Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0149

    Kawża T-149/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament ( “Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Kontroll dwar l-użu tal-allowances — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament

    (Kawża T-149/09) (1)

    (Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Kontroll dwar l-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

    2011/C 145/41

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Densmore Ronald Dover (Borehamwood, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, M. Lester, barrister, u M. French, solicitor)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa lir-rikorrent bħala allowances parlamentari.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, hija annullata f’dak li jikkonċerna l-irkupru tas-somma ta’ GBP 193 001.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Parlament u Densmore Ronald Dover għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


    Top