Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0253

    Kawżi T-253/09 u T-254/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2010 — Wilo vs UASI (Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ uċuħ ħodor) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta uċuħ ħodor — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Wilo vs UASI (Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ uċuħ ħodor)

    (Kawżi T-253/09 u T-254/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta uċuħ ħodor - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2011/C 30/66

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt u P. Quay, aġenti)

    Suġġett

    Żewp rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Marzu 2009 (Każijiet R 1184/2008-1 u R 1196/2008-1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] b’uċuħ ta’ mutur elettriku u ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta uċuħ ħodor.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (2)

    Wilo SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


    Top