Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0370

Kawża T-370/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta Ġunju 2012 — GDF Suez vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ġermaniż u dak Franċiż tal-gass naturali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq — Tul tal-ksur — Multi” )

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta Ġunju 2012 — GDF Suez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ġermaniż u dak Franċiż tal-gass naturali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq - Tul tal-ksur - Multi)

2012/C 243/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: GDF Suez (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u C. Breuvart, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, tat-8 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, tat-8 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), huwa annullat, minn naħa, sa fejn jikkonstata li l-ksur dam għaddej mill-1 ta’ Jannar 1980 sa minn tal-inqas l-24 ta’ April 1998, fir-rigward tal-ksur imwettaq fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ ksur imwettaq fi Franza bejn it-13 ta’ Awwissu 2004 u t-30 ta’ Settembru 2005.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq GDF Suez SA fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni C(2009) 5355 finali huwa stabbilit għal EUR 320 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


Top