Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0503

    Kawża T-503/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali AK 47 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)

    (Kawża T-503/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AK 47 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 145/44

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cybergun SA (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 645/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG u Cybergun SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


    Top