Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0358

    Kawża T-358/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ April 2011 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 160, 28.5.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)

    (Kawża T-358/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

    2011/C 160/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sociedad Agricola Requingua Ltda (Santjago, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Vorbuchner, C. Ley u M. Heidelberg, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (Toro, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-18 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 1117/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro u s-Sociedad Agricola Requingua Ltda.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Is-Sociedad Agricola Requingua Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


    Top