Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0525

    Kawża T-525/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Settembru 2011 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

    ĠU C 305, 15.10.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/6


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2011 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)

    (Kawża T-525/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 305/07

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Metronia, SA (Madrid, Spanja)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1315/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 80, 27.3.2010.


    Top