Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0246

Kawża T-246/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratti MEDIS u Dias.Net — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati — Żamma ta’ somma intiża għal kontraent ieħor — Rimbors ta’ somom imħallsa — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Kontrotalba tal-Kummissjoni — Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kontrotalba” )

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratti MEDIS u Dias.Net - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Żamma ta’ somma intiża għal kontraent ieħor - Rimbors ta’ somom imħallsa - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Kontrotalba tal-Kummissjoni - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kontrotalba)

2012/C 217/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Marsal u J.-D. Simonet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

Suġġett

Talba intiża sabiex, minn naħa, jiġi ddikjarat bħala infondat kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 189 241,64 u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” ta’ dan l-ammont u, fl-aħħar nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas bħala danni EUR 212 597, b’mod prinċipali, u EUR 230 025, b’mod sussidjarju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ippreżentat mill-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa miċħud.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kontrotalbiet ippreżentati mill-Kummissjoni inkwantu dawn huma intiżi għall-kundanna ta’ Insula għall-ħlas tas-somma dovuta, b’mod prinċipali u bl-interessi, fuq il-bażi tal-kuntratt Dias.Net.

(3)

Insula huwa kkundannat jħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 157 983,11, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.75 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-16 ta’ Mejju 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

(4)

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


Top