Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0301

    Kawża T-301/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Settembru 2012 — IG Communications vs UASI — Citigroup u Citibank (CITIGATE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITIGATE — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti li fihom l-element ‘citi’ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Famija ta’ trade marks — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 343, 10.11.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — IG Communications vs UASI — Citigroup u Citibank (CITIGATE)

    (Kawża T-301/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITIGATE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti li fihom l-element ‘citi’ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Famija ta’ trade marks - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

    2012/C 343/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IG Communications Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u R. Beard, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Citigroup, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti); u Citibank, NA (New York) (rappreżentanti: iniżjalment minn V. von Bomhard, A. Renck, avukati, u H. O’Neill, solicitor, sussegwentement minn V. von Bomhard u A. Renck)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 821/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Citigroup, Inc. u Citibank, NA u, min-naħa l-oħra, IG Communications Ltd.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    IG Communications Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


    Top