Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0096

    Kawża F-96/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Settembru 2012 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami orali wara r-riżultati miksuba fl-eżamijiet bil-miktub — Talbiet għal eżami mill-ġdid — Dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess għal ċertu informazzjoni li tikkonċernahom — Suġġett u portata — Dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti — Assenza)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/26


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-96/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami orali wara r-riżultati miksuba fl-eżamijiet bil-miktub - Talbiet għal eżami mill-ġdid - Dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess għal ċertu informazzjoni li tikkonċernahom - Suġġett u portata - Dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti - Assenza)

    2013/C 46/46

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Díez Lorenzo, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Servizz pubbliku — Rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li biha r-rikorrenti ma titħalliex tipparteċipa fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08 u li tirrifjutalha l-aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti u, min-naħa l-oħra, għall-annullament, b’effett retroattiv, tal-lista ta’ riżerva ppubblikata wara l-eżamijiet tal-kompetizzjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn E. Cuallado Martorell.


    (1)  ĠU C 148, 05.06.2010, p. 54.


    Top