Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0023

Kawża F-23/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Ħatra ad interim ta’ uffiċjal — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Att li jakkawża preġudizzju — Konstatazzjoni ta’ invalidità — Interess ġuridiku)

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża F-23/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ħatra ad interim ta’ uffiċjal - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Att li jakkawża preġudizzju - Konstatazzjoni ta’ invalidità - Interess ġuridiku)

2011/C 30/113

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Bank dwar il-ħatra ta’ konsulent ad interim għad-Diviżjoni OVS u għall-annullament tal-avviż ta’ post vakanti ECB/074/08, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha adottati abbażi ta’ din tal-aħħar. Barra minn dan, it-talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ somma bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.


Top