l-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Qorti Ġenerali, għamlet xi mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini mogħtija. It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tal-5 ta’ Ġunju 2012.

25. Ir-Repubblika Ellenika titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tannulla jew tirriforma d-deċiżjoni kkontestata kif hemm spjegat fl-atti tagħha;

– tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

26. Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tiċħad ir-rikors;

– tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Id-dritt

1. Fuq il-portata tar-rikors

27. Fir-rikors, ir-Repubblika Ellenika tqajjem, għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, tnax-il motiv. L-ewwel żewġ motivi jikkonċernaw il-qasam tal-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru. It-tielet motiv jikkonċerna l-qasam tal-qoton. Ir-raba’, il-ħames u s-sitt motivi jikkonċernaw il-qasam tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. Is-seba’, it-tmien u d-disa’ motivi jikkonċernaw il-qasam taż-żejt taż-żebbuġa u l-għaxar, il-ħdax u t-tnax-il motiv jikkonċernaw il-qasam tal-verifika finanzjarja.

28. Waqt is-seduta, ir-Repubblika Ellenika ddikjarat li qed tirrinunzja għar-raba’ u s-seba’ motivi, ibbażati fuq l-inkompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura, li tirrigwarda rispettivament l-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u taż-żejt taż-żebbuġa.

29. Hija wkoll irrinunzjat għall-ħames u t-tmien motivi, ibbażati fuq ksur tat-terminu ta’ 24 xahar previst fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, li jirrigwarda rispettivament l-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u taż-żejt taż-żebbuġa.

30. Fir-rigward tal-qasam tal-verifika finanzjarja, hija rrinunzjat għat-tnax-il motiv, li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2006/137/GR, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, rigward l-għaxar motiv, dwar l-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2005/70/GR, li tirrigwarda l-korrezzjonijiet relattivi, l-ewwel nett, għaż-żoni żvantaġġati, it-tieni nett, ir-ristrutturar u l-konverżjoni mill-ġdid tal-vinji u t-tielet nett, għall-ħlasijiet addizzjonali fil-qasam taċ-ċanga, hija ddikjarat li ser iżżomm dan il-motiv biss sa fejn jirrigwarda ż-żoni żvantaġġati.

31. Fl-aħħar nett, hija ddikjarat li ser tirtira l-kap tat-talbiet intiż għar-riforma tad-deċiżjoni kkontestata.

32. Ittieħed nota dwar dan fil-verbal tas-seduta.

2. Fuq l-ewwel u t-tieni motivi, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal-“frott u ħaxix – ipproċessar ta’ frott taċ-ċitru”

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

33. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 18, p. 31) implementa mekkaniżmu ta’ sostenn finanzjarju għall-produtturi li jorbot, minn naħa, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew prerikonoxxuti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55), u, min-naħa l-oħra, l-ipproċessuri jew l-assoċjazzjonijiet jew għaqdiet legalment ikkostitwiti.

34. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003, tal-1 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 41, p. 232) jipprovdi fl-Artikolu 7(1)(f) li l-kuntratti li għandhom b’mod partikolari l-prezz li għandu jitħallas lil għaqdiet tal-produtturi għal materji primi, li jistgħu jvarjaw b’ varjetà u/jew kwalità u/jew perijodu ta’ kunsinna u għandhom jiġu mħallsa biss fil-bank jew bi trasferiment mill-uffiċċju postali.

35. L-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2111/96 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jivverifikaw ir-reġistri previsti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri, previsti fl-Artikoli 25 u 26 tar-regolament, li jiżguraw li huma jaqblu mal-kontijiet meħtieġa mill-għaqdiet tal-produtturi u proċessuri taħt il-liġi nazzjonali.

36. L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 2111/2003, dwar il-kontrolli, jipprevedi:

“1. Għal kull għaqda tal-produtturi li jikkunsinnaw larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos għall-ipproċessar, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull prodott u sena tas-suq:

[…]

b) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

i) 5 % tal-produtturi koperti mill-appalti, sabiex tiċċekja partikolarment li kull prodottur l-erji, l-ħsad totali, l-kwantita kkunsinnata lill-għaqda tal-produttur u l-kwantita kkunsinnata għall-ipproċessar kollha jaqblu mal-pagamenti ta’ l-għajnuna previsti fl-Artikolu 23 u l-pagamenti riċevuti;

[…]

(ċ) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex tivverifika li t-total ta’ kwantitajiet tal-prodotti kunsinnati lill-għaqda tal-produtturi mill-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2), t-total tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-ipproċessar, it-total ta’ ċertifikati tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), u t-total ta’ kwantitajiet dikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna kollha jaqblu ma’ l-għajnuna mħallsa skond l-Artikolu 23 u l-pagament rċevuti mill-proċessur;

2. Għall-proċessuri tal-larinġ ħelu, mandolin, klementin, satsumi, lumi, tronġ u pomelos, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu kondotti għal kull impjant, prodott u sena tas-suq:

a) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas:

1) 5 % tal-lottijiet irċevuti taħt kull tip ta’ appalt (ta’ skadenza qasira jew multiannwali) biex jivverifikaw li l-kwantitajiet konċernati huma kopruti mill-appalt u minn ċertifikati ta’ kunsinna msemmija fl-Artikolu 17(2), l-identifikazzjoni preċiża tal-mezzi ta’ transport użati u t-tħaris tal-ħtieġijiet minimi stabbiliti fl-Anness I;

[…]

(ċ) kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet biex jivverifikaw, fuq il-bażi ta’ fatturi maħruġa u rċevuti u fuq il-bażi ta’ data tal-kontijiet, li l-kwantitá ta’ prodott lest miksub minn materji primi rċevuti u l-kwantitajiet ta’ prodotti lesti mixtrija jaqblu mal-kwantitajiet tal-prodotti lesti mibjugħa;

[…]”

37. L- Anness 16 tad-Dokument Nru 17933/2000 tal-Kummissjoni jidentifika l-kontrolli prinċipali u l-kontrolli sekondarji fil-qasam tal-frott taċ-ċitru. B’mod partikolari, l-anness in kwistjoni jiddefinixxi sitt kontrolli ewlenin, li jinkludu dawk il-kontrolli dwar iż-żamma tajba ta’ reġistri u l-konkordanza tagħhom mal-kontabbiltà rikjesta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri.

Rapport ta’ sinteżi

38. Fil-kuntest tal-investigazzjoni bir-referenza FV/2006/315/GR, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu verifiki fil-Greċja mit-3 sas-7 ta’ April 2006. Wara skambju ta’ korrispondenza, saret laqgħa bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi fis-27 ta’ Frar 2007. Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi. Wara l-parir tal-korp ta’ konċiljazzjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha b’ittra tal-21 ta’ Awwissu 2008.

39. Fil-rapport ta’ sinteżi tagħha, instabu ċerti nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà previsti bl-Artikolu 27(1)(b)(i) u bl-Artikolu 27(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2111/2003 kif ukoll bl-Artikolu 27(2)(a)(i)) u bl-Artikolu 27(2)(c) tar-Regolament Nru 2111/2003. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ sinteżi jindika li l-verifiki previsti fl-Artikolu 24(1)(d) tal-imsemmi regolament ma sarux skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’mill-inqas każ wieħed. Barra minn hekk, ġie kkonstatat li d-dokumenti ġustifikattivi li għandhom jakkumpanjaw il-verifiki ħafna drabi kienu nieqsa. Dawn in-nuqqasijiet kienu primarjament dovuti minħabba nuqqas ta’ gwida ċara u l-għarfien limitat tal-ispetturi involuti fil-kontabbiltà. Is-servizzi tal-Kummissjoni kkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw aspetti sostantivi tas-sistema ta’ kontroll u li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni insuffiċjenti tal-kontrolli wassal għal riskju għoli għall-FAEGG. Il-Kummissjoni kkonstatat li nuqqasijiet simili instabu f’investigazzjoni fuq l-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru fl-2003.

40. Barra minn hekk, mill-konstatazzjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni jirriżulta li ħlasijiet ta’ transformatur lill-organizzazzjoni tal-produtturi saru permezz ta’ ċekk, filwaqt li dan it-tip ta’ pagament għandu jsir permezz ta’ trasferiment bankarju jew postali u li fuq dan kien diġà sar kumment mill-Kummissjoni fl-imgħoddi. Mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta wkoll li l-ispetturi li wettqu l-kontrolli ma kinux konxji mir-rekwiżiti Komunitarji u nazzjonali f’dan il-qasam.

41. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, skont il-linji gwida stabbiliti fid-dokument Nru VI/5330/97, kontrolli prinċipali ma sarux skont in-numru u r-rigorożità previsti mir-regolamenti applikabbli u li, barra minn hekk, dan in-nuqqas kien rikorrenti. Hija kkonstatat li l-korrezzjoni preċedenti kienet ta’ 5 % u applikat f’din il-kawża rata ta’ korrezzjoni fissa ta’ 10 % għas-snin 2005 u 2006, peress li l-perijodu rilevanti huwa dak bejn it-30 ta’ Awwissu 2004 sas-sena 2004/2005 inkluż.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

42. Ir-Repubblika Ellenika tqajjem l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tad-dokumenti ta’ gwida tal-Kummissjoni ddefiniti fid-Dokumenti Nri VI/5330/97 u 17933/2000, u t-tieni motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u n-natura sproporzjonata tal-korrezzjonijiet.

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tad-dokumenti Nru VI/5330/97 u 17933/2000

43. Fl-ewwel lok, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli ewlenin saru. Skont hija, fost in-nuqqasijiet identifikati, dawk biss li jikkonċernaw il-kontroll taż-żamma tajba tal-fajls u l-konformità tagħhom mal-kontroll ta’ kontabbiltà jikkostitwixxi kontroll prinċipali ewlieni. Il-korrezzjoni ma setgħetx teċċedi għaldaqstant 2 %.

44. Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, f’din il-kawża, il-Kummissjoni applikat il-korrezzjonijiet finanzjarji inkwistjoni minħabba, b’mod partikolari, nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà previsti fl-Artikoli 24 u 27 tar-Regolament Nru 2111/2003.

45. L-ewwel nett, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li dawn in-nuqqasijiet ġew ikkonstatati, b’mod partikolari, dwar il-verifiki previsti fl-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament Nru 2111/2003, dwar iż-żamma tar-reġistri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u ta’ proċessuri u l-konsistenza tagħhom mal-kontabbiltà imposta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għandu jiġi rrilevat li dan it-tip ta’ kontroll huwa ddefinit bħala kontroll prinċipali mill-Anness 16 tad-dokument Nru 17933/2000, li barra minn hekk ma huwiex ikkontestat mir-Repubblika Ellenika.

46. It-tieni nett, il-korrezzjonijiet fissi kienu wkoll imposti minħabba nuqqasijiet li jirrigwardaw il-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 2111/2003. Issa, dawn il-kontrolli jikkostitwixxu wkoll kontrolli prinċipali. Fil-fatt, dawn huma intiżi b’mod partikolari sabiex jivverifikaw il-konkordanza bejn il-kwantitajiet tal-prodotti kkunsinnati għall-ipproċessar u l-ħlas tal-għajnuna kif ukoll sabiex jivverifikaw, abbażi ta’ fatturi maħruġa u rċevuti u abbażi ta’ data ta’ kontabbiltà, il-konkordanza tal-kwantità ta’ prodotti lesti miksuba jew mix trija mal-kwantitajiet ta’ prodotti lesti mibjugħa. Għaldaqstant għandhom isiru verifiki rikjesti għall-kontroll tal-elementi ta’ konkordanza dwar il-mertu.

47. Għaldaqstant, fid-dawl tal-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97 u tal-Anness 16 tad-Dokument Nru 17933/2000, ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqasijiet rrilevati f’din il-kawża jikkonċernaw kontrolli prinċipali.

48. Fir-rigward tar-rata ta’ korrezzjoni applikata, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli prinċipali kienu suġġetti ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, u, fid-dawl tan-natura rikorrenti ta’ dawn in-nuqqasijiet, wasslet għar-rata ta’ korrezzjonijiet fissi għal 10 %.

49. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-linji gwida ddefiniti fid-dokument Nru VI/5330/97, li, meta ma jkunx possibbli li jiġi evalwat it-telf subit mill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra korrezzjoni b’rata fissa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2008, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-418/06 P, Ġabra p. I-3047, punt 136).

50. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ineliġibbli, id-dokument Nru VI/5330/97 jipprevedi rata stabbilita ta’ 5 % tal-ispejjeż meta l-kontrolli prinċipali kollha jkunu saru, iżda mingħajr ma jiġi osservat in-numru, il-frekwenza jew ir-rigorożità previsti mir-regolamenti, b’tali mod li jista’ jiġi konkluż li dawn il-kontrolli ma jipprovdux il-livell mistenni ta’ garanzija ta’ regolarità tat-talbiet u li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG huwa sinjifikattiv (ara l-punti 14 u 16 iktar ’il fuq).

51. Dan huwa l-każ f’din il-kawża, meta tirrigwarda n-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli ewlenin, li ma kinux saru skont ir-rigorożità prevista mir-regolamenti, u li dan ma huwiex biss każ ta’ nuqqasijiet ta’ kontrolli sekondarji.

52. Għaldaqstant huwa b’mod żbaljat li r-Repubblika Ellenika ssostni li r-rata ta’ 2 % kellha tiġi applikata f’din il-kawża. L-ilment ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida tal-Kummissjoni ddefiniti fid-dokumenti Nri VI/5330/97 u 17933/2000 għaldaqstant ma jistgħux jiġu aċċettati f’dan ir-rigward.

53. Fit-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-fatt li jiġu rduppjati r-rati ta’ korrezzjoni ma għandha l-ebda bażi legali u tikkontesta n-natura rikorrenti tan-nuqqasijiet ikkonstatati.

54. L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ebda test leġiżlattiv ma jipprevedi l-kunċett ta’ “reċidività”, li ġie stabbilit għall-ewwel darba fid-dokument AGRI/60637/2006, inapplikabbli għas-snin 2005/2006.

55. Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.

56. Fil-fatt, għandu jitfakkar li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (ara l-punti 3 u 6 iktar ’il fuq) jipprovdu li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur imwettaq waqt l-evalwazzjoni tagħha dwar l-ammont li għandu jiġi mwarrab wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet.

57. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenza tal-irregolaritajiet inkwistjoni tista’ għaldaqstant tiġi kkunsidrata bħala fattur aggravanti, li jista’ jiġġustifika ż-żieda tal-korrezzjoni finanzjarja imposta. Iż-żieda inkwisitjoni tista’ f’dan ir-rigward tiġi kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi att li jinsab fil-kuntest tal-istabbiliment tar-rata globali tal-korrezzjoni li għandha tiġi sostnuta mir-Repubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 1999, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-54/95, Ġabra p. I-35, punt 13).

58. Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-ilment li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-rikorrenza tan-nuqqasijiet ikkonstatati ma għandhiex bażi legali adegwata fir-regolamenti applikabbli.

59. Barra minn hekk, ir-regoli li l-Kummissjoni stabbilixxiet fil-linji gwida tagħha, jiġifieri d-dokumenti Nru VI/5330/97, AGRI/61495/2002 u AGRI/60637/2006, huma tali li jirregolaw il-konsegwenzi tal-konstatazzjoni tar-rikorrenza ta’ irregolaritajiet ikkonstatati.

60. Id-dikjarazzjoni tar-Repubblika Ellenika li r-“reċidiva”, bħala ċirkustanza aggravanti, ġiet stabbilita għall-ewwel darba fid-dokument AGRI/60637/2006 hija żbaljata. Fil-fatt, minn naħa, l-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi li “[i]n-nuqqas isir iktar serju jekk Stat Membru jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tagħha filwaqt li l-Kummissjoni diġà nnotifikatlu t-titjib neċessarju”. Min-naħa l-oħra, id-dokument AGRI/61495/2002, li tirreferi għalih ir-Repubblika Ellenika fir-rikors, tirrigwarda t-trattament mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-taqsima “Garanzija” tal-FAEGG, fil-każijiet ta’ rikorrenza ta’ sistemi insuffiċjenti ta’ kontroll u intiż li jippreċiża l-prinċipju ta’ rikorrenza previst fid-dokument Nru VI/5330/97. Huwa essenzjalment jipprovdi li, jekk l-istess nuqqasijiet jippersistu, żieda ogħla ta’ korrezzjoni b’rata fissa applikata matul il-korrezzjoni preċedenti hija possibbli u li, fil-każ ta’ korrezzjoni preċedenti ta’ 5 %, rata ta’ 10 % hija applikata għall-perijodu l-ġdid ikkonċernat (ara l-punt 18 iktar ’il fuq).

61. Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali sabiex tiżdied il-korrezzjoni fil-każ ta’ rikorrenza ta’ irregolaritajiet ikkonstatati għandu jiġi miċħud.

62. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ripetut, għandhom jiġu kkonstatati eżattament l-istess nuqqasijiet bħal dawk fil-passat. Skont hija, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża, peress li s-sistema tjiebet kollha kemm hi u li korrezzjoni ma tistax tiżdied jekk ċerti raġunijiet għal din il-korrezzjoni sparixxew.

63. Għandu jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li, sabiex tikkonkludi li hemm ir-rikorrenza tan-nuqqasijiet ikkonstatati, il-Kummissjoni rreferiet b’mod partikolari għall-investigazzjoni FV/302/2003, li tirrigwarda s-sistema ta’ pproċessar tal-frott taċ-ċitru (Anness 4 tar-rikors), li tat lok għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-33/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 56 sa 58). Fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/302/2003, ġew ikkonstatati nuqqasijiet b’mod partikolari fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, b’mod partikolari fir-rigward tal-verifika tal-konkordanza bejn id-data tar-reġistri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-proċessuri u l-monitoraġġ ta’ kontabbiltà impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ istruzzjonijiet min-naħa tal-Opekepe (Aġenzija Griega ta’ ħlas u ta’ kontroll tal-għajnuna Komunitarja ta’ linji gwida u ta’ garanzija) lill-prefetturi (nomos) u n-nuqqas ta’ esperjenza tal-persunal responsabbli mill-kontrolli (ara d-dokument tal-4 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni FV/302/2003, b’mod partikolari l-punt 8, kif ukoll is-sentenza Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).

64. Issa, dawn in-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/302/2003 u dawk ikkonstatati f’din il-kawża huma simili, kif jirriżulta mir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 39 iktar ’il fuq) u kif dan ġie kkonstatat mill-korp ta’ konċiljazzjoni.

65. Barra minn hekk, kif ikkonstataw is-servizzi tal-Kummissjoni, in-nuqqasijiet misjuba fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà jinvolvu aspetti sostanzjali tas-sistema ta’ kontroll u n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni insuffiċjenti jwasslu għal riskju għoli għall-FAEGG (ara l-punt 39 iktar ’il fuq). Dawn in-nuqqasijiet kienu għaldaqstant deċiżivi għall-applikazzjoni tar-rati ta’ korrezzjoni li huwa s-suġġett taż-żieda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-352/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 327).

66. Minn dan isegwi li n-nuqqasijiet huma simili, jirrigwardaw l-istess qasam (frott taċ-ċitru), huma attribwibbli lill-istess Stat Membru u kienu kkunsidrati determinati għall-applikazzjoni tar-rati ta’ korrezzjoni li huma s-suġġett taż-żieda. Għalhekk il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkonstatat in-natura rikorrenti ta’ dawn in-nuqqasijiet.

67. Sa fejn ir-Repubblika Ellenika tibbaża fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni FV/2004/312, dwar is-sistema ta’ għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam, sabiex tikkontesta r-rikorrenza, għandu jiġi rrilevat li, kif tenfasizza l-Kummissjoni u kif dan jirriżulta mir-rapport ta’ sinteżi li jiġbor fil-qosor il-pożizzjoni tal-Kummissjoni qabel il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, l-imsemmija rikorrenza ma hijiex ibbażata fuq ir-riżultati tal-imsemmija investigazzjoni, iżda fuq dawk tal-investigazzjoni FV/302/2003 dwar l-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru.

68. Għaldaqstant, l-argument tar-Repubblika Ellenika li ma hemmx nuqqasijiet ripetuti hija, f’din il-kawża, miċħuda.

69. Barra minn hekk, l-argument ibbażat fuq li l-eżistenza ta’ titjib tostakola l-konstatazzjoni ta’ rikorrenza għandu jiġi miċħud ukoll. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika tallega b’mod ġenerali li s-sistema tjiebet mingħajr ma jiġi stabbilit li dan it-titjib jikkonċerna preċiżament in-nuqqasijiet determinanti inkwistjoni f’din il-kawża. Barra minn hekk, hija tiċċita l-konklużjonijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, stabbiliti fil-kuntest tal-investigazzjoni FV/2004/312 li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ tadam, li ma huwiex rilevanti f’din il-kawża (ara l-punt 67 iktar ’il fuq).

70. Għaldaqstant, l-argumenti li l-korrezzjonijiet finanzjarji ma setgħux jiżdiedu f’din il-kawża għandhom jiġu miċħuda.

71. It-tielet nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ż-żieda tal-korrezzjoni ma tistax tkun awtomatika u għandha tkun motivata, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża.

72. Fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ dan l-argument, il-Qorti Ġenerali tirrileva li din tqajmet fil-punt 18 tar-rikors u hija għaldaqstant ammissibbli, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni fil-kontroreplika.

73. Fir-rigward tal-fondatezza tagħha, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest partikolari tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni għandha titqies bħala suffiċjenti meta l-Istat Membru li jkun id-destinatarju tagħha jkun ġie involut mill-qrib fil-proċess ta’ tħejjija ta’ din id-deċiżjoni u kien jaf ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li s-somma inkwistjoni ma tiġix iffinanzjata mill-FAEGG (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ Settembru 2001, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-263/98, Ġabra p. I-6063, punt 98 ; tad-9 ta’ Settembru 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-332/01, Ġabra p. I-7699, punt 67; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2009, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, T-55/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 125).

74. F’din il-kawża, mill-elementi tal-proċess jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ġiet assoċjata mal-proċess ta’ żvilupp tad-deċiżjoni kkontestata u li l-kwistjoni tar-rikorrenza tan-nuqqasijiet inkwistjoni ġiet invokata fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, b’mod partikolari fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2008, fil-minuti tal-laqgħa tal-4 ta’ April 2007, fl-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni u fir-rapport ta’ sinteżi. B’hekk mill-elementi tal-proċess jirriżulta li r-Repubblika Ellenika kienet taf l-elementi li mmotivaw iż-żieda inkwistjoni, u b’mod partikolari l-irregolaritajiet suġġetti għal korrezzjonijiet, id-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja preċedenti, ir-rata ta’ korrezzjoni preċedenti u ż-żieda applikata kif ukoll l-eżistenza tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

75. L-argument ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni taż-żieda tal-korrezzjonijiet b’hekk għandu jiġi miċħud ukoll u, għaldaqstant, l-ewwel motiv kollu kemm hu.

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u n-natura sproporzjonata tal-korrezzjonijiet imposti

76. L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, previsti mill-Artikoli 24 u 27 tar-Regolament Nru 2111/2003, saru skont rati ogħla minn dawk previsti mit-testi, għalkemm it-traċċabbiltà tagħhom ma ġietx stabbilita.

77. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2001, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C-278/98, Ġabra p. I-1501, punt 38, u tal-24 ta’ Frar 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-300/02, Ġabra p. I-1341, punt 32; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2008, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-266/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 97).

78. Barra minn hekk, rigward ir-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova fil-qasam tal-approvazzjoni tal-kontijiet, għandu jitfakkar li hija l-Kummissjoni li, sabiex tipprova l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, hija obbligata mhux li tipprova b’mod eżawrjenti n-nuqqas ta’ kontrolli mwettqa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali jew l-irregolarità taċ-ċifri trażmessi minnhom, iżda li tippreżenta element ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli li hija ssib fir-rigward ta’ dawn il-kontrolli jew dawn iċ-ċifri. Dan it-tnaqqis tal-oneru tal-prova li tgawdi minnu l-Kummissjoni huwa dovut għall-fatt li huwa l-Istat Membru li jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiġbor u jivverifika d-data neċessarja għall-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u li, bħala konsegwenza, għandu l-obbligu li jippreżenta l-prova l-iktar dettaljata u kompluta tal-veraċità tal-kontrolli tiegħu jew taċ-ċifri tiegħu u, jekk ikun il-każ, tal-ineżattezza tal-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2001, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-247/98, Ġabra p. I-1, punti 7 sa 9, u tad-19 ta’ Ġunju 2003, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-329/00, Ġabra p. I-6103, punt 68).

79. F ’din il-kawża jirriżulta mill-elementi tal-proċess, u b’mod partikolari mill-minuti tal-laqgħa bilaterali, li n-nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà kkonstatati f’din il-kawża ma kinux ġew kontradetti minn provi dokumentati li kienu jsostnu l-argumenti tar-Repubblika Ellenika.

80. Mill-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni jirriżulta wkoll li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika, li dawn il-kontrolli twettqu, iżda ma kinux iddokumentati tajjeb, ma humiex sostnuti minn provi tanġibbli. Ir-Repubblika Ellenika stess tammetti li t-traċċabbiltà tal-kontrolli ma hijiex immedjatament viżibbli. Hija tammetti wkoll in-nuqqasijiet dwar l-obbligu ta’ investigazzjoni rigward il-kontrolli ta’ kontabbiltà.

81. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tenfasizza li adottat linji gwida ġodda fl-2006 sabiex tirrimedja għan-nuqqasijiet ikkonstatati.

82. Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li tali argument ma huwiex tali li jikkumpensa għal nuqqas ta’ kontrolli suffiċjenti ikkonstatat għas-snin preċedenti inkwistjoni f’din il-kawża.

83. Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà huma żbaljati u li l-korrezzjonijiet ma humiex iġġustifikati f’dan ir-rigward.

84. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-ħlas permezz b’ċekk jikkostitwixxi każ iżolat u li l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % hija sproporzjonata.

85. F’din il-kawża, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet magħmula fil-qasam tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà eżaminati qabel, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-konstatazzjoni ta’ ħlas b’ċekk ma kienx jikkostitwixxi l-unika bażi għall-korrezzjonijiet f’din il-kawża.

86. Għaldaqstant, l-argumenti tar-Repubblika Ellenika sabiex jistabbilixxu n-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni imposta minħabba l-ħlas permezz ta’ ċekk għandhom jiġu miċħuda.

87. It-tieni motiv għaldaqstant għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

88. Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ma għamlet ebda argument sabiex tikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija timponi l-korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % għall-qasam tal-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru.

3. Fuq it-tielet motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-qasam tal-qoton

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

89. L-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton hija rregolata b’mod partikolari mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 332), li jistabbilixxi r-regoli ġenerali tas-sitema ta’ għajnuna għall-qoton u li tabroga r-Regolament (KE) Nru 2169/81 (ĠU L 148, p. 48). Skont l-Artikolu 23 tiegħu, ir-Regolament Nru 1554/95 daħal fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jiġifieri l-1 ta’ Ġunju 2001, u huwa applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

90. Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1051/2001, is-sena kummerċjali għandha tibda mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

91. L- Artikolu 11(d) u l-Artikolu 12(1)(d) tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdu li, sabiex ikunu benefiċjarji tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton, l-impriżi ta’ ħżin għandhom juru li l-qoton saritlu dikjarazzjoni tal-arji msemmija fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament.

92. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdi li l-Istati Membri produtturi għandhom jistabbilixxu sistema ta’ dikjarazzjonijiet tal-plottijiet miżrugħa, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-qoton kopert bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkun tal-oriġini ddikjarata.

93. Sabiex jitqiesu l-għanijiet ambjentali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxi u jadottaw il-miżuri ambjentali li jqisu li jkunu adattati sabiex jirregolaw l-użu tal-art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton (premessa 13 tar-Regolament Nru 1051/2001). B’hekk, l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001 jipprovdi:

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għas-settur tal-qoton:

– miżuri biex jittejjeb l-ambjent, b’mod partikolari t-teknika tal-koltivazzjoni biex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent,

– programmi ta’ riċerka biex jiġu żviluppati metodi ta’ tkabbir li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent,

– mezzi biex jgħarrfu lill-produtturi dwar ir-riżultati ta’ dik ir-riċerka u l-vantaġġi tal-użu tat-teknika kkonċernata.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ambjentali li jqisu addattati minħabba s-sitwazzjoni speċifika ta’ l-arji agrikoli użati għall-produzzjoni tal-qoton. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ifakkru lill-produtturi li huma jkunu meħtieġa jikkonformaw mal-leġislazzjoni dwar l-ambjent.

3. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun approprjat, irażżnu l-arji eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni tal-qoton mhux maħluġ fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi relatati ma’:

– l-ekonomija agrarja ta’ dawk ir-reġjuni fejn il-qoton ikun wiċċ prinċipali,

– il-ħamrija u l-klima fl-arji in kwistjoni,

– l-immaniġġar ta’ l-ilma tat-tisqija,

– is-sistemi tar-rotazzjoni u l-metodi tal-koltivazzjoni li x’aktarx itejbu l-ambjent.

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, ir-Repubblika Griega u r-Renju ta’ Spanja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sitwazzjoni ambjentali fis-settur tal-qoton u l-impatt tal-miżuri nazzjonali adottati skond il-paragrafi 1, 2 u 3.”

94. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1591/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 237), abroga r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1208/89, tat-3 ta’ Mejju 1989, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton (ĠU L 123, p. 23), u, skont l-Artikolu 19 tiegħu, huwa applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

95. L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1591/2001, dwar id-dikajrazzjonijiet ta’ arju miżrugħa, jipprevedi:

“Qabel id-data finali ffissata mill-Istat Membru, kull min ikabbar il-qoton fil-Komunità għandu jibgħat formola ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna taż-żona, kif provdut taħt is-sistema integrata ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll, permezz ta’ dikjarazzjoni taż-żoni miżrugħa għas-sena tal-marketing li tkun ġejja. Il-biċċa jew il-bċejjeċ ta’ art agrikoli konċernati għandhom jiġu identifkati skond is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta’ art agrikoli kif ipprovdut taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll. Fejn japplika, dawk li jkabbru għandhom jibagħtu dikjarazzjoni korretta li tkun tagħti kont taż-żona attwalment miżrugħa bil-qoton sal-jum iffissat mill-Istat Membru, u mhux aktar tard mill-31 ta’Mejju li jiġi qabel is-sena tal-marketing konċernata.”

96. L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1591/2001 jipprevedi li, għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, id-dikjarazzjonijiet tal-arja intiża fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1201/89 ippreżentati qabel l-1 ta’ Settembru 2001 huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għad-dikajrazzjonijiet ta’ arji msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1591/2001.

97. L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1591/2001, dwar il-kontrolli, jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001 sat-23 ta’ Awwissu 2002:

“1. Il-korp ta’ l-ispezzjoni maħtur mill-Istat Membru produttur għandu jivverifika:

a) li d-dikjarazzjonijiet taż-żoni miżrugħa għall-qoton huma eżatti, permezz ta’ verifiki fuq il-post li jirrelataw għal mhux anqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet ;

[…]

f) permezz ta’ verifiki doppji, li l-bċejjeċ ta’ l-art agrikoli msemmija fil-kuntratti jikkorrispondu ma’ dawk dikjarati minn dawk li jkabbru fid-dikjarazzjoni tagħhom taż-żoni miżrugħa għall-qoton.

2. Fejn jinstabu irregolaritajiet b’konnessjoni mad-dikjarazzjoni taż-żoni referiti fl-Artikolu 9, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-penali referiti fl-Artikolu 14(1), għandha tingħata għajnuna għall-kwantità ta’ qoton li jkun issodisfa l-ħtiġiet l-oħra kollha.

3. Meta diversi korpi jkunu responsabbli għall-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ koordinazzjoni għal dan il-għan.”

98. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2002, tad-19 ta’ Awwissu 2002, li jemenda r-Regolament Nru 1591/2001 (ĠU L 223, p. 3), applikabbli mit-23 ta’ Awwissu 2002, issostitwixxa, għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1591/2001, id-dispożizzjoni taħt a) bit-termini li ġejjin:

“li d-dikjarazzjonijiet taż-żoni miżrugħa għall-qoton huma eżatti, permezz ta’ verifiki fuq il-post li jirrelataw għal mhux anqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet;”

Rapport ta’ sinteżi

99. Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet u li għandhom ir-riferenzi OT/2003/01/GR u OT/2003/03/GR, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Greċja, rispettivament mill-31 ta’ Marzu sal-4 ta’ April 2003 u mill-20 ta’ Ottubru sal-24 ta’ Ottubru 2003, għall-għajnuna fil-produzzjoni tal-qoton għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002 u 2002/2003. Wara skambju ta’ korrispondenza, saret laqgħa bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi fit-8 ta’ Diċembru 2005. Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi. Wara l-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni tal-21 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha b’ittra tas-6 ta’ Awwissu 2008.

100. Minbarra l-konstatazzjonijiet dwar l-eċċessi ta’ produzzjoni eliġibbli, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrappurtaw nuqqasijiet ta’ kontrolli, imqassra fil-rapport ta’ sinteżi.

101. Fl-ewwel lok, rigward is-sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll (iktar ’il quddiem l-“SIĠK”), id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkunsidraw li, għalkemm id-dikjarazzjonijiet tal-arji miżrugħa kienu inklużi fid-dikjarazzjoni tal-arji SIĠK, il-kompatibbiltà taż-żewġ sistemi ma kinitx suffiċjentement żgurata, kif dan diġà ġie kkonstatat għas-snin 1997/98 sa 2000/2001. B’mod partikolari:

– ġew irrilevati inkonsistenzi bejn id-dokumenti differenti (kuntratti bejn il-bdiewa u l-ħallieġa, dikjarazzjonijiet SIĠK ta’ arji tal-qoton) li ma kinux manifestament ġew innutati mill-awtoritajiet Griegi u li jqgħedu f’dubju l-effikaċja tal-kontroverifiki u konsegwentement il-kredibbiltà tal-informazzjoni użata mill-ħallieġa sabiex jiġi vverifikat li l-qoton ikkunsinnat kien suġġett ta’ dikjarazzjoni taż-żoni;

– il-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti responsabbli għad-database tas-SIĠK u dawk responsabbli mill-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton kienet ġeneralment ikkunsidrata bħala insuffiċjenti; fil-fatt, id-dipartimenti tal-Opekepe kellhom biss għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni dwar il-qoton fid-dikjarazzjonijiet tal-arji, li ma kienx jippermttilhom li jkopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-arji miżrugħa bil-qoton; bl-istess mod, id-dipartimenti responsabbli mis-SIĠK ma kkomunikaw ebda anomalija lid-dipartimenti responsabbli għall-qoton fl-2001/2002 u 2002/2003, anki jekk it-telerilevament (remote sensing) kien juri arji mhux iddikjarati jew iddikjarati ħażin.

102. Fit-tieni lok, dwar il-kontroll tal-miżuri ambjentali, ir-rapport ta’ sinteżi jenfasizza li r-riforma tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton fl-2001 introduċa miżuri ambjentali li n-natura tagħhom kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ kontrolli u ta’ sanzjonijiet kellu jiġi ddefinit mill-Istat Membru. Ġie kkonstatat li r-Repubblika Ellenika kienet stabbilixxiet, fost dawn il-miżuri, il-limitazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni, l-iffissar ta’ effiċjenza massima u l-osservanza ta’ kodiċi ta’ prattika tajba fosthom rotazzjoni mandatorja tal-uċuħ tar-raba’.

103. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkontestaw in-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ dawn il-miżuri ambjentali u n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sanzjonijiet. B’mod partikolari, il-kontroll amministrattiv tan-nuqqas ta’ eċċess tal-qligħ massimu stabbiliti għal kull produttur kien ikkunsidrat bħala insuffiċjenti. Bl-istess mod, il-kontrolli fuq il-post ta’ arji, magħmula wara l-aħħar ħsad u għaldaqstant tard wisq sabiex tiġi vverifikata l-kredibbiltà tal-qligħ iddikjarat, kellhom jiġi orjetnati lejn l-iskoperta ta’ arji tal-qoton mhux iddikjarati u l-kontroll tal-osservanza tal-osservanza tal-kodiċi ta’ prattika tajba. Pereżempju, l-arji ddikjarati tal-qoton kienu kkontrollati biss, li ma jippermettix li jiġu magħrufa l-oqsma tal-qoton iddikjarati fil-qamħ jew fi ħsad ieħor. Fl-aħħar nett, ġie rrilevat li l-ebda kontroll tal-osservanza tal-kodiċi ta’ prattika tajba ma kien sar.

104. Fil-kuntest tal-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2008, il-korp ta’ konċiljazzjoni stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li, minħabba d-data tad-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet ambjentali f’din is-sistema ta’ għajnuna, il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tiġi invokata bħala kriterju ġuridikament vinkolanti għall-għoti tal-għajnuna Komunitarja għall-qoton imkabbar fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

105. F’ittra tas-6 ta’ Awwissu 2008, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkomunikaw il-pożizzjoni finali tagħhom li fiha l-korrezzjoni proposta nżammet. Huma enfasizzaw li d-data tal-1 ta’ Settembru kienet id-data tal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ma jfissirx li l-miżuri ta’ kontroll tal-arji (u b’mod partikolari restrizzjonijiet ambjentali) jkunu fakultattivi fl-ewwel sena, il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà adatti għat-tranżazzjonijiet ta’ prekummerċjalizzazzjoni kellhom ikunu kkontrollati qabel il-bidu tal-kummerċjalizzazzjoni. Huma enfasizzaw ukoll li l-kontenut tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-qoton kien magħruf qabel l-1 ta’ Ġunju 2001 u li l-awtoritajiet Griegi deliberatament għażlu li japplika l-ewwel sena fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1051/2001 jadottaw deċiżjoni ministerjali fix-xahar ta’ Frar 2001, li tinkludi rotazzjoni vinkolanti u tnaqqis fl-arji miżrugħa bil-qoton, u dan ma wassalx għal ebda kontroll fil-livell tal-bdiewa.

106. Fit-tielet lok, dwar il-kontrolli fuq il-post tal-arji, l-ewwel nett, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkunsidraw li, għas-sena 2001/2002, l-għażla tal-irziezet għall-kontroll għal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton ma kienet ibbażata fuq l-ebda analiżi tar-riskju, peress li l-metodu ta’ għażla każwali ma huwiex adattat tajjeb għar-riskji marbuta ma’ din is-sena (kxif ta’ arji ta’ qoton mhux iddikjarati, kxif ta’ ksur tal-prattiki agrikoli tajbin). Għalkemm il-proċess ta’ għażla jidher li nbidel għas-sena 2002/2003, din il-proċedura ġiet iġġudikata insodisfaċenti, minħabba li inkludiet elementi ta’ riskji mhux marbuta mal-qoton (għażla SIĠK) u ma ppermettietx li jittieħed biżżejjed inkunsiderazzjoni qligħ atipiċi osservat matul is-sena. Konsegwentement, ġie kkunsidrat li t-tibdil li sar fl-għażla ma ppermettiex li jitjieb biżżejjed il-mekkaniżmu sabiex dan ikopri r-riskji assoċjati man-nuqqas li jkunu ddikjarati l-arji kollha.

107. It-tieni nett, l-implementazzjoni ta’ kontrolli fuq il-post kienet meqjusa bħala tardiva wisq u li ma tippermettix li jiġu ddeterminati l-limiti ta’ diversi plottijiet żgħar ta’ qoton ta’ spiss mmaterjalizzati biss mit-tibdil fil-varjetajiet tal-qoton li differenzi tagħhom jidhru fuq il-weraq u l-frott, fil-waqt li l-kejl tal-arja maħduma jista’ jsir bi kwalità suffiċjenti biss jekk il-frott għandu jinsab fir-raba’, skont l-istandards stipulati fil-kuntest tas-SIĠK. Barra minn hekk, huwa biss fit-22 ta’ Jannar 2008, wara l-istedina tal-korp ta’ konċiljazzjoni, li l-awtoritajiet Griegi pprovdew data dwar id-dati għat-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post, li minnhom jirriżulta, skont id-dipartimenti tal-Kummissjoni, ebda indikazzjoni kredibbli tal-proporzjon ta’ kontrolli tardivi, peress li numru kbir ta’ dati (mill-inqas sittax-il każ) huma inverosimili. Barra minn hekk, apparti minn dawn l-inkonsistenzi, l-eżistenza ta’ kontrolli tardivi (wara Jannar) tidher li hija kkonfermata, għal ħames distretti fl-2001/2002 u seba’ distretti fl-2002.

108. It-tielet nett, ġie ikkonstatat ukoll li, fl-2001/2002, l-istruzzjonijiet lill-kontrolluri ma kienu jipprovdu ebda formalizzazzjoni ta’ kejl u lanqas ta’ traċċabbiltà tal-limiti ta’ tolleranza tekniċi aċċettati u li din bilkemm tjiebet fl-2002/2003 meta Opekepe bdiet twettaq il-kontrolli fuq il-post.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

109. Fir-rigward tas-settur tal-qoton, ir-Repubblika Ellenika tqajjem motiv ibbażat fuq in-natura inġustifikata u sproporzjonata ta’ 5 % applikata għas-snin finanzjarji 2002 u 2003 u fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

110. Dan il-motiv huwa maqsum f’ħames partijiet. L-ewwel u t-tieni partijiet huma bbażati fuq in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni finanzjarja, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames taqsimiet huma bbażati fuq in-natura allegatament żbaljata dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK, il-miżuri ambjentali u l-kontroll fuq il-post tal-arji.

111. Il-Qorti Ġenerali ser teżamina t-tielet, ir-raba’ u l-ħames partijiet qabel ma teżamina l-ewwel żewġ partijiet ta’ dan il-motiv.

Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK

112. Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet tas-SIĠK u ssostni fuq l-effikaċja tal-kontroverifiki. Hija tiddeskrivi l-proċedura li biha l-produtturi jiddikjaraw l-arji maħduma tas-SIĠK u tenfasizza li l-għajnuna għall-qoton ma hijiex marbuta mal-arja, iżda mħallsa skont il-kwantità tal-qoton mogħti mill-produtturi għall-fabbrika tal-ħalġ, li hiha kkontrollata. Hija żżid li l-fatt li s-SIĠK għandha xi nuqqasijiet, spjegati fl-ittra tagħha tas-26 ta’ Novembru 2004, mibgħuta mill-Kummissjoni, ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji.

113. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton mas-SIĠK ġiet istitwita bir-Regolament Nru 121/89, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru°1740/97, tal-5 ta’ Settermbru 1997 (JO L 244, p. 1), sabiex tissaħħaħ il-ġestjoni u s-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna għall-qoton u jiġi evitat ir-riskju ta’ pagament doppju fuq istess arji. Il-premessa 9 tar-Regolament Nru 1591/2001, li ħassar ir-Regolament Nru 1201/89, jipprovdi wkoll li, sabiex jiġi żgurat li l-qoton kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna huwa ta’ oriġini proprja, għandu jkun possibbli li jkunu identifikati żoni miżrugħa għall-qoton permezz tas-sistema li tidentifika l-bċejjeċ ta’ art agrikoli kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, tas-27 ta’ Novembru 1992, li jwaqqaf sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [ĠU,) Dan jimplika li ż-żewġ sistemi jikkomunikaw u jistgħu jiskambjaw data, b’mod partikolari abbażi ta’ kontrolli addizzjonali, previsti fl-Artikolu 13(1)(f) tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 97 iktar ’il fuq).

114. Skont il-ġurisprudenza, l-Istat Membru li kontra tiegħu l-Kummissjoni ġġustifikat l-assenza jew in-nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ funzjonament tal-FAEGG, taqsima “garanzija”, ma jistax jinvalida l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni mingħajr ma jsostni l-allegazzjonijiet tiegħu permezz ta’ elementi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll affidabbli u li taħdem. Jekk huwa ma jirnexxilux jipprova li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni ma humiex eżatti, dawn jikkostitwixxu elementi li jistgħu jqajmu dubji serji rigward l-implementazzjoni ta’ sistema xierqa u effettiva ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2000, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-46/97, Ġabra p. 1-5719, punt 58).

115. F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax fid-dettall in-nuqqasijiet ikkonstatati fis-sistema ta’ kontroll inkwistjoni. Hija tafferma biss li n-nuqqasijiet tas-SIĠK ma influwenzawx ir-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji u li l-kontrolli li hija wettqet kienu suffiċjenti, peress illi dawn kienu jikkonċernaw il-kwantitajiet ta’ qoton imwassla mill-produtturi lill-fabbrika tal-ħalġ u tal-qligħ.

116. Madankollu, l-eżistenza ta’ tali kontrolli ma hijiex suffiċjenti sabiex ittaffi n-nuqqasijiet rilevati fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 101 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom japplikawhom mingħajr ma jkun neċessarju li jevalwaw il-mertu tal-argument tagħhom li sistema ta’ kontroll differenti eventwalment applikata hija iktar effettiva (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2002, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-130/99, Ġabra p. I-3005, punt 87).

117. Barra minn hekk, fil-każ tan-nuqqasijiet identifikati fil-kontroll tal-plottijiet, ir-Repubblika Ellenika tirreferi għall-ittra tas-26 ta’ Novembru 2004, mibgħ uta lill-Kummissjoni. F’din l-ittra, hija tispjega b’mod partikolari li dawn in-nuqqasijiet huma dovuti għal żbalji ta’ traskrizzjoni tal-arji meta r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post daħlu fil-fajl li jiġbor fil-qosor il-kontrolli sussegwentement sabiex jaġġorna l-fajl kompjuterizzat tal-kontrolli fuq il-post (punt 27 tal-ittra tas-26 ta’ Novembru 2004).

118. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika b’hekk tispjega r-raġunijiet għall-iżbalji kkonstatati, mingħajr b’dan il-mod ma turi n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni u mingħajr ma tasal li telimina d-dubji eżistenti dwar l-effettività tas-sistema ta’ kontroll.

119. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-“preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-arja” saret kriterju ta’ eliġibbiltà mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1486/2002, applikabbli mill-perijodu 2002/2003, li għaldaqstant hija inapplikabbli f’din il-kawża.

120. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali tirrileva li d-dikjarazzjoni ta’ arja tal-qoton prevista mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 95 iktar ’il fuq) qabel l-emenda tal-imsemmi regolament bir-Regolament Nru 1486/2002 u kif diġà kien previst bl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1201/89, emendat bir-Regolament Nru 1740/97 (ara l-punt 96 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, il-kontroll tal-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet ta’ arji ta’ qoton b’kontroll fuq il-post li jkopri mill-inqas 5 % tad-dikjarazzjonijiet huwa wkoll previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1591/2001 (ara l-punt 97 iktar ’il fuq), qabel l-emenda tal-imsemmi regolament bir-Regolament Nru 1486/2002 u qabilha bl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1201/89. L-emenda magħmula f’dan ir-rigward mir-Regolament Nru 1486/2002 tikkonsisti biss f’li jiġi ċċarat li l-kontroll fuq il-post għandu jsir sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni (ara l-punt 98 iktar ’il fuq).

121. Għaldaqstant, dan l-argument huwa infondat.

122. Għaldaqstant it-tielet parti ta’ dan il-motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni li jirrigwardaw il-miżuri ambjentali

123. Għandu jitfakkar li r-riforma tas-sistema tas-sistema tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-qoton fl-2001, permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001, introduċiet l-obbligu għall-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri ambjentali li huma jikkunsidraw xierqa (ara l-punt 93 iktar ’il fuq). Ir-Repubblika Ellenika, permezz ta’ dawn il-miżuri, imponiet il-limitazzjoni tal-arja tal-produzzjoni, l-iffissar ta’ effiċjenza massima u l-osservanza ta’ kodiċi ta’ prattiki tajba fosthom ir-rotazzjoni obbligatorja tal-uċuħ tar-raba’. Dawn il-miżuri jirriżultaw mill-ypourgikes apofaseis (digrieti ministerjali) tat-28 ta’ Frar 2001 u tal-4 u l-10 ta’ Mejju 2001, adottat wara djalogu estensiv mal-produtturi, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika.

124. Qabel kollox, ir-Repubblika Ellenika ssostni li r-riżultati tal-kontrolli ma setgħux jiġu nnotati immedjatament meta l-miżuri ambjentali ġew adottati fl-2001.

125. F’dan il-kawża, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-Kummissjoni, meta imponiet il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % minħabba l-insuffiċjenza tal-kontrolli tal-kundizzjonijiet ambjentali inadegwati, ma tikkontestax l-effikaċità jew il-fondatezza tal-miżuri ambjentali adottati, iżda n-nuqqas ta’ kontroll tal-osservanza tal-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, l-argument tar-Repubblika Ellenika, li l-effikaċità tal-miżuri ambjentali adottati jirrikjedu ż-żmien, hija irrilevanti f’din il-kawża.

126. Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontroll tal-osservanza tal-miżuri ambjentali sar b’mod xieraq.

127. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tirrileva li din l-affermazzjoni ma hijiex sostnuta mill-elementi fil-proċess.

128. Fil-fatt, fir-rigward, fl-ewwel lok, il-kontroll tal-qligħ, ir-Repubblika Ellenika indikat li għamlet kontrolli b’remote sensing sabiex tikontrolla l-qligħ fiż-żoni fejn ġie osservat eċċess. Madankollu, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li, għas-sena 2001/2002, l-ebda data ma ġiet ipprovduta u, għas-sena 2002/2003, id-data pprovduta turi li 7.5 % biss tal-każijiet ta’ qligħ atipiku li ġie kkontrollat. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika irreferiet għall-metodu tal-medju tal-qligħ għat-tliet snin preċedenti u għall-kontroll ta’ qligħ b’ejkers. Madankollu, dawn l-argumenti ma jurux l-eżistenza ta’ kontrolli li bihom jista’ jiġi vverifikat individwalment jekk il-benefiċjarji kienu ssodisfaw l-obbligi imposti mill-imsemmija miżuri. Kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-għajnuna għaldaqstant setgħet tingħata lil produtturi li mhux neċessarjament kienu osservaw il-miżuri ambjentali.

129. Bl-istess mod, meta hija semmiet, fit-tieni lok, it-tnaqqis tal-arji maħduma tal-qoton, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxix l-eżistenza ta’ kontroll individwalizzat f’dan ir-rigward.

130. Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-kontroll tal-prattiki tajba, ir-Repubblika Ellenika indikat hija stess, matul il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, li l-kontroll dirett tagħhom kien diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jinkiseb. Hija ssostni li implementat indikaturi, bħall-miżura ta’ “produzzjoni indikativa stabbilita” (produzzjoni awtorizzata indikattiva), intiża għal kontroll komplet sabiex jiġi limitat l-użu ta’ pestiċidi u ta’ fertilizzanti. Madankollu, hija l-implementazzjoni tal-miżuri ġenerali għat-titjib tal-indikaturi ambjentali li ma jistabbilixxux l-eżistenza ta’ kontroll individwali mill-produttur tal-osservanza tal-miżuri implementati.

131. L-argument tar-Repubblika Ellenika li l-kontroll tal-osservanza tal-miżuri ambjentali seħħ b’mod xieraq għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

132. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tenfasizza, fir-replika tagħha, ir-riżervi tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni dwar il-possibbiltà li jkunu applikati għall-qoton diġà miżrugħ il-miżuri ambjentali introdotti bl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001, applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2001.

133. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li, fil-kuntest tal-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2008, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li, minħabba d-data tad-dħul fis-seħħ tal-kundizzjonijiet ambjentali f’din is-sistema ta’ għajnuna, il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet setgħet ġiet invokata bħala kriterju legalment vinkolanti għall-għoti tal-għajnuna Komunitarja għall-qoton li tkabbar fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

134. Fil-pożizzjoni finali tagħha, il-Kummissjoni sostniet li l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001 kien applikabbli għall-miżuri ambjentali, adottati mir-Repubblika Ellenika għas-sena 2001/2002. Skont hija, essenzjalment, id-data tal-1 ta’ Settembru 2001 jimmarka l-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-qoton miżrugħ fl-2001 u kkummerċjalizzat fil-Ħarifa 2001, iżda jibqa’ l-fatt li l-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi għat-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni, fosthom iż-żriegħ, għandhom jiġu kkontrollati qabel.

135. Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax dan l-argument. Fil-fatt, hija tirreferi biss, fil-kuntest tar-replika, għar-riżervi tal-korp ta’ konċiljazzjoni mingħajr ma tipproduċi argumenti sostenuti sabiex tirrispondi għall-argumenti tal-Kummissjoni.

136. Sa fejn l-argument tagħha, li ma jirriżultax mir-rikors, jista’ jiġi kkunsidrat bħala relatat mal-ilment dwar il-miżuri ambjentali u, għaldaqstant, bħala ammissibbli fis-sens tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandu jiġi kkonstatat li ma huwa bl-ebda mod sostnut.

137. Barra minn hekk, l-argument li l-miżuri preċiżi tar-Regolament Nru 1051/2001 ma kinux għadhom magħrufin għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika stess adottat il-miżuri ambjentali u ma tikkontestax li dawn il-miżuri ambjentali kienu applikabbli immedjatament, Għall-kuntrarju, hija ssostni li l-imsemmija miżuri kienu diġà suġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li dawn kienu applikabbli. Peress li hija kienet iddeċidiet li tadotta dawn il-miżuri għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1051/2001 mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, għaldaqstant hija kellha tissorvelja l-osservanza mill-produtturi tal-qoton. Barra minn hekk, kif enfasizzat il-Kummissjoni fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, mill-premessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2002, tal-31 Lulju 2002, li jiffissa għall-kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, il-produzzjoni Griega attwali ta qoton mhux maħluġ kif ukoll inaqqsu l-prezz ta’ mira u l-varjanza tirriżulta għas-sena tas-suq 2001/2002, regoli ta ġestjoni ċerti u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna fil-Greċja (ĠU l 203, p. 24), l-awtoritajiet Griegi stess ikkunsidraw l-osservanza tal-miżuri ambjentali previsti fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1051/2001 bħala kriterju ta’ eliġibbiltà għall-perċezzjoni tal-għajnuna għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002.

138. Barra minn hekk, il-kwistjoni tal-kontroll tal-miżuri ambjentali għall-perijodu qabel l-1 ta’ Settembru 2001 tikkonċerna biss is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002 u għaldaqstant parti mill-ilment dwar il-miżuri ambjentali li fuqha l-korrezzjoni hija bbażata, li tirrigwarda wkoll is-sena 2002/2003.

139. Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li tiddikjara r-Repubblika Ellenika, mingħajr ma ssostni l-argument tagħha, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kontrolli dwar il-miżuri ambjentali kienu jikkostitwixxu kontrolli prinċipali fis-sens tal-Anness 2 tal-Dokument Nru VI/5330/97. Fil-fatt, tali kontrolli relatati mal-verifiki fiżiċi u amministrattivi rikjesti sabiex jivverifikaw l-elementi dwar il-mertu, relatati f’din il-kawża mal-qligħ massimu u mal-osservanza tal-prattiki tajba implementati mir-Repubblika Ellenika skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001.

140. Minn dan isegwi li r-raba’ parti ta’ dan il-motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq il-ħames parti, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-kummissjoni dwar il-kontroll fuq il-post tal-arji

141. L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta d-dewmien tal-kontrolli fuq il-post. Hija ssostni li r-Regolamenti Nri 1051/2001 u 1591/2001 ma jipprovdux skadenza sabiex isiru l-kontrolli fuq il-post ta’ 5 % taż-żoni, peress li d-data tal-15 ta’ Novembru ġiet iffissata biss bħala l-limitu mill-2003 bir-Regolament Nru 1486/2002. Skont hija, jekk il-kontroll għandu jseħħ f’data xierqa, jiġifieri f’mument li jiggarantixxi li l-arja kkontrollata kienet miżrugħa bil-qoton, dan jista’ jsir sakemm iz-zokk tal-qoton jibqa’ fuq l-għalqa, jiġifieri, f’Awwissu, f’Ottubru jew f’Jannar jew sat-tiżrigħ tar-rebbiegħa li jmiss. Hija żiedet tgħid li d-database tal-kontrolli fuq il-post ma jindikax data, minħabba li ma kienx meħtieġ mir-regolamenti. Hija tenfasizza li l-minuti jirreferu għad-data li fiha huma saru, minn dawn jirriżulta li l-kontrolli kienu prinċipalment seħħew mix-xahar ta’ Awwissu sax-xahar ta’ Novembru u li ftit mill-kontrolli kienu estiżi lil hin minn dan.

142. F’dan ir-rigward, għandi jitfakkar li, skont l-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament Nru 1591/2001, l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet tal-arji tal-qoton għandha tkun ivverifikata fuq il-post.

143. Kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika, qabel it-23 ta’ Awwissu 2002, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1486/2002, li jipprovdi li l-kontrolli fuq il-post iridu jsiru sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, ir-Regolament Nru 1591/2001 ma jipprovdix terminu għat-tlestija ta’ dawn il-kontrolli. Fi kliem ieħor, din l-iskadenza tal-15 ta’ Novembru hija applikabbli mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

144. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, madankollu, dawn il-kontrolli għandhom isiru f’terminu xieraq, kif tammetti r-Repubblika Ellenika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 196), jiġifieri f’mument li jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza u li jiżgura li l-arja kkontrollata kienet miżrugħa bil-qoton, għaldaqstant qabel jew matul il-ħsad.

145. F’din il-kawża, fit-22 ta’ Jannar 2008, wara l-istedina tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni, l-awtoritajiet Griegi pprovdew informazzjoni dwar id-dati meta twettqu l-kontrolli fuq il-post. Madankollu, kif il-Kummissjoni kkonstatat, din l-informazzjoni ma turix id-distribuzzjoni kronoloġika ta ‘kontrolli fuq il-post u ma kien fiha ebda indikazzjoni affidabbli tal-proporzjon tal-kontrolli tardivi. Barra minn hekk, ċerti dati indikati kienu inkonsistenti u ċerti kontrolli kienu partikolarment tardivi (wara Jannar) għal ħames distretti fl-2001 u seba’ distretti fl-2002.

146. Skont il-ġurisprudenza (sentenza tad-9 ta’ Settembru 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 51), huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jippreżenta l-iktar prova dettaljata u kompluta li l-kontrolli tiegħu kienu verament saru u, jekk ikun il-każ, li l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni ma humiex eżatti.

147. Issa, ir-Repubblika Ellenika, wara li indikat li ma kien hemm ebda indikazzjoni ta’ data fid-database tal-kontrolli fuq il-post, ipprovdiet dati ta’ kontrolli li minnhom jirriżulta li, minn naħa, ċerti inkonsistenzi (ċerti dati jindikaw is-snin 1901 jew 1902) u, min-naħa l-oħra, li d-dati tal-kontrolli xi kultant huma wara Jannar tas-sena kkonċernata.

148. F’dan ir-rigward, anki jekk iz-zkuk tal-qoton jistgħu jikkonfermaw ir-realtà ta’ kultivazzjoni tal-qoton kif issostni r-Repubblika Ellenika, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkonstatat li la d-delimitazzjonijiet eżatti tal-plots tagħhom u lanqas kemm irendu ma jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ dawn iz-zkuk tal-qoton b’mod ċert. L-iskadenza sabiex isiru l-kontrolli fuq il-post barra minn hekk ġiet stabbilita għall-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata mir-Regolament Nru 1486/2002.

149. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika żżid, fl-Anness 2 tar-replika, data li turi li l-maġġoranza tal-kontrolli seħħew sa Novembru għas-sentejn. Il-Kummissjoni madankollu ssostni li din id-data ma ntbagħtitx lilha matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li huwa kkonfermat mill-tweġibiet tar-Repubblika Ellenika għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri u għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali waqt is-seduta. Issa, il-legalità ta’ deċiżjoni għandha tiġi evalwata skont l-informazzjoni li seta’ kellha l-Kummissjoni fil-mument meta adottatha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011, Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni, T-232/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 54 u 55, u tal-14 ta’ Frar 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-267/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 46 sa 48; ara, b’analoġija, is-sentenza tal-tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks, C-333/07, Ġabra p. I-10807, punt 81). Għaldaqstant, din id-data pprovduta mir-Repubblika Ellenika ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.

150. Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika naqset milli turi li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huma żbaljati. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-kwistjoni tal-kontrolli tikkostitwixxi biss wieħed mill-ilmenti prinċipali li fuqhom hija bbażata l-korrezzjoni b’rata fissa (ara l-punti 101 sa 108 iktar ’il fuq).

151. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-analiżi tar-riskju seħħet u wasslu sabiex teskludi l-kwantitajiet ta’ qoton ta’ provenjenza mhux magħrufa. It-titjib tas-sistema kompjuterizzata u ta’ kontroll f’ħin reali tal-kunsinni tal-qoton lill-fabbriki tal-ħalġ għen sabiex titjieb il-proċedura ta’ għażla tal-kampjuni u għaldaqstant l-analiżi tar-riskji.

152. Madankollu dan l-argument ma jinvalidax il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-sena 2001/2002, li l-analiżi tar-riskju hija bbażata fuq għażla każwali ta’ popolazzjoni stratifikata, mhux adegwata għar-riskji involuti fis-sena inkwistjoni. Bl-istess mod, għas-sena 2002/2003, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxix in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni mqassra fil-punti 106 u 108 iktar ’il fuq.

153. Għaldaqstant il-ħames parti ta’ dan il-motiv għandu wkoll jiġi miċħud.

154. Minn dan isegwi li l-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % ma tistax, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tiġi kkunsidrata bħala li tirriżulta minn evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

Fuq l-ewwel u t-tieni partijiet, ibbażati fuq in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni finanzjarja

155. Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, li iktar milli rdoppjat meta mqabbla mal-korrezzjonijiet preċedenti ta’ 2 % hija sproporzjonata għaliex ma tqisitx il-modifika tardiva tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton fl-2001 bir-Regolament Nru 1051/2001, ippubblikat f’Ġunju, jiġifieri fin-nofs tal-perjodu ta’ kultivazzjoni. Hija tenfasizza li l-ebda dispożizzjoni tranżitorja ma naqqset l-ispiża tal-metodu ġdid ta’ kalkolu ta’ koresponsabbiltà u ssostni l-importanza tal-ispejjeż tal-miżuri meħuda.

156. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Kummissjoni tista’ tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż li jkunu saru jekk tikkonstata li ma hemm l-ebda mekkaniżmi ta’ kontroll suffiċjenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2000, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-242/97, Ġabra p. I-3421, punt 122).

157. F’din il-kawża, jidher li n-nuqqasijiet irrilevati mid-diparetimenti tal-Kummissjoni jirrigwardaw elementi importanti tas-sistema ta’ kontroll kif ukoll tal-implementazzjoni tal-kontrolli, li għandhom rwol fundamentali fid-determinazzjoni tal-legalità tal-infiq, b’tali mod li seta’ raġonevolment jiġi konkluż li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG kien sinjifikattiv.

158. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni, meta timponi, f’din il-kawża, korrezzjoni b’rata fissa li tammonta għal 5 % tal-ispejjeż inkwistjoni, filwaqt li l-kontrolli li saru mill-awtoritajiet Griegi naqsu li josservaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-184/09, mhux ippubblikata fil- Ġabra, punt 72, u l-ġurisprudenza ċċitata).

159. L-argument ibbażat fuq l-emenda li tirriżulta mir-Regolament Nru 1051/2001 ma tinvalidax din il-konstatazzjoni. Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-obbligi dwar is-SIĠK u dwar il-kontrolli fuq il-post tal-arji jinsabu fil-leġiżlazzjoni preċedenti (ara l-punt 113 iktar ’il fuq). Ir-Regolament Nru 1051/2001 għaldaqstant ma biddilx l-elementi li fuqhom ikkonstatati n-nuqqasijiet f’din il-kawża. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat qabel (ara l-punt 137 iktar ’il fuq), sa fejn hija kienet iddeċidiet li tadotta l-miżuri ambjentali għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1051/2001 mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2001/2002, ir-Repubblika Ellenika kellha tikkontrolla l-osservanza tagħhom mill-produtturi tal-qoton.

160. L-argument tar-Repubblika Ellenika bbażati fuq l-emenda tas-sistema inkwistjoni għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

161. Fl-aħħar nett, l-ispiża tal-miżuri adottati bħala riżultat ta’ dan ir-regolament il-ġdid ma hijiex biżżejjed sabiex tiġġustifika n-nuqqasijiet irrilevati u għaldaqstant ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tan-natura sproporzjonata jew le tal-korrezzjoni finanzjarja inkwistjoni.

162. L-argumenti żviluppati insostenn ta’ din l-ewwel parti għaldaqstant ma jistabbilixxux in-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni inkwistjoni.

163. Fil-kuntest tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Kummissjoni stess ikkonstatat titjib matul il-perijodu 2002 sa 2003 u li l-korrezzjoni għall-imsemmi perijodu għaldaqstant kellha tkun inqas minn dik imposta għall-perijodu mill-2001 sa l-2002.

164. Issa, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm titjib li jikkonċerna s-sena 2002/2003 ġie kkonstatat mill-Kummissjoni fl-ittra tas-17 ta’ Lulju 2004, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu wkoll ikkonstataw, fl-istess ittra, nuqqasijiet dwar il-kontrolli fuq il-post ta’ arji u dwar is-SIĠK, u rreġistrat nuqqasijiet fil-prinċipju maġġuri. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw ukoll mir-rapport ta’ sinteżi.

165. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li ġie kkonstatat titjib ma jippermettix lir-Repubblika Ellenika li ssostni li r-rata ta’ korrezzjoni ta’ 5 % kellha tiġi mnaqqsa.

166. Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika naqset milli turi n-natura sproporzjonata tal-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż ikkonċernati.

167. Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li t-tielet motiv, relatat mal-korrezzjoni b’rata fissa applikata fis-settur tal-qoton, għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

4. Fuq is-sitt motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati fil-qasam tal-primjums għall-annimali tal-ifrat u l-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

168. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (JO L 160, p. 21), jirregola l-għoti tal-primjums f’dan il-qasam.

Kontrolli

169. Ir-Regolament Nru 3508/92 jipprovdi li kull Stat Membru joħloq SIGC dwar ċerti sistemi ta’ għajnuna Komunitarja. Skont is-sitt premessa tiegħu, l-amministrazzjoni tal-informazzjoni miġbura u l-użu tagħha għall-verifika tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jeħtieġ illi jiġu stabbiliti databases ikkompjuterizzati ta’ rendiment għoli li bihom jistgħu jsiru kontrolli bir-reqqa.

170. L-Artikolu 1(1)(b) tal-imsemmi regolament jipprovdi, b’mod partikolari, li kull Stat għandu jistabbilixxi SIGC applikabbli għas-sistemi ta’ primjums u ta’ ħlasijiet favur il-produtturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

171. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 3508/92, is-sistema integrata għandha tikkomprendi diversi elementi li ġejjin, b’mod partikolari database ikkompjuterizzata, sistema alfanumerika għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem, applikazzjonijiet għall-għajnuna u sistema integrata tal-kontroll. L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 3508/92 jipprevedi b’mod partikolari li, fid-database ikkompjuterizzata, għandha tiġi rreġistrata, għal kull azjenda agrikola, l-informazzjoni miġbura mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

172. Skont l-Artikolu 8(1) u (2) tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-kontrolli amministrattivi għandhom jiġu ssupplimentati b’kontrolli fuq il-post li jkopru kampjun tal-azjendi agrikoli.

173. Rigward il-kontrolli, l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, p. 11), jipprevedi:

“Verifiki amministrattivi u fuq l-art għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jassiguraw verifikazzjoni effettiva ta’ konformità mat-termini li taħthom l-għajnuniet huma mogħtija.”

174. L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprovdi:

“Il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament […] Nru 3508/92 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

a) cross-checks fuq irqajja’ ddikjarati agrikoli u annimali sabiex jevitaw l-għotja multipla mhux dovuta ta’ l-istess għajnuna fir-rigward ta’ l-istess sena kalendarja jew ta’ marketing u sabiex jipprevjeni kumulu mhux meħtieġ ta’ għotja mogħtija taħt skemi ta’ għajnuna tal-Komunità li tinvolvi dikjarazzjonijiet ta’ zoni;

b) cross-checks permezz ta’ database kompjuterizzata sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbilità għall-għajnuna.”

175. L-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprevedi:

“1. Verifiki fuq l-art għandhom ikopru il-bhejjem kollha miżmuma għal xi użu li għalih applikazzjonijiet ta’ għajnuna ġew mibgħuta taħt skemi ta’ għajnuna li għandhom ikunu verifikati u, fil-każ ta’ verifiki ta’ skemi ta’ għajnuna tal-bovini, l-annimali bovini wkoll mhux dikjarati.

2. Verifiki fuq l-art għandhom jinkludu b’mod partikolari:

a) verifiki li n-numru ta’ annimali preżenti għaż-żamma li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna ġew mibgħuta u n-numru ta’ annimali bovini mhux dikjarati jikkorrispondu man-numru ta’ annimali mdaħħla fir-reġistri u, fil-każ ta’ annimali bovini, in-numru ta’ annimali notifikati fid-database kompjuterizzata;

b) f’dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ għajnuna tal-bovini, verifiki

– ta’ eżattezza ta’ daħliet fir-reġistru u n-notifikazzjonijiet għad-database kompjuterizzata fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ dokumenti li jgħinu bħall-irċevuti tax-xiri u bejgħ, ċertifikati ta’ biċċerija, ċertifikati veterinarji u, fejn applikabbli, passaporti ta’ l-annimali, f’dak li jirrigwarda annimali li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art,

– li informazzjoni miżmuma fid-database kompjuterizzata tikkorrispondi ma’ l-informazzjoni mogħtija fir-reġistru fuq il-bażi ta’ kampjun f’dak li jirrigwarda l-annimali li għalihom applikazzjonijiet ta’ għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar ta’ qabel il-verifika fuq l-art,

– li l-annimali preżenti fuq il-post u għadhom miżmuma taħt obbligu ta’ żamma huma eliġibbli għall-għajnuna dikjarata,

– li l-annimali bovini kollha preżenti fuq il-post huma identifikati minn tikketti tal-widna u akkumpanjati, fejn applikabbli, b’passaporti ta’ l-annimali u li huma reġistrati fir-reġistru u kienu notifikati fid-database kompjuterizzata. Dawn il-verifiki għandhom ikunu magħmula b’mod invidwali għal kull bovin maskili individwali li għadu miżmum taħt l-obbligu ta’ żamma li għalih kienet mibgħuta għall-premium taċ-ċanga speċjali bl-eċċezzjoni ta’ dawk mibgħuta f’konformità ma’ l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Fil-każijiet l-oħra kollha l-verifika fuq reġistru korrett fil-passaporti ta’ l-annimali, ir-reġistru u notifikazzjoni għad-database kompjuterizzata jista’ jkun magħmul fuq il-bażi ta’ kampjun ;

[…]”

Primjum għall-qatla

176. L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi:

“Produttur li jżomm bhejjem ta’ l-ifrat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, ma’ l-applikazzjoni, għal premju tal-qatla. Dan għandu jingħata mal-qatla ta’ annimali eliġibbli jew ma’ l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi u fil-limiti massimi nazzjonali li għandhom jiġu stabbiliti.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-premju tal-qatla:

a) barrin, gniedes, baqar u għoġġiela mill-età ta’ tmien xhur;

b) għoġġiela ta’ aktar minn xahar u anqas minn seba’ xhur u li l-piż tal-karkassa tagħhom huwa inqas minn 160 kilogramma,

sakemm ikunu nżammu mill-produttur għal perjodu li jrid jiġi stabbilit.” 

177. L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprevedi:

“1. Għal dak li jirrigwarda l-premium ta’ ċanga speċjali previst fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-premium tal-biċċerija provist fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-regolament, verifiki fuq l-art għandhom ikunu esegwiti fil-biċċeriji. F’dan il-każ l-Istati Membri għandhom jesegwixxu verifiki fuq l-art jew:

a) f’għall-inqas 30 % tal-biċċeriji kollha, magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, f’liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta’ 5 % tan-numru totali ta’ annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art, jew;

b) f’għall-inqas 20 % ta’ dawk il-biċċeriji li ġew approvati minn qabel skond il-kriterji partikolari ta’ assigurazzjoni li għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri u huma magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, f’liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta’ 2 % tan-numru totali ta’ annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art.

Dawn il-verifiki fuq l-art għandu jkollhom skrutinju minn qabel tad-dokumenti, paragun mad-daħliet fid-database kompjuterizzat u verifiki ta’ taqsiriet li jirrigwardaw iċ-ċertifikati tal-biċċeriji, jew informazzjoni ta’ l-art tagħhom, li kienu mibgħuta lill-Istati Membri l-oħra f’konformità ma’ l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999.

2. Verifiki fuq l-art fil-biċċeriji għandu jkollhom verifiki fiżiċi ta’ proċeduri ta’ biċċeriji esegwiti fil-jum tal-verifika fuq l-art fuq il-bażi ta’ kampjun. Fejn neċessarju, għandu jkun verifikat jekk il-karkassi preżentati għall-użin humiex eliġibbli għall-għajnuna.”

178. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999, tat-28 ta’ Ottubru 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 1254/1999, jipprevedi b’mod partikolari, fl-Artikolu 37 tiegħu, fil-verżjoni emendata tiegħu [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2000, tat-18 ta’ Mejju 2000 (ĠU Edizzjoni Specjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 29, p.99], li l-primjum għall-qatla jitħallas lill-produttur li jkun żamm l-annimal għal perjodu minimu ta’ xahrejn li jispiċċa inqas minn xahar qabel il-qatla jew li jintemm inqas minn xahrejn qabel l-esportazzjoni tal-annimal u li, għall-għoġġiela maqtula qabel l-età ta’ tliet xhur, il-perijodu għaż-żamma huwa ta’ xahar.

Ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

179. L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprovdi:

“Il-produtturi li jirċievu premju speċjali u/jew il-premju tal-baqar li jreddgħu jistgħu jikkwalifikaw għal pagament ta’ estensifikazzjoni.”

180. L-Artikolu 13(2) tal-istess regolament jipprevedi li l-pagament ta’ estensifikazzjoni għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull primjum speċjali u għal kull primjum ta’ baqar li jreddgħu mogħti, kemm-il darba f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena kalendarja inkwistjoni d-densità tal-merħliet fl-impriża in kwistjoni tkun inqas minn jew daqs 1.4 LU kull ettaru (b’riżerva ta’ ammonti inqas stabbiliti mill-Istati Membri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tal-imsemmi regolament).

181. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1254/1999, id-densità tal-merħliet għandha tkun espressa f’LU għal kull unità ta’ żona tal-mergħa tal-qasam użat għall-annimali li jkun hemm fiha.

182. Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 1254/1999, sabiex tiġi ddeterminata l-fattur ta’ densità tal-merħliet fuq l-impriża, għandhom jiġu meqjusa:

“[…]

a) il-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar li jreddgħu u l-għoġġiela, in-nagħaġ u/jew il-mogħoż li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-premji, kif ukoll il-baqar tal-ħalib meħtieġa biex jipproduċu t-total tal-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib allokata lill-produttur. In-numru ta’ annimali għandu jinqeleb għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III,

b) l-arja tal-mergħa, jiġifieri l-arja ta’ l-impriża disponibbli matul is-sena kalendarja għat-trobbija ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u nagħaġ u/jew mogħoż. [Ma humiex inklużi f’din l-arja :]

– bini, boskijiet, għadajjar, mogħdijiet,,

– żoni użati għall-uċuħ oħra li huma eliġibbli għal għajnuna tal-Komunità jew għal uċuħ permanenti jew uċuħ ta’ l-ortikoltura, ħlief mergħat permanenti li għalihom jingħataw ħlasijiet taż-żona permezz ta’ l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 19 tar-Regolament [(KE)] Nru 1255/1999,

– żoni li jikkwalifikaw għal sistema ta’ appoġġ stabbilita għal produtturi ta’ ċertu uċuħ tal-ħrit, użati għall-iskema ta’ għajnuna għal għalf niexef jew suġġetti għal skemi ta’ twarrib nazzonali jew tal-Komunità.

Żoni tal-mergħat għandhom jinkludu żoni ta’ użu konġunt li jkunu suġġetti għal kultivazzjoni mħallta.”

183. L-Artikolu 13(3)(a) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi :

“[b]’deroga mill-Artikolu 12 (2) (a), id-densità tal-merħliet ta’ l-impriżi għandha tiġi kkalkulata billi jiġu meqjusa l-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar u l-għoġġiela li jkunu jinsabu hemm matul is-sena kalendarja in kwestjoni, kif ukoll ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikunu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-premju għall-istess sena kalendarja. In-numru ta’ annimali għandu jiġi maqlub għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III.”.

184. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 1254/1999 jipprevedi li, sabiex jivverifikaw illi n-numru totali tal-bhejjem ikkalkolat jissodisfa l-ħtiġiet tad-densità tal-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kull sena mill-inqas ħames dati ta’ ċensiment tal-bhejjem u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

185. Iċ-ċensiment tal-bhejjem għal dawn id-dati jista’ jsir, fuq għażla tal-Istati Membri, skont wieħed miż-żewġ metodi previsti fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999. skont l-ewwel metodu, L-istat Membru jitlob lill-produttur sabiex jiddikjara abbażi tar-reġistru tar-razzett tiegħu, qabel data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, in-numru ta’ LUs jew in-numru ta' annimali ta’ kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ annimali tal-ifrat msemmija fl-Anness III tar-Regolament Nru 1254/1999 (jiġifieri, minn naħa, dik li tiġbor flimkien l-ifrat maskili u l-erħat li jkollhom iktar minn 24 xahar, il-baqar li jreddgħu u l-baqar tal-ħalib u, min-naħa l-oħra, dik li tiġbor flimkien l-ifrat maskili u l-erħiet minn 6 sa 24 xahar). It-tieni metodu, irriżervat għall-Istati Membri li għandhom database kompjuterizzata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 820/97, tal-21 ta’ April 1997, li jistabbilixxu sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat u dwar l-ittikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 117, p. 1), u jqisu li din id-database tipprovdi garanziji ta’ preċiżjoni suffiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni, li jimplika l-użu ta’ informazzjoni li tinsab f’din id-database sabiex tiddetermina n-numru ta’ LUs.

186. Skont ir-raba’ subparagrafu l-Artikolu 32(3), meta l-Istati Membri jiddeċiedu illi d-dati taċ-ċensiment jistgħu jkunu kull jum tas-sena, jistgħu jipprovdu illi l-kalkolu tal-fattur ta’ densità jsir pro rata temporis tat-taż-żmien li fih il-bhejjem ikunu preżenti fuq l-azjenda.

187. L-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 jipprevedi :

“Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-produtturi l-opportunità li jagħżlu skema ssimplifikata.

F’dan il-każ, il-produttur irid jindika fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna skond iż-‘żona’:

a) li jiddikjara li kien ħares kuljum id-densità massima tal-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament […] Nru 1254/1999 sad-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-« żona » tiegħu,

u

b) li jimpenja ruħu li jikkonforma kuljum mad-densità tal-bhejjem bejn id-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-« żona » tiegħu u l-31 ta’ Diċembru.

[…]

Id-dikjarazzjoni u l-impenn riferiti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-kontroll u tal-penali pprovduti skond is-sistema integrata.

[…]”

Rapport ta’ sinteżi

188. Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet li għandhom ir-referenzi ΑΡ/2003/09a, ΑΡ/2003/11, u ΑΡ/2004/04 ΑΡ/2005/05, il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-Greċja, rispettivament, f’Mejju 2003, f’Settembru 2003, f’Marzu 2004 u f’April 2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 saru rispettivament fl-ittri tad-19 ta’ Settembru 2003, tat-22 ta’ Jannar 2004, tal-5 ta’ Awwissu 2004 u tad-29 ta’ Lulju 2005. Laqgħa bilaterali saret fl-1 ta’ Ottubru 2004 rigward l-ewwel żewġ investigazzjonijiet, fil-11 ta’ Marzu 2005 dwar it-tielet investigazzjoni u s-7 ta’ Ġunju 2006 dwar ir-raba’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Griegi l-minuti ta’ dawn il-laqgħat rispettivament fit-30 ta’ Novembru 2004, it-22 ta’ Ġunju 2005 u t-22 ta’ Settembru 2006. L-awtoritajiet Griegi rrispondew rispettivament fit-28 ta’ Diċembru 2004, fil-21 ta’ Lulju 2005 u fl-20 ta’ Ottubru 2006. Fit-3 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi għall-erba’ investigazzjonijiet.

189. Wara l-opinjoni tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni tat-8 ta’ Jannar 2008 u l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha fis-16 ta’ Ġunju 2008, li hija inkluża fir-rapport ta’ sinteżi.

190. Fl-ewwel, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li, rigward il-primjums tal-baqar, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonstataw nuqqasijiet fil-kontroverifiki u fil-kontrolli fuq il-post.

191. Rigward, minn naħa, il-kontrolli addizzjonali (ara l-punti 169 u 174 hawn fuq), mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li matul is-sena 2002, il-kontrolli addizzjonali kompjuterizzati bejn id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u d-database tat-talbiet għal primjums għall-annimali tal-ifrat kienu użati għall-ewwel darba fil-Greċja bħala kontrolli amministrattivi. Għalkemm dan kien ikkunsidrat bħala progress, l-implementazzjoni ġiet deskritta bħala mhux sodisfaċenti. B’mod partikolari, ġie kkonstatat li l-kriterji ta’ eliġibbiltà bażiċi ma kinux suġġetti ta’ kontrolli addizzjonali fl-2002. Għaldaqstant kien jeżisti r-riskju li l-annimali mhux eliġibbli kienu ġew ikkunsidrati bħala li jistgħu jippretendu ħlas. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonstataw li anomaliji (reġistrazzjoni assenti jew żbaljata fid-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni) eżistew fil-każ ta’ numru kbir ta’ annimali li kienu suġġetti għal talba għal għajnuna. Ġie rrilevat ukoll li l-awtoritajiet Griegi ma setgħux jipprovdu ċifri dwar l-għadd ta’ annimali li fuqhom anomaliji kienu kkonstatati, bil-provi ta’ dokumenti li jiġġustifikaw il-bidla fl-istatus tagħhom. Għaldaqstant jibqa’ riskju li saru tibdiliet mhux ġustifikati fis-sistema, li jwassal għal ħlasijiet eċċessivi.

192. Fir-rigward, min-naħa l-oħra, il-kontrolli fuq il-post, dawn kienu kkunsidrati ta’ kwalità mhux suffiċjenti. B’mod partikolari, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-implementazzjoni ta’ dawn il-kontrolli żvelaw ħafna nuqqasijiet u jindika li ma sarux skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 (ara l-punt 175 hawn fuq). B’hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni semmew in-nuqqas ta’ kontroll tal-annimali li ma kinux is-suġġett ta’ talba għal għajnuna, in-nuqqas ta’ verifika tad-dokumenti ġustifikattivi u ta’ informazzjoni relatata mal-annimali li kienu s-suġġett ta’ talba għal għajnuna matul it-tnax-il xahar qabel il-kontroll, in-nuqqas ta’ kontroll fuq il-post ta’ żamma, il-verifiki mhux suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ kontrolli u tal-istat tal-annimali kkontrollati kif ukoll id-diffikultajiet ta’ tqabbil mar-riżultati ta’ kontrolli preċedenti.

193. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni rrapportaw nuqqas ta’ kontroll fuq il-post ta’ annimali li kien is-suġġett ta’ talba għal primjum għall-qatla. F’dan ir-rigward, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni pproponiet reviżjoni tal-korrezzjoni proposta, billi enfasizza l-valur limitat tal-kontrolli fuq il-post meta hemm kwistjoni ta’ primjums għall-qatla, peress li, għall-ifrat maqtula, il-kontrolli l-iktar importanti huma dawk mwettqa għall-biċċeriji u l-kontrolli ex post tar-reġistri tal-operatur.

194. Madankollu, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha, peress li l-kombinazzjoni ta’ diversi nuqqasijiet kellha impatt fuq il-kontrolli prinċipali li saru għall-primjums kollha tal-anmnimali tal-ifrat, fosthom il-primjum għall-qatla. Skont hija, in-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-post fl-irziezet għall-primjums għall-qatla jirrappreżenta riskju addizzjonali għall-FAEGG fir-rigward ta’ din is-sistema, riskju li ma jistax jiġi kompletament ikkumpensat billi jsiru kontrolli fil-biċċerija u kontrolli amministrattivi (li għandhom isiru xorta waħda fil-kuntest ta’ kwalunkwe sistema tal-primjums għall-qatla, iktar u iktar li l-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji waqt l-investigazzjoni AP/2003/09 kixfet nuqqasijiet sinjifikattivi. Hija ammettiet li l-kontrolli fuq il-post fl-irziezet huma inqas importanti milli għal skemi oħrajn ta’ għajnuna u huma abitwalment imqassra għal kontrolli ta’ dokumenti, li jispjega li r-rata ta’ korrezzjoni għall-primjum għall-qatla ma hijiex ogħla minn dik għall-primjums l-oħra għall-annimali tal-ifrat.

195. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw l-assenza ta’ kontrolli tal-istatus tal-annimali u tal-proporzjon tal-baqar/għoġġiela rigward il-primjum għall-baqar li jreddgħu.

196. Fit-tieni lok, rigward il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni, id-determinazzjoni korretta tal-arja eliġibbli tajba għall-għalf tal-għadd ta’ UGB tar-razzett hija kkunsidrata bħala kontroll prinċipali. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonstataw li s-sistema Griega ta’ kontroll tan-numru ta’ UGB mhux dejjem kienu konformi mal-istandards fl-2002 u fl-2003 (li jirrigwarda l-metodu ta’ kalkolu pro rata temporis ibbażat fuq is-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni jew tas-sistema simplifikata magħmula minn ħames dati ta’ ċensiment), lanqas ma tkopri 100 % tal-applikanti ħames darbiet fis-sena, kif previst mir-Repubblika Ellenika, għalkemm xi progress kien irrilevat fl-2003 minħabba l-użu ikbar tad-database għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni. Is-sitwazzjoni kienet ikkunsidrat li tjiebet xi ftit fl-2003, iżda ebda progress reali ma seta’ jintwera għall-kejl tal-arja tajba għall-għalf eliġibbli għall-perijodu 2002/2003. Fir-rigward tad-determinazzjoni tal UGB, is-servizzi tal-Kummissjoni ddikjaraw li l-Greċja kompliet timplementa sistema alternattiva ta’ kontrolli (probabbilment affettwata min-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli fuq il-post fil-Greċja.

197. Il-Kummissjoni għaldaqstant applikat korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-sena 2002 minħabba nuqqasijiet fil-kontrolli prinċipali li jirrigwardaw il-primjums prinċipali fuq l-annimali tal-ifrat u ta’ 5 % għas-sena 2003, minħabba numru insuffiċjenti ta’ kontrolli fuq l-annimali li ma kinux suġġetti għal talba għal għajnuna u nuqqasijiet ta’ kontrolli fuq il-post, u dan għall-Greċja kollha sa fejn il-problemi ġew osservati f’diversi reġjuni. Għal nuqqasijiet ikkonstatati rigward il-ħlas għall-estensifikazzjoni, korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % ġiet applikata għas-snin 2002 u 2003. Madankollu il-korrezzjonijiet ġew aġġustati sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-korrezzjonijiet diġà applikati fuq l-istess linji baġitarji minħabba ħlasijiet tardivi.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

198. Rigward il-qasam tal-laħam tal-annimali tal-ifrat, ir-Repubblika Ellenika tqajjem is-sitt motiv, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti fuq primjums għall-annimali tal-ifrat u ta’ ħlasijiet għall-estensifikazzjoni kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

199. L-ewwel nett, sa fejn ir-Repubblika Ellenika qajmet l-ilment ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, għandu jiġi rrilevat li dan l-ilment bl-ebda mod ma huwa sostnut u li, fi kwalunkwe każ, skont il-ġurisprudenza ċċitata iktar qabel (ara l-punt 73 hawn fuq), il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tikkonċerna l-korrezzjonijiet relatati mal-qasam tal-annimali tal-ifrat għandha, f’din il-kawża, tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti, peress li r-Repubblika Ellenika kienet involuta mill-qrib fil-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u hija kienet taf ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni qieset li ma għandhiex titfa’ r-responsabbilita’ tal-ħlas tas-somma kontenzjuża fuq il-FAEGGi. Dan l-ilment għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

200. Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-korrezzjonijiet imposti għall-qasam tal-annimali tal-ifrat billi targumenta abbażi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni żbaljati tar-Regolament Nru 1258/1999 u tad-dokument Nru VI/5330/97 kif ukoll ta’ evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Essenzjalment, hija tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-kontrolli, minn naħa waħda, premiums għall-baqar u, min-naħa l-oħra, il-ħlas għall-estensifikazzjoni.

201. Għaldaqstant għandu jiġi eżaminat, f’dan il-każ, jekk ir-Repubblika Ellenika wriet, skont il-ġurisprudenza preċedentement imfakkra (ara l-punt 78 hawn fuq), l-ineżattezza tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Fuq il-kontrolli dwar il-primjums għall-annimali tal-ifrat

– Fuq il-kontrolli doppji

202. Ir-Repubblika Ellenika tammetti li t-twettiq ta’ kontrolli doppji kellu xi problemi tekniċi ta’ inkonsistenza bejn, minn naħa, id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u, min-naħa l-oħra, id-data base ta’ talbiet għal għajnuna għall-annimali tal-ifrat, minħabba l-kumplessità tas-sistema implementata għall-ewwel darba fl-2002. Madankollu hija ssostni li, għall-2003, sar titjib għad-database veterinarja u li kontrolli doppji addizzjonali żdiedu.

203. Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-eżistenza ta’ titjib fl-2003 ma hijiex biżżejjed sabiex jintwera li l-konstatazzjonijiet magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni f’din il-kawża, imqassra fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 191 hawn fuq), huma ineżatti.

204. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-perċentwali ta’ annimali rrifjutati fl-2003 minħabba kontrolli addizzjonali miżjuda mal-kontrolli tal-2002 kienu biss 8.04 %, u dan jikkonferma li l-maġġoranza tal-annimali rrifjutati kien ir-riżultat ta’ kontrolli eżistenti diġà fl-2002.

205. Madankollu, tali argument, li jidher li jikkonferma l-eżistenza ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli preċedenti, ma jistabbilixxix in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

206. Għaldaqstant, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas ta’ ċerti kontrolli prinċipali kienu wasslu għal riskju ta’ ammissjoni għall-ħlas ta’ annimali mhux eliġibbli.

207. Ir-Repubblika Ellenika ssostni, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ riskju għall-FAEGG. Skont hija, meta l-kontrolli doppji saru għas-snin 2004 u 2005, il-kontroll komputerizzat ġie estiż sas-sena 2002 u l-ammonti mħallsa indebitament kienu kkumpensati bir-rimbors tal-għajnuna għas-snin finanzjarji 2004 u 2005.

208. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm il-Kummissjoni għandha l-oneru li tipprova l-eżistenza ta’ ksur tal-liġijiet Komunitarji, meta dan il-ksur jiġi stabbilit, huwa l-Istat Membru li għandu juri, jekk ikun il-każ, li l-Kummissjoni ħadet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji relatati ma’ dak il-ksur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ħsara reali, iżda jkun biżżejjed li ġġib provi serji biżżejjed f’dan is-sens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-5925, punti 38 u 39, u l-ġurisprudenza ċċitata).

209. Issa, f’din il-kawża, mill-elementi tal-proċess ma jirriżultax li r-Repubblika Ellenika stabbilixxiet li l-ammonti mħallsa indebitament kienu rkuprati permezz ta’ kumpens mar-rimbors tal-għajnuna għas-snin finanzjarji 2004 u 2005.

210. Bi tweġiba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ir-Repubblika Ellenika indikat li l-bażi għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet b’rata fissa kien jikkonsisti fi spejjeż iddikjarati mill-Opekepe għal ammont ta’ EUR 182 380 702.09 għall-2002/2003 u li s-somma ta’ EUR 10.8 miljun ma kinitx tnaqqset.

211. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, meta għamlet hekk, ir-Repubblika Ellenika bbażat fuq dak li ġie affermat u bl-ebda mod ma ġġustifikat l-ammont ta’ EUR 10.8 miljun imsemmi. Hija tirreferi f’dan ir-rigward għall-opinjoni tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni. Madankollu, fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Jannar 2008, il-Korp ta’ Konċiljazzjoni indika li l-awtoritajiet Griegi kienu rrappurtati li rkupraw għajnuna mhux dovuta fl-2002/2003 għal EUR 10.8 miljun u li, jekk din l-informazzjoni kienet verifikata u ma kinitx għadha kkunsidrata, dan jiġġustifika konsegwentement aġġustament tal-ammont tal-korrezzjoni. Din l-opinjoni għaldaqstant ma turi bl-ebda mod li dan l-ammont ġie effettivament irkuprat b’kumpens mar-rimbors tal-għajnuna għall-2004 u għall-2005.

212. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat fil-pożizzjoni finali tagħha, wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-irkupru ddikjarat lill-FAEGG mill-awtoritajiet Griegi fil-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Hija żiedet li wħud mill-aspetti għadhom iridu jiġu kkjarifkati, bħall-mod kif is-somom imħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati mingħand operaturi li ma japplikawx għall-għajnuna wara l-2002. Issa, ma jirriżultax mill-proċess li l-awtoritajiet Griegi pprovdew provi iktar konkreti f’dan ir-rigward.

213. Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx, b’sostenn ta’ dokumenti rilevanti, li l-ammonti mħallsa indebitament kienu rkuprati permezz ta’ tpaċija bir-rimbors tal-għajnuna tas-snin finanzjarji 2004 u 2005. Il-mertu tal-premessa bażika tal-argument tagħha, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ riskju għall-FAEGG, għaldaqstant ma huwiex muri.

214. Għaldaqstant, l-argument dwar il-kontroverifiki, li ma huwiex issostanzjat ulterjorment, għandhom jiġu miċħuda.

– Dwar il-kontrolli fuq il-post

215. Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli fuq il-post.

216. L-ewwel nett, mill-elementi tal-proċess jirriżulta li dawn il-kontrolli fuq il-post kienu kkunsidrati bħal li huwa ta’ kwalità insuffiċjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001 għal diversi raġunijiet (ara l-punt 192 iktar ’il fuq).

217. Għaldaqstant, hekk, l-annimali li ma jkunux ġew suġġetti għal talba għal assistenza ma kinux suġġetti għal kontrolli. Issa, tali kontroll huwa previst espressament fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 2419/2001. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-istruzzjonijiet ingħataw f’dan is-sens lill-kontrolluri mill-2002 u li s-sitwazzjoni tjiebet fl-2003 u fl-2004. Madankollu, tali argument ma jistabbilixxix in-natura falza tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

218. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrrilevaw ukoll in-nuqqas ta’ dokumenti ġustifikattivi. Ir-Repubblika Ellenika tinvoka f’dan ir-rigward nuqqasijiet speċifiċi, li ma jistgħux ikunu ġeneralizzati għall-pajjiż kollu, u ssostni li l-kontrolli tat-tieni livell jippermettu li jiġi vverifikat li l-produtturi josservaw l-obbligi tagħhom. Madankollu għandu jiġi osservat li tali argument ma jkunx biżżejjed sabiex ineħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-kwalità tal-kontrolli inkwistjoni.

219. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrilevat in-nuqqas ta’ verifika tal-informazzjoni dwar l-annimali li kien suġġetti għal talba għal għajnuna matul it-tnax-il xahar qabel il-kontroll. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ellenika tirreferi għaċ-ċirkulari relatati mas-sistema ta’ primjums għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fl-2002 u l-2003 mibgħuta lid-direttorati responsabbli mill-kontrolli, fejn hija tenfasizza preċiżament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001. Bl-istess mod, fir-rigward tal-kontrolli fil-post ta’ żamma tal-annimali taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 25(2)(b) tal-imsemmi regolament, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ċ-ċirkulari rilevanti tipprovdi li produtturi jindikaw il-post preċiż tal-istabbli tagħhom u li l-kontroll tal-post tal-annimali huwa żgurat.

220. Madankollu, meta tagħmel dan, ir-Repubblika Ellenika sempliċement ittenni l-argumenti mressqa fil-proċedura kontradittorja, mingħajr ma tibbaża ruħha fuq provi preċiżi u konkreti tal-implementazzjoni preċiżi tal-imsemmija u, għaldaqstant, mingħajr ma tasal li tneħħi d-dubju tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

221. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta d-diffikultajiet ta’ tqabbil mar-riżultati tal-kontrolli preċedenti, minħabba li d-differenzi identifikati fil-bidu ma tantx kienu numerużi. Dan l-argument, madankollu, ma jistabbilixxix il-prova tan-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

222. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-Repubblika Ellenika ma tistabbilixxi ebda natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kwalità insuffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 2419/2001.

223. It-tieni nett, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-primjum għall-qatla, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ssostni li, mill-2002, kontrolli fuq il-post saru fil-biċċeriji, skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 u fi proporzjonijiet ikbar minn dawk rikjesti mit-testi.

224. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-korrezzjonijiet b’rata fissa huma applikati f’din il-kawża għal nuqqasijiet fid-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u għal nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post. Kif tenfasizza l-Kummissjoni, in-nuqqasijiet ikkonstatati qabel dwar id-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontrolli doppji (ara l-punti 202-214 hawn fuq) kif ukoll ta’ kontrolli fuq il-post (ara l-punti 215 sa 222 iktar ’il fuq) jirrigwardaw ukoll il-kontrolli li saru fuq l-annimali suġġetti għal talbiet għal primjum għall-qatla.

225. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kontroll fuq il-post, f’dan il-kuntest, kien ikkunsidrat ta’ tħassib partikolari fir-rigward tal-bdiewa li talbu biss primjums għall-qatla biss, peress li l-kontrolli biss li kienu suġġetti għalihom kienu l-kontrolli doppji, huma stess mhux kompletament operattivi, għall-inqas għas-sena 2002.

226. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet magħmula preċedentement jirrigwardaw il-kontrolli dwar l-għajnuna għall-annimali tal-ifrat japplikaw u huma inklużi fis-suġġett tal-primjum għall-qatla. Il-fatt li l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2419/2001 jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll li jikkonċernaw speċifikament il-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji ma jimplikax l-inapplikabbiltà ta’ verifiki previsti fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali tal-ifrat bl-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament.

227. F’dan il-kuntest, anki jekk, għall-primjum għall-qatla, il-kontrolli ta’ dokumenti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala determinanti, kif enfasizza l-Korp ta’ Konċiljazzjoni u kif ammettiet il-Kummissjoni, dan ma jnaqqas xejn min-nuqqasijiet ikkonstatati f’din il-kawża.

228. Barra minn hekk, il-kontrolli fuq il-post fil-biċċeriji jinkludu wkoll kontrolli fiżiċi, imwettqa permezz ta’ kampjuni, li jirrigwardaw proċeduri għall-qatla implementati fil-jum tal-kontroll fuq il-post, skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 2419/2001.

229. L-argumenti tar-Repubblika Ellenika ma jinvalidawx din il-konklużjoni. Fil-fatt, hija ssostni li l-kontrollur jikkompara t-talba għal qatla, tal-qtil, inklużi l-annimali li għalihom primjum intalab kif ukoll in-numri tat-trade marks preċedenti tagħhom, u r-reġistru tal-operazzjoni sabiex jivverifikaw l-osservanza tal-perjodu ta’ żamma. Hija tippreċiża li, minn ċirkolari tal-2003, il-kontroll tar-reġistru tal-azjenda b’mod ċar hija intiża għall-primjum għall-qatla.

230. Madankollu, dawn l-argumenti ma humiex tali li jneħħu d-dubji espressi mill-Kummissjoni. Mill-elementi tal-proċess jirriżulta wkoll li l-kontrolli mwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni fil-biċċerija li kienet qed topera matul l-investigazzjoni AP/2003/09a rrilevaw nuqqasijiet, li ma ġewx irrifjutati f’din il-kawża.

231. Bl-istess mod, il-fatt li l-kontrolli fil-biċċeriji huma allegatament mwettqa fi proporzjonijiet ikbar minn dawk rikjesti mit-trattati ma jnaqqas xejn min-natura insuffiċjenti tagħhom f’termini kwalitattivi.

232. Huwa għaldaqstant ġustament li l-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-post fl-azjendi għall-primjums għall-qatla jirrappreżentaw riskju addizzjonali għall-FAEGG, riskju li ma setax jiġi kkumpensat totalment mill-kontrolli fil-biċċerija u kontrolli amministrattivi.

233. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argumenti tar-Repubblika Ellenika intiżi li jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-primjums għall-annimali tal-ifrat, inkluż il-primjum għall-qatla, ma jurux in-natura żbaljata tal-korrezzjonijiet applikati f’din il-kawża.

Fuq il-korrezzjonijiet li jirrigwardaw il-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni

234. Skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Nru 1254/1999, il-produtturi ma jistgħux jibbenefikaw mill-ħlas għall-estensifikazzjoni jekk l-impriża tagħhom ma tkunx ikbar minn fattur ta’ densità, stabbilit skont in-numru ta’ LU imqabbel mal-unità ta’ żona tal-mergħa użata għall-għalf tal-annimali miżmuma fl-impriża. Minn dan jirriżulta li l-għoti tal-ħlas għall-estensifikazzjoni jimplika determinazzjoni korretta, minn naħa, taż-żona tal-mergħa u, min-naħa l-oħra, tan-numru u tal-kategorija ta’ annimali fl-impriża.

235. L-ewwel nett, fir-rigward tad-determinazzjoni taż-żoni tal-għalf, ir-Repubblika Ellenika ssostni li teżisti sa mill-2002 infrastruttura kartografika u li hija pprovdiet linji gwida dwar l-eliġibbiltà taż-żoni sa mill-2000, ikkontrollati mill-programm tas-SIĠK. Barra minn hekk, hemm ukoll kontroll fuq il-post.

236. Madankollu, il-Qorti Ġenerali rrileva li mill-provi fil-proċess jirriżulta li l-kontrolli taż-żoni tal-mergħa disponibbli kienu kkunsidrati bħala insuffiċjenti kemm għall-2002 kif ukoll għall-2003. B’hekk, ġie kkonstatat li żoni tal-muntanji kienu ddikjarati b’mod żbaljat bħala żoni tal-mergħa eliġibbli u l-awtoritajiet Griegi ma pproduċewx il-prova ta’ titjib tal-kontrolli f’dan ir-rigward. L-argumenti tar-Repubblika Ellenika, u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ struzzjonijiet ċari għall-kontrolli fuq il-post, ma jistabbilixxu bl-ebda mod in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet magħmula għas-snin inkwistjoni.

237. It-tieni nett, dwar il-kontroll ta’ UGB, għandu jitfakkar li l-Istat Membru jista’ jagħżel, sabiex jivverifika l-osservanza tal-fattur ta’ densità ddefinit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1254/1999 bejn żewġ metodi. L-ewwel hija prevista provduta mill-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999 (ara l-punti 185 u 186 hawn fuq). It-tieni metodu, li jidderoga mill-ewwel wieħed, huwa previst fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 (ara l-punt 187 hawn fuq). Din hija s-sistema ssimplifikata, li tikkonsisti f’dikjarazzjoni u f’impenn tal-produttur sabiex josserva l-fattur ta’ densità massimu. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u ta’ sanzjonijiet previsti mis-sistema integrata (Regolamenti Nru 3508/92 u Nru 2419/2001) japplikaw.

238. F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika ssostni li hija applikat l-metodu tas-sistema ssimplifikata prevista fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999 u li l-produtturi kollha ppreżentaw talba għal għajnuna taħt din is-sistema. Hija żiedet li s-sistema prevista fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999 tirrikjedi biss kontroll tal-għadd ta’ annimali waqt il-kontroll fuq il-post previst mis-sistema integrata u li dawn il-kontrolli kien twettqu fuq ħames perijodi fil-ġimgħa, għax kien impossibbli li jingħaddu f’data waħda. Għall-2003, l-għadd sar permezz tad-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni u dan kopra 100 % tat-talbiet. Skont hija, ma kien hemm ebda riskju ta’ għadd doppju tal-annimali u l-kontroll kienet affidabbli.

239. F’dan ir-rigward, sa fejn ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-applikazzjoni tal-iskema simplifikata tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 2342/1999, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-kontrolli tal-LU huma bbażati fuq il-kontrolli fuq il-post previsti mis-sitema integrata u abbażi ta’ data ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tal-IACS. In-nuqqasijiet irrilevati preċedentement dwar il-kontrolli fuq il-post (ara l-paragrafi 216-222 hawn fuq) u l-anomaliji rrilevati fir-rapport ta’ sinteżi li jirrigwarda d-database ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni punt 191 setgħu għaldaqstant jaffettwaw il-kontrolli tal-LU.

240. Barra minn hekk, sa fejn ir-Repubblika Ellenika tinvoka argumenti li jikkonċernaw is-sistema tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999, l-argumenti tagħha għandhom jiġi miċħuda. Fil-fatt, hija ssostni li stabbilixxiet ħames darbiet fil-ġimgħa għal raġunijiet prattiċi marbuta man-natura estensiva tat-trobbija fil-Greċja. Issa, din is-sistema ma tikkonformax mas-sistema “normali” prevista mill-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 2342/1999, peress li ma hijiex ibbażata fuq ħames perijodi ta’ għadd fuq il-post ta’ tul ta’ ġimgħa kull wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-344/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 94).

241. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitwarrab kwalunkwe argument tar-Repubblika Ellenika intiż sabiex isostni u juri li l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tal-fattur ta’ densità prevista mil-leġiżlazzjoni Komunitarja tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi fil-Greċja. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita ferm jirriżulta li Stat Membru ma jistax jinvoka diffikultajiet prattiċi biex jiġġustifika n-nuqqas li jiġu implementati kontrolli xierqa previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Frar 1991, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-28/89, Ġabra p. 581, punt 18, u s-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2011, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 240 hawn fuq, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata).

242. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha dritt tikkonkludi li l-kontrolli dwar il-pagamenti għall-estensifikazzjoni ma jipprovdux garanzija suffiċjenti ta’ affidabbiltà. Il-konstatazzjoni ta’ titjib osservat fl-2003 minħabba żieda fl-użu ta’ kontrolli doppji awtomatizzati fuq id-data ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni, irrilevata mill-Kummissjoni, kienet ikkunsidrata bħala insuffiċjenti sabiex tiġġustifika li ssir distinzjoni bejn l-2002 u l-2003 u l-argumenti tar-Repubblika Ellenika, diġà mressqa fil-proċedura kontradittorja, ma tinvalidax din il-konklużjoni.

243. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni, ġustament, kellha dubju raġonevoli u serju dwar l-osservanza mir-Repubblika Ellenika tal-obbligi tagħha dwar kontroll tat-talbiet għall-ħlas għall-estensifikazzjoni magħmula għas-snin 2002 u 2003.

244. Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet aqpplikabbli jew fuq premessa żbaljata tal-fatti. Is-sitt motiv, dwar il-primjums tal-annimali tal-ifrat u l-ħlasijiet għall-estensifikazzjoni, għaldaqstant għandhom jiġi miċħuda.

5. Fuq id-disa’ motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikabbli fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

245. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fl-oqsma tax-xaħmijiet ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE, tat-22 ta’ Settembru 1966, dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 77).

246. L-Artikolu 5 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Soċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol.23, p. 308) jistabbilixxi għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa li hija maħsuba biex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ qligħ ekwu għall-produtturi. L-għajnuna tingħata lill-produtturi bbażati fuq l-ammont ta’ żejt taż-żebbuġa attwalment prodott.

247. L-Artikolu 11a tal-imsemmi regolament, kif emendat, jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippenalizzaw ksur tal-iskema ta’ għajnuna prevista fl-Artikolu 5. Fil-każ ta’ ksur irrappurtat mill-aġenziji ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fi żmien tnax-il xahar mill-irappurtar u jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Fuq il-fajls kompjuterizzati

248. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84, tas-17 ta’ Lulju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 94) jimponi obbligu fuq kull Stat Membru produttur li jifformula u jaġġorna fajls permanenti kkompjuterizzati ta’ tagħrif dwar il-produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa.

249. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 2261/84 jipprevedi : 

“Dawn il-files għandu jkun fihom ta’ l-anqas it-tagħrif li ġej :

a) għal kull produttur taż-żebbuġ u għal kull sena ta’ bejgħ li għaliha jkun għamel applikazzjoni għal għajnuna :

– it-tagħrif li jkun hemm fid-dikjarazzjoni dwar il-kultivazzjoni kif hemm provdut fl-Artikolu 3,

– il-kwantitajiet ta’ żejt prodotti li għalihom tkun saret applikazzjoni għal għajnuna għall-produzzjoni u l-kwantitajiet li għalihom tkun titħallas għajnuna,

– it-tagħrif li jirriżulta mill-verifiki fuq il-post magħmula fuq il-produttur taż-żebbuġ;

b) għal organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, it-tagħrif kollu meħtieġ biex ikunu verifikati l-attivitajiet tagħhom b’konnessjoni mas-sistema preżenti ta’ għajnuna kif ukoll ir-riżultati tal-verifiki magħmula mill-Istati Membri;

c) għall-imtieħen taż-żejt u għal kull sena ta’ bejgħ it-tagħrif li jidher fir-reġistri tal-ħażna, tagħrif dwar it-tagħmir tekniku u l-kapaċità ta’ l-ippressar u r-riżultati tal-verifiki magħmula skond dan ir-Regolament;

d) l-ammont annwali indikattivi ta’ ġbir għal kull żona omoġenea ta’ produzzjoni.”

250. L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 tat-30 ta’ Ottubru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tal-marketing 1998/99, sa 2004/2005 (ĠU L 293, p. 50), kif emendat jipprovdi:

“1. Il-files permanenti kompjuterizzati tat-tagħrif tal-produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament [(KEE)] Nru 2261/84 għandhom jinkludu:

a_ id-database alfanumerika u d-database bir-referenza grafika tas-SIĠ tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ stipulati fl-Artikoli 23 u 24 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 25 ;

b) il-files tat-tħawwil ġdid li jkun fihom l-informazzjoni riferita fl-Artikolu 5 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 29;

ċ) il-files ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkollhom l-informazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament […] Nru 2261/84;

d) il-files ta’ l-imtieħen li jkun fihom informazzjoni fuq il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7, ir-reġistri tal-ħażniet stipulati fl-Artikolu 8 u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fl-Artikolu 30;

e) il-files taż-żoni ta’ produzzjoni omoġeneja li jkun fihom l-informazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 6.

2. Il-files li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tad-database bir-referenza grafika, għandhom jippermettu mill-anqas li t-tagħrif tas-sena kurrenti tal-marketing u ta’ l-erba’ snin li jiġu qabel jiġu kkonsultati direttament u immedjatament […]

L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu files deċentralizzati jekk dawn ta’ l-aħħar ikunu ta’ disinn omoġeneju, ikunu kumpatibbli ma’ xulxin u jkunu aċċessibbli ċentralment fl-aġenzija tal-ħlas u l-aġenzija tal-kontroll. Il-GIS tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ għandha tkun kompatibbli ma’ dawk tas-sistema integrata.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-produtturi taż-żebbuġ, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-imtieħen u ż-żoni ta’ produzzjoni omoġeneja għandu jew jiġi assenjat lill-persuni individwali jew lill-korpi kkonċernati darba għal dejjem jew awtomatikament konvertibbli biex jiġi permess il-ġbir u t-tfittxijiet fuq il-ħames snin tal-marketing riferiti fl-ewwel subparagrafu li jitwettqu immedjatament.

Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli li jridu jitwettqu, b’mod partikolari l-kontrolli kontrapposti bejn il-files, u r-riżultati li għandhom jiġu nnotifikati, il-files għandu jkun fihom arkivji tat-tagħrif storiku disponibbli għas-snin tal-marketing li jiġu qabel dawk riferiti fl-ewwel subparagrafu u, mill-31 ta’ Ottubru 2001 l-aktar tard, għandhom jippermettu li l-informazzjoni li tkun tinsab fihom:

– tkun awtomatikament miġbura fil-livelli reġjonali u f’dak ta’ l-Istati Membri,

– tkun awtomatikament imqabbla bejn il-files.”

F uq ir-reġistru tal-kultivazzzjoni taż-żebbuġ

251. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75, tal-21 ta’ Jannar 1975, dwar it-twaqqif ta’ reġistru tat-tkabbir taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 2, p. 64)), jimponi fuq l-Istati Membri kkonċernati l-obbligu li jistabbilixxu reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fuq l-impriżi kollha agrikoli li jinsabu fit-territorju tagħhom.

252. Ir-Regolament Nru 1638/98, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1513/2001, tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 308), jipprovdi, fl-Artikolu 2(1) sa (3):

“1. Minkejja r-Regolament (KEE) […] Nru 154/75, ix-xogħol fuq ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ matul is-snin tas-suq 1998/99 sa 2000/01 għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta’, l-aġġornament u użu ta’ sistema ta’ l-informazzjoni ġeografika (GIS).

Il-GIS għandha tkun maħluqa bl-użu ta’ dettalji mir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ. Dettalji addizzjonali għandhom ikunu pprovduti mid-dikjarazzjonijiet tat-tkabbir mhemuża ma’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L-informazzjoni fil-GIS għandha tkun pożizzjonata ġeografikament bl-użu ta’ ritratti kompjuterizzati meħuda mill-ajru.

2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tat-tkabbir tkun tikkorrispondi għall-informazzjoni fil-GIS. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx tikkorrispondi, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki u l-kontrolli fuq il-post.

[…]

3. Jekk, matul il-verifiki u l-kontrolli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2, l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni tat-tkabbir ma tinstabx korretta, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam man-numru ta’ siġar taż-żebbuġ, l-Istati Membri għandhom japplikaw, għal sena tas-suq waħda jew aktar, u skond id-daqs tad-diskrepanzi misjuba:

– tnaqqis fil-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa eliġibbli għall-għajnuna, jew

– l-esklużjoni tas-siġar taż-żebbuġ ikkonċernati mill-eliġibbiltà għall-għajnuna,

skond ir-regoli u l-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni.”

253. L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru2366/98 jipprovdi, essenzjalment, li, -fir-reġjuni fejn is-SIĠ tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma jkunx għadu ġie lest, il-perċentwali tat-total tad-dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li huma suġġetti għal kontrolli fuq il-post huwa ta’ 10 % għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2000/2001 sa 2002/2003.

Fuq id-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni u l-kontrolli

254. L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi li għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna għall-produzzjoni, kull produttur taż-żebbuġ għandu jippreżenta, qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, dikjarazzjoni tal-ħsad li jkopru s-siġar taż-żebbuġ tagħhom fil-produzzjoni u d-dettalji tal-imsaġar taż-żebbuġ li jkunu jamministraw fl-1 ta’ Novembru tas-sena li għaliha jikkorrispondu d-dikjarazzjonijiet.

255. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2366/98 :

[…] id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad għandhom jinkludu ta’ l-anqas:

a) il-kunjom, l-ismijiet u l-indirizz tal-produttur taż-żebbuġ;

b) il-pożizzjoni jew il-pożizzjonijiet tar-raba’;

ċ) in-numru totali ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, inklużi s-siġar taż-żebbuġ imxerrdin;

d) ir-referenzi tar-reġistru ta’ l-artijiet tal-biċċiet ta’ art għat-tkabbir taż-żebbuġ tar-raba’ jew, fejn ma jkunx inżamm reġistru ta’ l-artijiet, deskrizzjoni sħiħa tar-raba’ u tal-biċċiet ta’ art għat-tkabbir taż-żebbuġ;

e) għal kull biċċa art għat-tkabbir taż-żebbuġ: in-numru ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, il-varjetà prinċipali, u dettalji ta’ kull irrigazzjoni jew koltivazzjonijiet assoċjati li jkun hemm.”

256. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi :

“Sabiex tikkostitwixxi bażi għall-ħlas ta’ l-għajnuna lill-produtturi taż-żebbuġ taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet fis-seħħ sa mill-1 ta’ Novembru 2001, is-siġar taż-żebbuġ addizzjonali mħawla wara l-1 ta’ Mejju 1998 […] għandhom jiġu identifikati ġeografikament u inklużi fi programm nazzjonali jew reġjonali approvat mill-Kummissjoni taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru […].

Is-siġar taż-żebbuġ għandhom jitqiesu li huma ġeografikament identifikati fejn jidru fid-database bir-referenza grafika stipulat fl-Artikolu 24 jew, jekk le, fejn l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ikollha informazzjoni kartografika li tippermetti li s-siġar jiġu lokati.”

257. L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi:

“Matul il-kontrolli fuq il-post, l-informazzjoni kollha fuq id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu vverifikati, u b’mod partikolari:

– il-pożizzjoni ta’ kull biċċa art u n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ li jkun hemm fiha,

– id-destinazzjoni taż-żejt fil-każ li għalih issir referenza fl-Artikolu 10(1),

– il-konsistenza bejn is-siġar taż-żebbuġ fil-proprjetajiet agrikoli u l-kwantità ta’ żejt kopert mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jispeċifikaw kwantità inkosistenti ta’ żejt għandhom jiġu rrifjutati.”

Fuq l-imtieħen

258. Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 2366/98, l-Istati Membru jipprovdu, sa mis-sena 1998/1999, iż-żamma għar-reġistri tal-ħażniet marbuta mal-kontijiet finanzjarji. L-Artikolu 8(d) tal-imsemmi regolament jipprevedi sistema ta’ kontrolli dwar il-kwantitajiet ta’ żebbuġ ippressat, il-kwantitajiet ta’ żejt u ilbieba miksuba, l-istokkijiet ta’ żejt preżenti u l-konsum tal-kurrent elettriku.

259. Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 2366/98, l-Istati Membru jipprevedu, sa mis-sena 1998/99, kontrolli fil-fond tal-konsistenza tal-informazzjoni u t-tagħrif mogħti għall-imtieħen. Il-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni jipprevedi li dak li jfisser dan il-kontroll fil-fond.

260. L-Artikolu 9a tar-Regolament Nru 2366/98 jipprevedi s-sanzjonijiet (l-irtirar tal-approvazzjoni, sanzjonijiet finanzjarji jew oħrajn) fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mill-imtieħen tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 13(1) tal-imsemmi Regolament, kif speċifikat fl-Artikoli 7, 8 u 9 tal-istess regolament

Rapport ta’ sinteżi

261. Fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet li għandhom ir-referenzi OT/2004/02/GR u OT/2004/05/GR, il-Kummissjoni wettqet verifiki fuq l-għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, rispettivament mis-16 sal-20 ta’ Frar 2004 fid-distretti ta’ Lakonia (il-Greċja) u Messinia (il-Greċja) mid-29 ta’ Novembru sat-3 ta’ Diċembru 2004 fid-distretti ta’ Iraklion (il-Greċja) u f’Rethymno (il-Greċja). L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 ġew ifformulati rispettivament f’żewġ ittri tas-17 ta’ Novembru 2004 u tas-7 ta’ Novembru 2005. Ir-Repubblika Ellenika fformulat osservazzjonijiet fid-9 ta’ Marzu u fil-21 ta’ Novembru 2005. Saret laqgħa bilaterali bejn ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2005 dwar l-ewwel investigazzjoni u fit-22 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tieni investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Griegi l-minuti ta’ dawn iż-żewġ laqgħat fis-17 ta’ Frar u fit-13 ta’ Settembru 2006. L-awtoritajiet Griegi wieġbu fl-20 ta’ Marzu u fis-26 Ottubru 2006. Fl-10 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Griegi għaż-żewġ investigazzjonijiet. Fil-11 ta’ Ottubru 2007, l-awtoritajiet Griegi fformulaw it-talba tagħhom għal konċiljazzjoni u bagħtu lill-Kummissjoni data dwar it-tqassim fis-sens tal-ispejjeż ddikjarati fl-2006, li l-Kummissjoni ħadithom inkunsiderazzjoni fil-pożizzjoni finali tagħha, ikkomunikata lill-imsemmija awtoritajiet fis-6 ta’ Awwissu 2008, wara l-opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni tat-12 ta’ Frar 2008.

262. Fir-rapport ta’ sinteżi, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw in-natura mhux operazzjonali tal-fajls tal-kompjuter, in-nuqqas ta’ reġistru tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ, in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ tkabbir, nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u l-kontrolli fuq l-imtieħen kif ukoll li ma ttiħdux is-sanzjonijiet proposti mill-aġenzija ta’ kontroll tal-għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa (iktar ’il quddiem l-“AYMEEE”). Dawn in-nuqqasijiet fl-implementazzjoni tal-kontrolli prinċipali kif ukoll in-nuqqasijiet fil-kontrolli sekondarji (dewmien twil wisq għat-teġid ta’ deċiżjoni dwar ta’ sanzjonijiet dwar l-imtieħen, nuqqas ta’ kontrolli addizzjonali taż-żebbuġ, nuqqas ta’ applikazzjoni tat-tnaqqis tar-rata fissa, nuqqas ta’ sorveljanza mill- aġenzija tal-ħlas) kienu kkunsidrati bħala li jiġġustifikaw il-korrezzjonijiet b’rata fissa imposti.

263. L-ewwel nett, dwar in-natura mhux operattiv tal-fajls tal-kompjuter, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw li l-fajls tal-kompjuter jeżistu f’diversi korpi, iżda dawn ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji previsti fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, meta dawn ma jippermettux li jiġu kkonsultati b’mod dirett u immedjat id-data relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni korrenti u mal-aħħar erba’ snin, f’din il-kawża 1998/1999 sa 2002/2003. Huma fakkru li l-fajls jista’ jiġu deċentralizzati sakemm ikunu kompatibbli bejniethom u aċċessibbli b’mod ċentralizzat fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas u tal-aġenzija ta’ kontroll (Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98). Issa, ma ntweriex li l-Opekepe għandha effettivament aċċess ċentralizzat. Barra minn hekk, id-data hija deċentralizzata fil-livell ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi mingħajr ma tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn is-sistemi differenti.

264. Barra minn hekk, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrilevaw li l-fajls ma fihomx l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 16(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 2261/84 (ma hemmx fajls tal-kompjuter għal plottijiet li jinkludi s-sit u n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’kull plott) u għandhom inkonsistenzi. Bl-istess mod, id-data fuq l-imtieħen kienet kkunsidrata bħala insuffiċjenti (hemm kontijiet biss l-imtieħen ikkontrollati) u ma tippermettix li ssir analiżi ċentralizzata tal-profitt taż-żejt/siġar taż-żebbuġ pereżempju.

265. Fir-rigward tal-kontrolli inkroċjati, wara l-laqgħa bilaterali tal-15 ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Griegi pprovdew, fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Marzu 2006, ir-riżultati tal-kontroverifiki bejn il-fajls tal-kompjuter. Madankollu, din id-data ġiet ikkunsidrata bħala insuffiċjenti. Fil-fatt, id-dipartimenti tal-Kummissjoni rrielvaw b’mod partikolari li, minħabba n-nuqqas ta’ bażi ċentralizzata ta’ plottijiet agrikoli sas-sena 2001/2002, id-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni 2002/2003 użati għall-ħlas tal-għajnuna kienu dawk tas-snin ta’ qabel u għaldaqstant kienu jinkludu indikjazzjoni impreċiża wisq tal-plottijiet ikkonċernati. Il-kontrolli nkorċjati għaldaqstant ma setgħux isiru bejn id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad taż-żebbuġ, u lanqas bid-dikjarazzjonijiet ta’ żoni li saru fil-kuntest ta’ skemi oħra ta’ għajnuna. Barra minn hekk, il-kontrolli nkroċjati bejn id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad 2002/2003 u d-dikjarazzjonijiet tal-ħsad għall-kostituzzjoni ta’ SIĠ taż-żebbuġ li saru fl-2003 kienu saru mill-awtoritajiet Griegi tardivament fl-2004/2005 u jikkonċernaw għall-2002/2003 parti biss tal-produtturi. Barra minn hekk, il-konstatazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ammont ikbar milli hemm ta’ siġar taż-żebbuġ, li rriżultat fl-esklużjoni tal-għajnuna Komunitarja ta’ 773 produttur, ma hijiex ir-riżultat ta’ kontroverifiki, iżda tikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet previsti f’dan il-qasam mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 2366/98. Fl-aħħar nett, ir-riżultati ta’ kontrolli ta’ ċerti anomaliji ċerti ma ġewx ipprovduti għall-2002/2003.

266. L-awtoritajiet Griegi indikaw lill-Korp ta’ Konċiljazzjoni li l-Opekepe kellha aċċess ċentralizzat għall-fajls tal-kompjuter tal-ħlasijiet ta’ għajnuna u għar-riżultati tal-kontroverifiki u li l AYMEEE żammet id-data relatata mal-imtieħen kollha. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan ma kienx biżżejjed sabiex tiżgura l-kompatibilità tas-sistema Griega mad-definizzjoni ta’ fajls tal-kompjuter skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, li jirrikjedu kontijiet dwar l-imtieħen kollha l-imtieħen u mhux biss l-imtieħen kkontrollati u tirrikjedi, għal kull koltivatur, id-dettalji tal-elementi tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni l-kwantitajiet ta’ żejt prodotta u mħallsa kif ukoll ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post.

267. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika hija kkritikata li ma osservatx l-obbligu li tistabbilixxi reġistru tal-operazzjonijiet ta’ kultivazzjoni taż-żebbuġ u bdiet taħdem fuq xogħlijiet ta’ kostituzzjoni ta’ SIG taż-żebbuġa tardivament (użu sħiħ mis-sena 2003/2004).

268. It-tielet nett, id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad ġew ikkunsidrati bħala mhux affidabbli. Ir-rapport ta’ sinteżi jikkonstata n-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ plottijiet u ta’ reġistru tal-artijiet katast (konfini bejn plottijiet spiss neqsin, plottijiet maħduma minn diversi produtturi, plottijiet xi kultant magħmula minn artijiet imbiegħda minn xulxin, l-isem ta’ plott kbir jista’ jintuża għal plotttijiet diversi minn diversi bdiewa), li jagħmel l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet ta’ ħsad mhux preċiża, kemm dwar il-post fejn jinsabu kif ukoll l-identifikazzjoni tal-plottijiet. Hemm ukoll nuqqasijiet oħra rrilevati fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni (nuqqas ta’ indikazzjoni tad-data ta’ tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ, informazzjoni dwar l-irrigazzjoni ma taqbilx mar-realtà fuq l-art u mhux sfruttata għall-kontrolli ta’ profitt, numru ta’ siġar produttivi dejjem ugwali għat-total ta’ siġar iddikjarati, li huwa improbabbli ħafna). Fl-2002 u fl-2003, il-plottijiet taż-żebbuġ ma kinux identifikati f’format kompatibbli mas-Sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ plottijiet agrikoli (SIPA) li kienu qed jinbnew.

269. Ir-raba’ nett, il-kontroll fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni kienet ikkunsidrata bħala li kellha nuqqasijiet. Ir-rapport ta’ sinteżi jirrileva li, fin-nuqqas ta’ SIG taż-żebbuġ operazzjonali fl-2002 u fl-2003, il-kontrolli alternattivi japplikaw, skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament Nru 2366/98. Ġie kkonstatat li r-rati ta’ kontroll minimu ma ġewx osservati fil-livell nazzjonali u li l-kontrolli fuq il-post ma kinux konformi mar-rekwiżiti f’dan il-qasam (istruzzjonijiet li jipprevedu biss il-verifika tal-post u tan-numru ta’ siġar taż-żebbuġ f’kull plott, verifiki li huma ftit wisq tal-koerenza tal-profitt, ebda traċċabbiltà ta’ kontrolli, attitudni eteroġenja tal-kontrolluri lejn is-siġar taż-żebbuġ mhux produttivi) għas-sena 2002/2003. Huwa ppreċiżat li l-awtoritajiet Griegi integraw dawn l-elementi fl-istruzzjonijiet applikabbli għall-kontrolluri applikabbli mis-sena 2004.

270. Il-ħames nett, il-kontrolli tal-imtieħen kienu wkoll ikkunsidrati bħala insuffiċjenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni rrilevaw in-nuqqas ta’ rabta bejn il-kontabbiltà tal-istokk u l-kontabbiltà finanzjarja. Huma enfasizzaw ukoll id-diffikultà li jitwettqu kontrolli tal-prova ta’ koerenza sabiex tiġi żgurata n-nuqqas ta’ sovravalutazzjoni fittizja tal-kwantitajiet prodotti, minħabba n-natura familjari tal-persunal, peress li s-servizzi ta’ inventarju spiss huma mħallsa biż-żejt stokks u n-nuqqas ta’ arloġġ tad-dawl. Il-kontroll tad-dħul mill-bejgħ u tal-istokk inklużi fid-dikjarazzjonijiet fiskali, li jippermetti li l-kontrolli jkunu affidabbli, ma kienx sar.

271. Is-sitt nett, fir-rigward tas-segwitu ta’ sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE, ir-rapport ta’ sinteżi jirrileva li mill-konstatazzjonijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tal-approvazzjoni ma kienx hemm segwitu b’effetti, li jagħmel mhux operattiv il-kontroll tal-imtieħen. Wara s-smigħ tagħhom mill-Korp ta’ Konċiljazzjoni, l-awtoritajiet Griegi pprovdew data sintetika dwar ir-riżultati ta’ kontrolli fuq l-imtieħen tas-sena 2002/2003. Madankollu, skont il-Kummissjoni, din id-data ma taqbulx mad-data li tirriżulta mil-lista ddettaljata pprovduta mill-AYMEEE fl-2006. La l-għadd totali ta’ mtieħen ikkontrollati u lanqas in-numru ta’ mtieħen ssanzjonati li rċevew twissija jew multa ma’ jikkorrispondu. Id-data hija sintetika wisq, ma huwiex possibbli li tkun taf minn fejn ġejja d-differenza. Barra minn hekk, din id-data tindikaw li imtieħen ġew issanzjonati, mingħajr ma jissemmew il-proposti inizjali tal-AYMEEE jew id-data ta’ applikazzjoni ta’ sanzjonijiet. Issa, l-ilmenti tal-Kummissjoni jirrigwardaw prinċipalment il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ u t-tnaqqis tal-livell tas-sanzjonijiet imqabbel mal-proposti inizjali.

272. Peress li dawn in-nuqqasijiet ikkonstatati rigward kontrolli prinċipali għas-sena 2002/2003 diġà ġew irrappurtati waqt investigazzjonijiet preċedenti u kienu s-suġġett ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għall-perjodu 1999/2000 sa 2001/2002, ir-rata ta’ korrezzjoni kienet żdiedet għal 15 % skont il-prinċipju ta’ rikorrenza għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

273. Fir-rigward tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, ir-Repubblika Ellenika tqajjem id-disa’ motiv, ibbażat fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti, fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fuq in-natura allegatament żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti.

274. Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-motivi li għalihom ġew imposti korrezzjonijiet, jiġifieri n-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter, in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, il-nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, in-nuqqasijiet fil-kontrolli fuq l-imtieħen u s-segwitu insuffiċjenti tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE.

275. Għandu jiġi kkunsidrat, f’din il-kawża, jekk ir-Repubblika Ellenika wriet, skont il-ġurisprudenza preċedentement imfakkra (ara l-punt 78 hawn fuq), l-ineżattezza tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni.

– Fuq in-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter

276. Ir-Repubblika Ellenika ssemmi d-databases eżistenti fi ħdan kull kull dipartiment nazzjonali skont l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Hija tiddikjara li pproduċiet il-prova li l-fajls fihom l-informazzjoni kollha rikjesta mid-dispożizzjonijiet applikabbli u ssostni li l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 ma jimponix li l-fajls kollha jkunu ċentralizzati. Hija żżid li, mill-perijodu ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003, Opekepe għandha aċċess ċentralizzat għall-fajls tal-kompjuter.

277. Għandu jitfakkar li l-fajls tal-kompjuter għandu jkollhom ċerta informazzjoni. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98, meta jkunu deċentralizzati, dawn il-fajls għandhom ikunu omoġenji, kompatibbli u aċċessibbli b’mod ċentralizzat fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas u tal-aġenzija ta’ kontroll. Barra minn hekk, skont l-ewwel subparagrafu tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, il-fajls għandhom jippermettu li tiġi kkonsultata b’mod dirett u immedjat d-data dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti u l-aħħar erba’ snin (ara l-punt 250 iktar ’il fuq).

278. F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika semmiet id-databases differenti Griegi kkonċernati fid-dipartimenti differenti. Meta tagħmel dan, madankollu, ma tistabbilixxi bl-ebda mod li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni huma ineżatti, b’mod partikolari fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-fajls. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma kkritikatx lir-Repubblika Ellenika li żammet dawn il-fajls b’mod deċentralizzat, iżda kkontestat il-kompatibbiltà bejn is-sistemi differenti, mingħajr ma ntweriet in-natura żbaljata ta’ din il-konstatazzjoni f’din il-kawża. Lanqas mill-elementi tal-fajl li l-prova tal-aċċess ċentralizzat tal-Opekepe għall-fajls tal-kompjuter ġiet OPEKEPE ngħatat għas-sena 2002/2003 inkwistjoni.

279. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat ukoll in-natura inkompleta tal-fajls tal-kompjuter u l-fatt li dawn ma jippermettux li tiġi kkonsultata b’mod dirett u immedjat id-data dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti l-aħħar erba’ snin , f’dan il-każ is-snin 1998/1999 sa 2002/2003 (ara l-punt 263 hawn fuq), kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 2366/98.

280. Bl-istess mod, kif il-Kummissjoni enfasizzat, l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2261/84 (ara l-punt 249 hawn fuq) jirrkjedi kontabbiltà ta’ stokk tal-imtieħen kollha u l-imtieħen u mhux biss tal-imtieħen ikkontrollati u, għal kull min ikabbar iż-żebbuġ, l-elementi dettaljati tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni u tal-kwantitajiet ta’ żejt prodotti u mħallsa u r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post, li jimplika b’mod partikolari fajls tal-kompjuter ta’ plottijiet suffiċjentement kompleti u kontabbiltà tal-istokk tal-imtieħen kollha, li f’dan il-każ hija nieqsa.

281. Ir-Repubblika Ellenika ssostni wkoll li kontroverifiki seħħew. għandu jiġi rrilevat li, bħala riżultat ta’ informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Griegi fl-ittra tagħhom tal-20 Marzu 2006 u l-kjarifiki mogħtija matul il-laqgħa bilaterali tat-22 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni setgħet ikkonstatat l-eżistenza ta’ kontroverifiki.

282. Fl-aħħar nett, din il-konklużjoni ma hija invalidata bl-ebda mod mill-argument tar-Repubblika Ellenika li l-Kummissjoni stess irrikonoxxiet titjib.

283. Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx li l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu żbaljati rigward in-natura mhux operattiva tal-fajls tal-kompjuter u dan l-ilment għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqas ta’ tlestija tar-reġistru taż-żebbuġ

284. Ir-Repubblika Ellenika tfakkar il-kuntest regolatorju tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ u tal-GIS tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ. Hija ssostni li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1638/98, ix-xogħlijiet fuq ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ser ikun riorjentati lejn il-kostituzzjoni ta’ GIS. Hija ssostni li l-kontrolli li saru (amministrattivi, fuq il-post, fl-imtieħen, eċċ.) fuq 10 % tal-produtturi, skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament Nru 2366/98, għenu sabiex jiġi kkumpensat il-fatt li r-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma kienx lest.

285. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tirrileva li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax in-nuqqas ta’ stabbiliment tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ għas-sena 2002/2003 inkwistjoni.

286. Sussegwentement, l-obbligu li x-xogħlijiet dwar ir-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ jiġu orjentati għall-kostituzzjoni, l-aġġornament u l-użu ta’ GIS, li jirriżultaw b’mod partikolari mir-Regolament Nru 1638/98 (ara l-punt 252 hawn fuq), jikkompleta biss l-obbligu li jiġi stabbilit tali reġistru, li għandhom il-produtturi skont ir-Regolament Nru 154/75. Fil-fatt, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1638/98 jirriżulta li SIG hija stabbilita fuq il-bażi ta’ data tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-387/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 63, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 94).

287. Fir-rigward ta’ SIG tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-awtoritajiet Griegi nfushom ikkunsidraw li s-SIG tagħhom ma kinitx lesta għas-sena 2003/2004, li jimplika li ma kienx lest għas-sena 2002/2003 inkwistjoni f’din il-kawża.

288. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li kontrolli saru (kontrolli amministrattivi, fuq il-post, fl-imtieħen), sabiex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98.

289. Madankollu, għandu jitfakkar li ż-żieda fin-numru ta’ kontrolli prevista fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98 fir-rigward tar-reġjuni li għalihom il-kostituzzjoni ta’ SIG tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ma tlestietx, hija maħsuba sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta’ data li din is-sistema tkun tista’ tipprovdi, bħalma huma r-ritratti mill-ajru, iżda ma tissostitwixxix id-data li għandha tkun diġà disponibbli (sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 286 iktar ’il fuq, punt 65, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 95).

290. Ir-Repubblika Ellenika ma turix għaldaqstant in-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ u dan l-ilment għandu konsegwentement jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni

291. Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-identifikazzjoni ta’ plottijiet li saret fil-kuntest ta’ dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni. Hija ssostni li kull plott hija identifikata permezz ta’ numru u li, sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli fuq il-post, il-produtturi jiddelimitaw il-plottijiet u jimmarkaw is-siġar li jdawruhom. Bl-istess mod, ikun possibbli li tiġi vverifikata d-data li fiha s-siġar taż-żebbuġ inżergħu wara l-1 ta’ Mejju 1998, anki wara ħames sa sitt snin.

292. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li d-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni, neċessarja għat-talba għal għajnuna, għandha tinkludi, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2366/1998, b’mod partikolari r-referenzi tar-reġistru tal-artijiet tal-plottijiet taż-żebbuġ tal-impriża jew, fin-nuqqas ta’ reġistru tal-artijiet, deskrizzjoni komprensiva tal-impriża u tal-plottijiet taż-żebbuġ, u għal kull plott taż-żebbuġ, in-numru ta’ siġar taż-żebbuġ fil-produzzjoni, il-varjetà dominanti kif ukoll l-eżistenza ta’ irrigazzjoni jew ta’ kultivazzjonijiet assoċjati. Bl-istess mod, l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament jipprovdi li, sabiex tkun il-bażi għal għajnuna, is-siġar taż-żebbuġ supplimentari mħawla wara l-1 ta’ Mejju 1998 għandhom jiġu identifikati ġeografikament.

293. F’din il-kawża, mill-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni għandhom, għas-sena inkwistjoni, ħafna nuqqasijiet, deskritti fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 268 hawn fuq). Issa, id-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika ma jistabbilixxux in-natura żbaljata ta’ dawn il-konstatazzjonijiet. B’mod partikolari, l-ineżattezza tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, kemm dwar il-post fejn issir jew dwar l-identifikazzjoni tal-plottijiet, ma hijiex ikkontestata mill-argumenti tar-Repubblika Ellenika. Dan jgħodd ukoll dwar in-nuqqasijiet l-oħra rrilevati fid-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni marbuta mas-siġar taż-żebbuġ. Fl-aħħar nett, kif tenfasizza l-Kummissjoni, fl-2002 u fl-2003, il-plottijiet taż-żebbuġ ma ġewx identifikati f’format kompatibbli mas-SIPA li qed jinħoloq, li ma huwiex ikkontestat bħala tali.

294. Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika quddiem il-Qorti Ġenerali ma humiex biżżejjed sabiex juru n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet magħmula.

295. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fuq il-post

296. L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli fuq il-post twettqu għal iktar minn 10 % tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u li, fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-Kummissjoni, li wassal għal perċentwal kemxejn inqas (9.91 %), hija differenza negliġibbli li ma taffettwatx il-ħlasijiet.

297. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 2366/98 (ara l-punt 253 hawn fuq), fir-reġjuni fejn il-kostituzzjoni ta’ GIS taż-żebbuġ ma tkunx tlesta, il-kontrolli fuq post għandhom isiru fuq 10 % tad-dikjarazzjonijiet tal-kultivazzjoni totali għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/2003.

298. Id-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika ma jurux in-natura żbaljata tal-kalkolu tal-Kummissjoni, li l-perċentwali minimu ta’ 10 % ma kinitx ossevata f’din il-kawża.

299. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-kontrolli kienu saru b’mod sodisfaċenti. Skontha, il-kultivatur taż-żebbuġ huwa marbut li jikkomunika informazzjoni relatata mal-produzzjoni, mad-distribuzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u mal-istat tal-istokkijiet. Din l-informazzjoni magħquda tippermetti li d-dikjarazzjoni ta’ kultivazzjoni tilaqa’ mat-talba għal għajnuna u li din tal-aħħar tiġi miċħuda fil-każ ta’ inkoerenza.

300. Madankollu, meta tagħmel dan, ir-Repubblika Ellenika ma tirrispondix għall-kritika magħmula mill-Kummissjoni, sintetizzata fir-rapport ta’ sinteżi (ara l-punt 269 iktar ’il fuq), li minnu jirriżulta li ċerti kontrolli bħalma huma qligħ, prevista mill-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 2366/98 (ara l-paragrafu 257 hawn fuq), huma ftit. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tikkritika n-nuqqas ta’ traċċabbiltà tal-kontrolli, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ mapep, ta’ skeċċijiet u ta’ nuqqasijiet fil-kontrolli u t-traċċabbiltà ta’ dawk il-kontrolli fil-għadd ta’ siġar taż-żebbuġ għal kull plott. Hija tikkritika wkoll l-attitudni eteroġenja tal-kontrolluri dwar is-siġar mhux produttivi taż-żebbuġ għas-sena 2002/2003. Dawn il-konstatazzjonijiet ma humiex ikkontestati mid-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika.

301. Konsegwentement, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tipproduċi l-prova tan-natura żbaljata tan-nuqqasijiet ikkonstatati fil-kontrolli fuq il-post. L-argument tagħha bbażat fuq li r-rata insuffiċjenti ta’ kontroll ma għandhiex effett fuq il-pagamenti, imqajjem fir-replika, għandu jiġi miċħud peress li, fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni imposta ma tirriżultax biss minn din l-insuffiċjenza (ara b’mod partikolari l-punti 283, 290 u 294 hawn fuq).

302. Dan l-ilment għaldaqstant għandu jiġi miċħud.

– Fuq in-nuqqasijiet dwar il-kontrolli fl-imtieħen

303. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li, fil-kuntest ta’ kontrolli fuq l-imtieħen, il-kontrolluri jieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi b’mod partikolari l-kontabbiltà tal-istokk, jikkontrollaw li jinżammu tajjeb il-kotba u r-reġistri u joperaw korrelazzjoni mal-informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum tal-elettriku, il-kontabbiltà tal-istokks u fiżika. Dawn il-kontrolli għandhom ukoll jieħdu inkunsiderazzjoni rabtiet ta’ parentela tal-operaturi.

304. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-argumenti bl-ebda mod ma jinvalidaw il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni f’din il-kawża.

305. Fil-fatt, mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta li l-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Ellenika minħabba n-nuqqas ta’ rabta bejn il-kontabbiltà tal-istokk u l-kontabbiltà finanzjarja, previst mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 2366/98, u d-diffikultà li jsiru kontrolli ta’ koerenza sabiex tiġi żgurata l-assenza tal-soravalutazzjoni fittizji tal-kwantitjiet prodotti (ara l-punt 270 hawn fuq).

306. Issa, bid-dikjarazzjonijiet tagħha, ir-Repubblika Ellenika ma tipproduċi ebda prova li turi n-natura żbaljata tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-korrelazzjonijiet stabbiliti mid-dipartimenti ta’ kontroll ma jirrispondux għall-kritika tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta kontabbiltà tal-istokkijiet marbuta mal-kwistjonijiet tal-kontabbiltà finanzjarja. Bl-istess mod, ir-Repubblika Ellenika ma tipprovdi ebda prova li tistabbilixxi l-ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fil-qasam tal-kontrolli tal-imtieħen.

307. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

– Fuq is-segwitu insuffiċjenti tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE

308. Rigward in-nuqqas ta’ segwitu tas-sanzjonijiet proposti mill-AYMEEE fuq l-imtieħen, ir-Repubblika Ellenika ssostni li osservat il-proċedura legali li tippermetti sospensjoni tal-eżekuzzjoni, sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva.

309. Għandu jiġi kkonstatat li, meta għamlet dan, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax id-dewmien fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet, bi ksur tal-Artikolu 11a tar-Regolament Nru 136/66 (ara l-punt 247 hawn fuq), u t-tnaqqis fil-livell ta’ dawn is-sanzjonijiet li kien applikat imqabbel mal-proposti oriġinali, ikkritikati f’din il-kawża (ara l-punt 271 hawn fuq).

310. Għaldaqstant dan l-ilment għandu wkoll jiġi miċħud.

311. Minn dan isegwi li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx in-natura żbaljata tal-korrezzjonijiet imposti.

Fuq il-livell tal-korrezzjoni applikata, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

312. L-ewwel nett, ir-Repubblika Ellenika tikkontesta ż-żieda awtomatika tal-korrezzjoni ta’ 10 sa 15 %, li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-titjib sinjifikattiv fil-kwalità tal-kontrolli. Hija tallega l-ksur tad-dokumenti Nru VI/5330/97 u AGRI/61495/2002.

313. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tirrileva li mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-Repubblika Ellenika ma setgħetx turi li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu ineżatti (ara l-punti 274 sa 310 iktar ’il fuq).

314. Sussegwentement, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li n-nuqqasijiet ikkonstatati diġà ġew innotifikati waqt l-investigazzjonijiet preċedenti u kienu suġġetti għal korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-snin 1999/2000 sa 2001/2002.

315. Għandu jitfakkar li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur li twettaq fl-evalwazzjoni tagħha tal-ammont li għandu jiġi eskluż wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet.

316. Kif ġie indikat preċedentement (ara l-punt 57 iktar ’il fuq), ir-rikorrenza tal-irregolaritajiet inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala fattur aggravanti, li jista’ jiġġustifika ż-żieda fil-korrezzjoni finanzjarja imposta.

317. F’dan il-qafas, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni it-titjib li sar. Id-dokument Nru VI/5330/97 jipprovdi li n-nuqqas isir iktar serju jekk l-istat jonqos milli jtejjeb il-kontrolli tagħha u d-dokument AGRI/61495/2002 jindika b’hekk li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżuri korrettivi jew kumpens meħuda mill-Istat Membru (ara l-punti 17 u 18 hawn-fuq).

318. F’din il-kawża, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni stess semmiet it-titjib li sar imqabblel mas-snin preċedenti, kif jirriżulta mill-minuti tal-laqgħa tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar l-investigazzjoni OTS/2004/05/GR.

319. Madankollu, f’dawn il-minuti, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-imsemmi titjib ma jippermettux li jikkumpensa għan-nuqqasijiet irrilevati. B’mod partikolari, l-eżistenza ta’ kontroverifiki u ta’ fajls ċentralizzati kienet ikkunsidrata bħala li tibqa’ fuq livell globali, mingħajr ma tippermetti kontrolli sistematiċi u kontroverifiki fuq il-plottijiet u l-kontenut tagħhom kien ikkunsidrat mhux konformi mar-regolamenti. Barra minn hekk, ċerti nuqqasijiet identifikati ma kinux suġġetti għal titjib, bħall-kontroll tal-imtieħen u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-AYMEEE.

320. B’hekk, minkejja t-titjib rilevat, baqgħu jeżistu n-nuqqasijiet li jikkonċernaw il-kontrolli prinċipali. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta ma jiġux imwettqa wieħed jew iktar mill-kontrolli prinċipali jew jiġu mwettqa ħażin jew tant isiru rarament li ma jkunux effettivi sabiex jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ talba jew sabiex jipprevjenu l-irregolaritajiet, il-Kummissjoni għandha dritt li tikkunsidra li kien hemm riskju għoli ta’ telf kbir għall-FAEGG” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 286 iktar ’il fuq, punt 105).

321. Konsegwentement, is-sempliċi fatt li kien hemm titjib ma jippermettix lir-Repubblika Ellenika li ssostni li r-rata ta’ korrezzjoni ta’ 10 % applikata qabel ma setgħetx tiżdied f’din il-kawża, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tal-irregolaritajiet irrilevati, l-importanza tal-effett tagħhom għad-determinazzjoni tar-regolarità tal-infiq u n-natura rikorrenti tagħhom.

322. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, l-eżistenza ta’ ċertu titjib rrilevat ma huwiex inkompatibbli ma’ żieda fir-rata ta’ korrezzjoni sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni r-ripetizzjoni ta’ nuqqasijiet ikkonstatati u ż-żieda tar-riskju ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG.

323. Minn dan isegwi li l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-linja gwida tal-Kummissjoni li jirriżulta mid-dokumenti Nru VI/5330/97 u AGRI/61495/2002 għandu jiġi miċħud.

324. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li, fl-aħħar tal-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006, relatata mat-tieni investigazzjoni, il-Kummissjoni, minħabba t-titjib ikkonstatat, ċaħdet il-possibbiltà li japplikaw d-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza ta’ insuffiċjenza ta’ sistemi ta’ kontroll għall-perijodu 2002/2003.

325. Għandu jiġi rrilevat li, fil-laqgħa bilaterali tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tieni investigazzjoni, il-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 jsemmu li l-Kummissjoni “ma tara l-ebda raġuni f’dan l-istadju tal-proċedura sabiex jitnaqqas il-livell ta’ rata fissa ta’ korrezzjoni applikata għas-snin ta’ qabel anki jekk twarrab, minħabba titjib kkonstatat fil-kontrolli tal-qligħ u fil-kontroverifiki, il-possibbiltà li tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-każ ta’ rikorrenza ta’ sistemi ta’ kontroll insuffiċjenti għall-perjodu 2002/2003 (dokument AGRI 60637/2006)”

326. Madankollu, bħal-kuntrarju ta’ dawn il-minuti, dawk tas-17 ta’ Frar 2006, dwar l-ewwel investigazzjoni li għandha r-referenza OTS/2004/02, jsemmu espressament il-fatt li l-Kummissjoni ma teskludix, f’dan l-istadju, li tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-każ ta’ rikorrenza.

327. Barra minn hekk, għadu jitfakkar li l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li l-evalwazzjoni tal-ammont li għandu jiġi eskluż għandha ssir, b’mod partikolari, mill-importanza tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata, wara li tiġi segwita proċedura kontradittorja dettaljata. Jekk, fi tmiem din il-proċedura, l-evalwazzjoni tvarja minn dik li kienet wasslet għal proċediment preċedenti, huwa ġustament li l-Kummissjoni tiddetermina l-ammont li għandu jiġi skarat billi tibbaża fuq l-evalwazzjoni tagħha l-iktar reċenti. F’każ kuntrarju, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżgura li l-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 75).

328. F din il-kawża, l-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2007, wara l-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 u komuni għaż-żewġ investigazzjonijiet, tenfasizza l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza u jindikaw ir-raġunijiet. Bl-istess mod, il-pożizzjoni finali tas-6 ta’ Awwissu 2008 tikkonferma l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar rikorrenza. Il-Korp ta’ Konċiljazzjoni stess jirrikonoxxi li d-deċiżjoni li tissemma r-rikorrenza tan-nuqqasijiet sabiex tiżdied ir-rata ta’ korrezzjoni f’din il-kawża preżenti ma kinitx f’kunflitt ma’ interpretazzjoni stretta tal-proċess verbal tat-13 ta’ Settembru 2006.

329. Għaldaqstant, f’din il-kawża, l-argument ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-minuti tat-13 ta’ Settembru 2006 ma tinvalidax il-konklużjoni li t-titjib irrilevat ma jipprevjenix, f’din il-kawża, l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni bir-rata ta’ 15 %.

330. Sa fejn ir-Repubblika Ellenika tikkontesta li r-riskju jkun sar ikbar għall-FAEGG, għandu jitfakkar li, f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ korrezzjoni, huwa l-Istat Membru li għandu juri li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-irregolaritajiet ikkonstatati (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Marzu 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-59/97, Ġabra p. I-1683, punt 55, u tal-20 ta’ Settembru 2001, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 37 sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 168). F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika ma tressaqx provi insostenn tad-dikjarazzjonijiet tagħha.

331. It-tieni nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li ż-żieda applikata f’din il-kawża kienet awtomatika u mingħajr motivazzjoni speċjali.

332. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li ż-żieda tar-rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % ma għandhiex tiġi applikata b’mod awtomatiku, iżda biss fi tmiem eżami  ta’ eventwali miżuri korrettivi jew ta’ kumpens meħuda mill-Istat Membru u mingħajr ma jiġi ttraskurat it-titjib li sar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011, Il-Greċja  vs Il-Kummissjoni, T-214/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 90). Barra minn hekk, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni għandha titqies li hija suffiċjenti meta l-Istat destinatarju jkun ġie involut mill-qrib fil-proċess ta’ tħejjija ta’ din id-deċiżjoni u kien jaf ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li s-somma inkwistjoni ma tiġix iffinanzjata mill-FAEGG (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 73 iktar ’il fuq).

333. F’din il-kawża, hija biżżejjed li jiġi rrilevat li n-natura ripetuta tan-nuqqasijiet ikkonstatati ġiet enfasizzata matul il-proċedura kontenzjuża, li r-Repubblika Ellenika pparteċipat fiha (ara l-punti 326 sa 328 iktar ’il fuq).

334. Barra minn hekk, matul din il-proċedura, ġie indikat (ara l-punt 319 iktar ’il fuq) li t-titjib li sar fil-qasam tal-kontrolli doppji u tal-fajls ċentralizzati kienu baqgħu insuffiċjenti.

335. Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li r-Repubblika Ellenika ssostni, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjenti skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 73 hawn fuq.

336. It-tielet nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni applikata hija sproporzjonata.

337. F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni tista’ tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż kollha li jkunu saru jekk hija tikkonstata li ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta’ kontroll suffiċjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza il-Qorti tal-24 ta’ Frar 2005, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C-318/02, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 45).

338. F’din il-kawża, jidher li n-nuqqasijiet irrilevati mid-dipartimenti mill-Kummissjoni jirrigwardaw elementi importanti tas-sistema ta’ kontroll kif ukoll ta’ eżekuzzjoni ta’ kontrolli li għandhom rwol importanti fid-determinazzjoni tar-regolarità tan-nefqa, hekk li jista’ raġonevolment jiġi konkluż li r-riskju ta’ telf għall-FAEGG kien sinjifikattiv.

339. Konsegwentement, ir-rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % tan-nefqa kkonċernata ma tistax tiġi kkunsidrata bħala eċċessiva u sproporzjonata f’din il-kawża.

340. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-argumenti mressqa mir-Repubblika Ellenika ma jurux li huwa żbaljat li l-Kummissjoni applikat rata ta’ korrezzjoni ta’ 15 % jew li hija kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.

341. Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

342. Minn dan isegwi li l-motivi kollha kontra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa għandhom jiġu miċħuda.

6. Fuq l-għaxar u l-ħdax-il motiv, rigward il-korrezzjonijiet applikati għall-ispejjeż fil-qasam tal-verifika finanzjarja

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

Termini għall-ħlas

343. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/96, tas-16 ta’ Frar 1996, dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta’ kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (EEC) Nru 2776/88 (ĠU L 39, p. 5), jipprevedi, fir-raba’ premessa tiegħu:

“Billi r-regolamenti komuni tal-biedja jinkludu temmiet taż-żmien sabiex jitħallsu l-għajnuniet lill-benefiċjarji mill-Istati Membri; billi l-ħlasijiet kollha effettwati wara dawn it-temmiet taż-żmien, u li għalihom ma jkunx iġġustifikat id-dewmien fil-ħlas, iridu jitqiesu bħala mhux eliġibbli, u għalhekk ma jistgħux, fil-prinċipju jkunu bla ħsara għal avvanz fuq il-prenotament tan-nefqa; billi, madankollu, sabiex jiġi mmodullat l-impatt finanzjarju fil-proporzjon tad-dewmien miġrur fil-ħlas, it-tnaqqis fl-avvanzi għandu jkun iggradwat bħala funzjoni tad-daqs tad-dewmien irreġistrat.”

344. .L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 296/96, kif emendat jipprevedi :

“1. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mibgħuta skond l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet u tagħmel l-avvanzi fix-xahar dwar il-prenotament tan-nefqa, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 94/729/KE.

2. L-avvanzi dwar il-prenotament għandhom jiġu mnaqqsa għan-nefqa effettwata wara t-temmiet taż-żmien stabbiliti kif ġej:

a) fejn in-nefqa effettwata wara t-temmiet taż-żmien tkun ugwali għal 4 % jew inqas tan-nefqa effettwata qabel it-temmiet taż-żmien, ma għandha ssir l-ebda riduzzjoni, irrispettivament min-numru tax-xhur tad-dewmien,

b) ’il fuq mill-għatba ta’ 4 %, kull nefqa iktar li ssir effettwata b’dewmien ta’ sa:

– xahar għandha tiġi mnaqqsa b’10 %,

– xahrejn għandha tiġi mnaqqsa b’25 %,

– tliet xhur għandha tiġi mnaqqsa b’45 %,

– erba’ xhur għandha tiġi mnaqqsa b’70 %,

– ħames xhur jew iżjed għandha tiġi mnaqqsa b’100 %.

Madankollu, il-Kummissjoni trid tapplika skala differenti taż-żmien u/jew riduzzjonijiet iktar baxxi jew xejn għal kollox, jekk jiġu ffaċċjati kondizzjonijiet eċċezzjonali tal-maniġġjar għal ċertu miżuri, jew jekk jiddaħħlu ġustifikazzjonijiet imsejsa fis-sod mill-Istati Membri.

Ir-riduzzjonijiet riferiti f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 94/729/KE”

Termini ta’ ħlas ta’ żoni żvataġġjati

345. L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87) li jinkludi b’mod partikolari l-appoġġ għaż-żoni żvantaġġjati, jipprevedi :

“1. Emendi għad-dokumenti tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali u l-miżuri tal-iżvilupp rurali inlużi f’dokumenti singoli tal-programmizzar permezz ta’ l-Objettiva 2 li huma iffinanzjati mill-FAEGG, Sezzjoni tal-garanzija, għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi jkun fihom l-informazzjoni segwenti:

a) ir-raġunijiet u xi problemi ta’ l-impementazzjoni li jiġġustifikaw l-aġġustament tad-dokument tal-programmizzar;

b) l-effetti mistennija mill-emenda;

ċ) l-implikazzjonijiet tal-finanzjament u tal-verifika tal-impenji.

2. Billi taġixxi bi qbil mal-proċeduri referuti […], il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-emendi għad-dokumenti tal-programnizzar tal-iżvilupp rurali, tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 48(1) u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali inklużi fid-dokumenti singoli tal-proġrammizzar permezz tal-Objettiv 2 iffinanzjat mill-FAEGG, Sezzjoni tal-Garanzija, kull meta dawn ikollhom effett fuq:

a) il-prijoritajiet;

b) il-fatturi ewlenija tal-miżuri ta’ l-appoġġ kif indikat fl-Anness II;

ċ) l-ammont massimu globali ta’ l-appoġġ tal-Komunità […];

d) id-distribuzzjoniji ta’ l-allokazzjoni finanzjarja imwettqa għall-miżuri li jkunu fid-dokument tal-programmizzar meta din tkun teċċedi:

– 15 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża totali eliġibbli,

– 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-programm ikkonċernat għall-perijodu intier tal-programmizzar, jekk il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun ibbażata fuq l-ispiża pubblika eliġibbli, ,

Ikkalkolati fuq il-bażi ta’ l-aħħar kolonna (total) tat-tabella finanzjarja annessa mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova d-dokument tal-programmizzar jew annessa mad-deċiżjoni referuta […] kif l-aħħar emendat..

3. L-emendi referuti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi proposta singola għal kull programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja.

L-ewwel subparagrafu ma għandux ikun applikabbli:

a) meta l-emendi huma meħtieġa bħala riżultat ta’ disastru naturali jew ta’ okkorrenza eċċezzjonali oħra b’impatt maġġuri fuq il-programmizzar tal-Istat Membru;

b) meta emenda tat-tabella finanzjarja annessa mad-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 48(1) tkun meħtieġa bħala riżultat ta’ emenda tad-dokument tal-programmizzar tal-iżvilupp rurali.

4. L-emendi ta’ natura finanzjarja li ma humiex koperti bil-paragrafu 2(d) u l-emendi tar-rata tal-kontribuzzjoni kif referuta fl-ewwel inċiż tal-punt 9(2) B ta’ l-Anness II għandhom ikunu ikkomunikati lejn il-Kummissjoni flimkien mat-tabella finanzjarja emendata bi qbil mal-punt 8 ta’ l-Anness II. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha jkunu waslu għand il-Kummissjoni.

L-emendi ta’ natura finanzjarja kif referuti fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jeċċedu l-massimi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2(d) meta jkunu totalizzati matul sena kalendarja.

L-emendi l-oħrajn apparti minn dawk koperti fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu ikkommunikati lejn il-Kummissjoni mill-anqas tlett xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Tali emendi jistgħu jidħlu fis-seħħ aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma lill-Istat Membru qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tlett xhur li l-emendi notifikati jkunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

Jekk l-emenda notifikata ma tkunx konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-I stat Membru dwar dan u l-perijodu ta’ tlett xhur li hemm provvediment dwaru fl-ewwel subparagrafu għandu jkun sospiż sakemm il-Kummissjoni tirċievi l-emenda li tkun konformi.”

Rapport ta’ sinteżi

346. Ir-rapport ta’ sinteżi jirreferi għal tliet investigazzjonijiet li għandhom ir-riferenzi FA/2005/70/GR, FA/2006/108/GR u FA/2006/137/GR, li l-Kummissjoni nnotifikat ir-riżultati tagħhom rispettivament f’Jannar, f’April u f’Awwissu 2006. Wara skambju ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika Ellenika għal kull proċedura, l-istedina konġunta tal-15 ta’ Jannar 2007 għal laqgħa bilaterali u ż-żamma ta’ din il-laqgħa, il-Kummissjoni bagħtet, permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ġunju 2007, il-minuti tal-laqgħa għal kull proċedura. Permezz ta’ tliet ittri tal-24 ta’ Jannar 2008 [AGRI-1912, AGRI-1913 u AGRI 1914], il-Kummissjoni kkomunikat formalment il-konkużjonijiet tagħha lir-Repubblika Ellenika. Wara l-parir tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni 08/GR/360 tal-10 ta’ Lulju 2008, komuni għat-tliet proċeduri komuni, il-Kummissjoni kkomunikat il-pożizzjoni finali tagħha rispettivament permezz ta’ ittri tat-8 ta’ Ottubru, tas-6 ta’ Ottubru u tad-19 ta’ Settembru 2008.

347. Minn naħa, f’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, instab li ġie kkonstatat b’mod partikolari li, fl-oqsma żvantaġġati, il-limitu massimu tal-ispejjeż ġie stabbilit għal ammont ta’ EUR 115 770 000, filwaqt li l-infiq totali laħaq EUR 121 992 923.70, li jwassal għal żieda ta’ EUR 6222 923.70. Issa, skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, l-emendi ta’ natura finanzjarja li ma humiex koperti mill-Artikolu 51(2) tal-imsemmi regolament għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u għandhom jiġu fis-seħħ mid-data tal-wasla mill-Kummissjoni. F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika informat lill-Kummissjoni b’din il-bidla fid-29 ta’ Settembru 2004. Is-somma ta’ EUR 923.70 6222 għaldaqstant ma hijiex eliġibbli, peress li l-ispejjeż saru qabel ma t-talba għal emenda saret lill-Kummissjoni. L-argument li l-ammont totali mħallas għall-2004 (jiġifieri EUR 125 600 000) hija inqas mis-somma prevista fit-tabella finanzjarja 2004 (jiġifieri EUR 145 miljun) ma tistax tiġi aċċettata, peress li l-ammont ta’ EUR145 miljun jikkorrispondi għall-ammont totali disponibbli għall-programm u għaldaqstant ma setax jiġi kkunsidrat għal miżura speċifika.

348. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-investigazzjoni li għandha r-referenza FA/2006/108/GR, kien ikkonstatat dewmien fir-rigward tal-ħlasijiet magħmula matul is-sena 2005 għall-uċuħ tar-raba’ u l-ħlasijiet addizzjonali fil-qasam tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella. Sabiex tiġi evitata korrezzjoni doppja mal-korrezjonijiet b’rata fissa imposti għall-istess eżerċizzju u l-istess linja tal-baġit, il-korrezzjoni tnaqqset. Din hija, finalment, ta’ EUR4 521 536.62 u tirrifletti l-korrezzjonijiet b’rata fissa diġà applikati sabiex jiġu evitati l-korrezzjonijiet doppji. ]

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali

349. Ir-Repubblika Ellenika tqajjem l-għaxar motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, u l-ħdax-il-motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2006/108/GR.

Fuq l-għaxar motiv, rigward l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2005/70/GR, ibbażata fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet u tar-Regolament Nru 817/2004, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

350. Ir-Repubblika Ellenika tikkontesta l-korrezzjoni relatata ma’ żoni żvantaġġati, imposta minħabba eċċess tal-limitu finanzjarju. Hija ssostni li l-Kummissjoni kienet informata bl-emenda inkwistjoni u li l-ammont tal-eċċess jibqa’ spiża eliġibbli, peress li l-ammont totali mħallas matul is-sena finanzjarja ma nqabiżx.

351. Il-Qorti Ġenerali tirrileva li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li l-limitu tal-ispejjeż inizjalment previsti għaż-żvantaġġati inqabeż b’ammont ta’ EUR 6 222 923.70 (ara l-punt 347 iktar ’il fuq).

352. Mir-rapport ta’ sinteżi, mhux ikkontestat f’dan ir-rigward, jirriżulta wkoll li din l-emenda taqa’ taħt l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, li jipprevedi li l-emendi finanzjarji għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u jidħlu fis-seħħ mid-data tal-wasla tagħhom għand il-Kummissjoni.

353. Issa, mill-elementi tal-fajl, b’mod partikolari mir-rapport ta’ sinteżi jirriżulta, li dan l-eċċess huwa dovut għal emenda li l-Kummissjoni ġiet informata biha fid-29 ta’ Settembru 2004 u li l-ispejjeż inkwistjoni kienu saru qabel din in-notifika lill-Kummissjoni, kif dan ġie kkonfermat waqt is-seduta u uffiċjalment irreġistrati fil-minuti tas-seduta.

354. Għaldaqstant, l-ispejjeż li saru għal ammont ogħla għall-għotja inizjali tal-miżura inkwistjoni qabel id-data tad-29 ta’ Settembru 2004 ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala impriżi skont ir-regoli Komunitarji.

355. Ċertament, l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004, applikabbli f’din il-kawża, ma jimponix l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għad-dħul fis-seħħ tal-emenda inkwistjoni, kif tenfasizza r-Repubblika Ellenika.

356. Madankollu, anki jekk din id-dispożizzjoni tipprevedi komunikazzjoni ta’ emendi finanzjarji lill-Kummissjoni għal għanijiet informattivi biss, il-kundizzjonijiet tan-notifika li hija tipprevedi ma ġewx osservati f’din il-kawżà. .

357. L-argument tar-Repubblika Ellenika li r-Regolament Nru 817/2004 jippermetti lill-Istati Membri li jemendaw id-dokumenti ta’ programmazzjoni u t-tabelli finanzjarji ma jinvalidax din il-konklużjoni. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament jinkwadraw preċiżament il-possibbiltajiet ta’ emendi, kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll tal-proċedura li għandha tiġi segwita, u r-Repubblika Ellenika ma wrietx li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, li l-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004 ma kinitx osservata, hija żbaljata.

358. Barra minn hekk, l-ilment tar-Repubblika Ellenika li r-rapport finali ma għandux ebda motivazzjoni dwar iż-żvantaġġati u d-deċiżjoni kkontestata hija motivata b’mod insuffiċjenti għandu jiġi miċħud ukoll.

359. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika kienet involuta mill-qrib fil-proċess ta’ redazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u, bid-diversi skambji mal-Kummissjoni, kemm l-ammonti kif ukoll il-bażi legali għall-korrezzjoni inkwistjoni (Artikolu 51(2) u (4) tar-Regolament Nru 817/2004) ġew imsemmija. Għaldaqstant, hija kienet taf ir-raġunijiet tad-deċiżjoni kkontestata, li għaldaqstant għandha tiġi kkunsidrata bħala suffiċjentement motivata fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija qabel, applikabbli fil-kwistjoni (ara l-punt 73 hawn fuq).

360. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika tallega l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija ssostni li l-limitu massimu nqabeż fir-rigward taż-żoni żvantaġġati, iżda li l-limitu massimu totali stabbilit għall-programm ta’ żvilupp rurali għall-2004 ma ġiex maqbuż u ssemmi n-nuqqas ta’ preġudizzju kkawżat lill-FAEGG.

361. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1258/1999 jipprevedi li jkunu ffinanzjati skont l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmi regolament l-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali barra mill-programmi li jaqgħu taħt l-objettiv Nru 1 meħuda skont ir-regoli Komunitarji.

362. Barra minn hekk, skont ġurisprduenza stabbilita, il-FAEGG jiffinanzja biss l-interventi magħmula skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Konsegwentement, hija tħalli f’idejn l-Istati Membri kull ammont ieħor mħallas, b’mod partikolari l-ammonti li l-awtoritajiet nazzjonali b’mod żbaljat qiesu li huma awtorizzati li jitħallsu fil-kuntest ta’ din l-organizzazzjoni komuni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2002, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-332/00, Ġabra p. I-3609, punti 44 u 45; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 1988, Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni, 347/85, Ġabra p. 1749, punti 52 u 53).

363. Issa, kif ġie kkonstatat fil-punti 354 u 356 iktar ’il fuq, il-limitu massimu tal-ispejjeż relatati maż-żoni żvantaġġati inqabeż u l-Kummissjoni ma ġietx informata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament Nru 817/2004

364. Wara li kkonstatat din l-irregolarità, il-Kummissjoni setgħet għaldaqstant ġustament tadotta d-deċiżjoni kkontestata, u dan minkejja l-argument tar-Repubblika Ellenika li l-limitu massimu totali stabbilit għall-programm ta’ żvilupp rurali totali għall-2004 ma nqabiżx. Għandu jitfakkar li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kisba tal-objettivi tagħha, huwa importanti li l-miżuri eliġibbli għall-appoġġ huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u li l-Istati Membri jikkooperaw għal dan ir-riżultat skont il-qafas regolatorju li jinsabu fir-regolamenti li jistabbilixxu regoli dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali, riżultat li ma jistax jintlaħaq jekk l-Istati Membri jistgħu joperaw ridistribuzzjonijiet tal-fondi bi ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2009, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, punt 73 iktar ’il fuq, punt 118).

365. Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

366. Konsegwentement, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq il-ħdax-il motiv, li jirrigwarda l-investigazzjoni li għandha r-riferenza FA/2006/108/GR, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet, fuq l-applikazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 296/96, tal-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

367. Ir-Repubblika Ellenika tispjega li d-dewmien fil-ħlas huwa dovut, minn naħa, għall-uċuħ tar-raba’, għall-eżami ta’ talbiet li hija kellha dritt, u, min-naħa l-oħra, għal-laħam taċ-ċanga, għall-kumpens bil-ħlasijiet ulterjuri.

368. Għandu jitfakkar li l-ispejjeż ta’ finanzjament a karigu tal-FAEGG għandhom jiġi kkalkolati fuq il-premessa li t-termini applikabbli previsti mil-leġiżlazzjoni agrikola ġew osservati. Għaldaqstant, meta l-awtoritajiet nazzjonali jħallsu l-għajnuna wara l-iskadenza tat-terminu, huma jimputaw lill-FAEGG, kif turi r-raba’ premessa tar-Regolament Nru 296/96, infiq irregolari u, għaldaqstant, mhux eliġibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-Qorti tal-Ġustizzja tad-28 ta’ Ottubru 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-253/97, Ġabra p.1-7529, punt 126, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-3475, punt 116).

369. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 296/96 (ara l-punt 344 iktar ’il fuq), kull spiża mħallsa lil hinn mit-termini jew l-iskadenzi preskritti hija suġġetta għal teħid inkunsiderazzjoni mnaqqsa fil-kuntest fil-kuntest ta’ ħlasijiet minn qabel li jsegwu r-regoli riprodotti fl-imsemmi artikolu. Huwa biss jekk l-ispejjeż imħallsa tard ma jeċċedux 4 % tal-ispejjeż mħallsa li josservaw it-termini u l-iskadenzi li ebda tnaqqis ma jsir, peress li n-numru ta’ xhur ta’ dewmien ma għandu ebda influwenza.

370. F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat li r-Repubblika Ellenika ma tikkontestax l-eżistenza ta’ ħlasijiet lura. Hija lanqas ma tikkontesta l-ispejjeż imħallsa b’dewmien li jeċċedu dan il-marġni ta’ diskrezzjoni.

371. Għaldaqstant, hija ma tistabbilixxi f’din il-kawża l-ebda evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, lanqas il-ksur mill-Kummissjoni tar-Regolament Nru 296/96 jew tar-regoli tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet.

372. Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-korrezzjoni inkwistjoni kellha jkollha motivazzjoni speċifika.

373. Madankollu, mill-proċess jirriżulta li r-raġunijiet msemmija quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex jiġġustifikaw it-termini tal-ħlas ġew spjegati lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Lulju 2006 u miċħuda minnha, fuq il-bażi li ġustifikazzjonijiet msemmija ma jistgħux jiġġustifikaw il-ħlas tard. Barra minn hekk, il-minuti tal-laqgħa bilaterali jindikaw li l-korrezzjoni baqgħet minħabba li, fil-każ ta’ kawżi, il-marġni ta’ 4 % għandu jkun suffiċjenti. Barra minn hekk, fil-każ ta’ korrezzjonijiet dwar il-qasam tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, mill-proċedura amministrattiva jirriżulta li l-Kummissjoni naqqset l-amount l-ammont tal-korrezzjoni dovut għal ħlasijiet żejda sabiex tiġi evitata korrezzjoni doppja u hija ġibdet il-konsegwenzi fuq il-ħlasijiet tardivi. Tabella ddettaljata dwar l-impatt finanzjarju tat-tnaqqis diġà magħmul fuq il-pagamenti tardivi tinsab fir-rapport ta’ sinteżi.

374. Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika, li kienet assoċjata mill-qrib mal-proċess ta’ redazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kienet taf ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni kienet qieset il-korrezzjoni inkwistjoni fondata. Hija ma tipprovdix, barra minn hekk, l-ebda raġuni jew bażi legali li li twassal li tirrikjedi motivazzjoni iktar speċifika minn dik rikjesta fil-qasam mill-ġurisprudenza ċċitata (ara l-punt 73 iktar ’il fuq). Minn dan isegwi li l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni għandu jiġi miċħud.

375. Ir-Repubblika Ellenika tallega wkoll il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni applikat l-iskema ta’ korrezzjoni previst mir-Regolament Nru 296/96 mingħajr ma eżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha.

376. Issa, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 ma jagħti ebda setgħa diskrezzjonali lill-Kummissjoni.

377. Ċertament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 jippermetti lill-Kummissjoni li tapplika skala differenti jekk ikun hemm kundizzjonijiet partikolari ta’ ġestjoni jew jekk l-Istat Membru jressaq ġustifikazzjonijiet fondati.

378. Madankollu, din hija dispożizzjoni li tintroduċi deroga, li għaldaqstant għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (sentenza tat-12 ta’ Settembru 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 368 iktar ’il fuq, punt 115).

379. F’din il-kawża, hija r-Repubblika Ellenika li għandha turi li l-kundizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 296/96 ġew sodisfatti, jiġifieri li tipprova li jeżistu kundizzjonijiet eċċezzjonali tal-immaniġġjar għal ċerti miżuri jew li tipprovdi ġustifikazzjonijiet fondati. B’mod partikolari, ir-Repubblika Ellenika għandha turi li d-dewmien ma marx lil hinn minn limiti raġjonevoli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Settembru 2003, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-331/00, Ġabra p. I-9085, punt 117, u s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 372).

380. F’din il-kawża, b’hekk hija għandu turi l-eżistenza ta’ lmenti preċedenti rigward l-uċuħ tar-raba’ li l-eżami tagħhom jiġġustifika d-dewmien fil-ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punt 375). Issa, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Ir-Repubblika Ellenika lanqas ma ġġustifikat id-dewmien fil-ħlasijiet rigward il-kumpens fil-qasam tal-laħam taċ-ċanga.

381. Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud.

382. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika ssemmi l-assenza ta’ preġudizzju għall-FAEGG, minħabba tnaqqis f’ammont ta’ EUR 4 678 975.85 li ġie applikat skont ir-Regolament Nru 296/96, fl-istadju tal-antiċipi, jiġifieri ammont ikbar mill-korrezzjoni finali.

383. Madankollu, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, kif ġie mfakkar preċedentement (ara l-punt 368 hawn fuq), l-ispiża tal-finanzjament tal-FAEGG għandu jiġi kkalkolat billi jiġi preżunt li dan it-terminu jkun osservat. Konsegwentement, meta l-awtoritajiet Griegi jħallsu wara l-iskadenza tat-terminu, huma jimputaw lill-FAEGG spejjeż mhux eliġibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-28 ta’ Ottubru 1999, L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 368 iktar ’il fuq, punt 126, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2006, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, T-251/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 78). L-argument ibbażat fuq li l-korrezzjoni finalment imposta (jiġifieri EUR 4521 536.62) hija inqas mit-tnaqqis inizjalment magħmul (jiġifieri EUR 4678 975.85), huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

384. Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ħdax-il motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

385. Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

Fuq l-ispejjeż

386. Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top