EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CP0357

Opinjoni tal-Avukat Ġenerali - Mazák - 10 ta' Novembru 2009.
Said Shamilovich Kadzoev (Huchbarov).
Talba għal deċiżjoni preliminari: Administrativen sad Sofia-grad - il-Bulgarija.
Viża, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta’ persuni - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment - Artikolu 15(4) sa (6) - Perijodu tad-detenzjoni - Kunsiderazzjoni tal-perijodu li matulu ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija - Kunċett ta’ ‘prospett raġonevoli ta’ tneħħija’.
Kawża C-357/09 PPU.

Ġabra tal-Ġurisprudenza 2009 I-11189

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:691

OPINJONI TAL-AVUKAT ĠENERALI

MAZÁK

10 ta’ Novembru 2009 ( 1 )

Kawża C-357/09 PPU

Said Shamilovich Kadzoev (Huchbarov)

“Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment — Artikolu 15(4) sa (6) — Perijodu ta’ detenzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu li matulu ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija — Kunċett ta’ ‘prospett raġonevoli ta’ tneħħija’”

I — Introduzzjoni

1.

Permezz ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tisma’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju, bħala proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari stabbilita fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Administrativen sad Sofia-grad (Qorti Amministrattiva ta’ Sofija, il-Bulgarija) għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 68(1) KE u tal-Artikolu 234 KE, erba’ domandi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(4) sa (6) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-‘ritorn’”) ( 2 ).

2.

Permezz ta’ dawn id-domandi u d-diversi punti ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment dwar l-applikabbiltà f’dan il-każ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” dwar il-perijodu massimu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneħħija, kif ukoll dwar il-metodu ta’ kalkolu tat-termini previsti gћal dan il-gћan, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. Barra minn hekk, hija tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja taћt liema kundizzjonijiet it-tneħħija tista’ titqies li ma hijiex raġonevolment possibbli, u jekk, jew f’liema ċirkustanzi, id-detenzjoni tistax titkompla f’każ ta’ nuqqas ta’ prospett raġonevoli ta’ tneħħija u wara li jkunu ġew eżawriti l-possibbiltajiet għal estensjoni tal-perijodu ta’ detenzjoni.

3.

Dawn id-domandi tqajmu fil-kuntest ta’ proċedura li fiha l-qorti tar-rinviju ntalbet sabiex tiddeċiedi ex officio, bħala qorti tal-aħħar istanza, dwar il-legalità u, għaldaqstant, dwar il-kontinwazzjoni tad-detenzjoni ta’ S. Shamilovich Kadzoev fiċ-ċentru speċjali ta’ detenzjoni temporanja ta’ barranin qrib il-belt ta’ Sofija.

4.

Jeħtieġ li jiġi osservat li l-introduzzjoni tar-regoli dwar il-perijodu massimu ta’ detenzjoni kienet fost il-punti l-iktar diskussi matul l-adozzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” minћabba d-differenzi kunsidervoli li kienu jeżistu — u gћadhom jeżistu, sa ċertu punt — f’dan ir-rigward bejn il-liġijiet u l-prattika tal-Istati Membri.

5.

Peress li din hija l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet sabiex tiċċara ċerti aspetti dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, dawn il-proċeduri għal deċiżjoni preliminari għandhom għaldaqstant importanza li tmur lil hinn minn dik tal-każ inkwistjoni. Hija tifforma parti mill-proċess delikat u kontinwu li huwa intiż li jirrikonċilja, minn naħa, id-dritt innegabbli tal-Istat, irrikonoxxut mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jikkontrolla d-dћul u r-residenza tal-barranin fit-territorju tiegћu ( 3 ) u l-interess leġittimu tiegћu li jipprevjeni effettivament abbużi relatati mad-dritt tal-immigrazzjoni u tal-ażil flimkien, min-naħa l-oћra, mar-rekwiżiti tal-istat tad-dritt u l-livell ta’ protezzjoni offrut lill-immigranti skont id-dritt internazzjonali, id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

II — Il-kuntest ġuridiku

A — Id-Direttiva dwar ir-“ritorn”

6.

L-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, li jidher fil-Kapitolu dwar id-detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneħħija, huwa fformulat kif ġej:

“1.   Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:

a)

jkun hemm riskju ta’ ħarba jew

b)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.

Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.

[…]

3.   F’kull każ, id-detenzjoni għandha tiġi riveduta f'intervalli raġonevoli ta’ żmien jew b’applikazzjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jew ex officio. Fil-każ ta’ perijodi ta' detenzjoni mtawla, ir-reviżjonijiet għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja.

4.   Meta jkun jidher li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija għal konsiderazzjonijiet legali jew oħrajn jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għadhomx aktar jeżistu, id-detenzjoni ma tibqax ġustifikata u l-persuna konċernata għandha tkun rilaxxata minnufih.

5.   Id-detenzjoni għandha titkompla għal tul ta’ perijodu meħtieġ biex il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu sodisfatti u biex tiġi żgurata t-tneħħija b’suċċess. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perijodu limitat ta’ detenzjoni, li ma jistax jeċċedi sitt xhur.

6.   L-Istati Membri jistgħu ma jestendux il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 ħlief għal perijodu limitat li ma jeċċedix it-tnax-il xahar oħra skond il-liġi nazzjonali f’każijiet fejn minkejja l-isforzi raġonevoli kollha tagħhom l-operazzjoni ta’tneħħija tista’ ddum minħabba:

a)

nuqqas ta’ kooperazzjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, jew

b)

dewmien fil-kisba tad-dokumentazzjoni neċessarja minn pajjiżi terzi.”

7.

Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, l-Istati Membri gћandhom idaћħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-direttiva sa mhux iktar tard mill-24 ta’ Diċembru 2010.

B — Id-dritt nazzjonali rilevanti

8.

Fil-15 ta’ Mejju 2009, il-Bulgarija eżegwiet it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 15(5) u (6), tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” permezz ta’ emenda ( 4 ) tal-Liġi dwar il-barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija (iktar ’il quddiem il-“liġi dwar il-barranin”). Madankollu l-qorti tar-rinviju ssostni li l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” ma ġiex traspost fid-dritt Bulgaru.

9.

Skont l-Artikolu 44(6) tal-Liġi dwar il-Barranin, meta miżura amministrattiva obbligatorja ma tistax tiġi applikata għal barrani peress li l-identità tiegħu ma hijiex stabbilita, jew peress li jkun hemm riskju evidenti ta’ dissimulazzjoni, l-organu li jkun adotta din il-miżura jista’ jordna d-detenzjoni ta’ dan il-barrani f’ċentru ta’ detenzjoni temporanja ta’ barranin sabiex tiġi organizzata d-deportazzjoni tiegħu fil-fruntiera tar-Repubblika Bulgara jew it-tkeċċija tiegħu.

10.

Qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” permezz tal-emendi gћal-liġi dwar il-barranin adottati fil-15 ta’ Mejju 2009, il-perijodu ta’ detenzjoni fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ma kien limitat b’ebda perijodu ta’ żmien.

11.

Attwalment, skont l-Artikolu 44(8) tal-imsemmija liġi, “[i]d-detenzjoni ddum sakemm jibqgħu jeżistu ċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 6, iżda ma tistax taqbeż sitt xhur. Eċċezzjonalment, meta persuna tirrifjuta li tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, b’tali mod li jkun hemm dewmien sabiex jinkisbu d-dokumenti indispensabbli għad-deportazzjoni jew għat-tkeċċija, jew il-persuna tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, il-perijodu ta’ detenzjoni jista’ jiġi estiż għal tnax-il xahar.”

12.

L-Artikolu 46a(3) sa (5) tal-Liġi dwar il-Barranin jipprovdi li:

“(3)   Kull sitt xhur, il-kap taċ-ċentru ta’ detenzjoni temporanja tal-barranin jippreżenta lista tal-barranin li damu fiċ-ċentru għal iktar minn sitt xhur minħabba ostakoli għat-tneħħija tagħhom mit-territorju. Il-lista hija mibgħuta lill-qorti amministrattiva tal-post fejn jinsab iċ-ċentru ta’ detenzjoni.

(4)   Fl-aħħar tas-sitt xhur tad-detenzjoni f’ċentru ta’ detenzjoni temporanja, il-qorti tiddeċiedi ex officio, in camera dwar l-estensjoni, is-sostituzzjoni jew it-tmiem tad-detenzjoni. Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.

(5)   Ladarba l-qorti tannulla l-ordni ta’ detenzjoni kkontestata jew tordna l-liberazzjoni tal-barrani, dan huwa immedjatament illiberat miċ-ċentru ta’ detenzjoni temporanja.”

III — Il-kuntest fattwali tal-kawża u d-domandi preliminari

13.

Il-fatti prinċipali tal-kawża jistgћu, sa fejn huma rilevanti gћall-għanijiet ta’ din il-kawża, jinġabru fil-qosor kif ġej.

14.

Fil-21 ta’ Ottubru 2006, Kadzoev ġie arrestat mill-forzi tal-ordni Bulgari viċin il-fruntiera mat-Turkija. Fil-mument tal-arrest tiegћu, dan ma kellux dokumenti ta’ identità u ppreżenta ruħu bl-isem ta’ Said Shamilovic Huchbarov, imwieled fil-11 ta’ Frar 1979 fi Groznyï, (fir-Repubblika Ċeċena) Huwa ddikjara, sa mill-arrest tiegћu, li ma jixtieqx li l-konsulat tar-Russja jiġi informat bl-arrest tiegћu. Barra minn hekk, huwa ammetta li uża identità falza, u li fil-verità kunjomu kien Kadzoev, u pprovda ċertifikat tat-twelid li minnu rriżulta li Kadzoev twieled fil-11 ta’ Frar 1979 f’Moska (l-ex Unjoni Sovjetika), minn missier ta’ ċittadinanza Ċeċena, Shamil Kadzoev, u minn omm ta’ ċittadinanza Ġeorġjana, Loli Elihvari.

15.

Fit-22 ta’ Ottubru 2006, deċiżjoni ta’ “detenzjoni furzata” Nru 3469 ġiet adottata kontrih. Abbażi ta’ din id-deċiżjoni, Kadzoev intbagћat fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Liubimets, fir-reġjun ta’ Elhovo (il-Bulgarija), fejn inżamm sat-3 ta’ Novembru 2006. Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-istess data, ġew imposti fuqu wkoll miżuri amministrattivi obbligatorji ta’ “deportazzjoni furzata fil-fruntiera” u ta’ “projbizzjoni għal dћul fit-territorju”.

16.

Skont id-deċiżjoni ta’ detenzjoni furzata Nru 3583 tal-1 ta’ Novembru 2006, Kadzoev intbagћat, sakemm tiġi eżegwita l-miżura amministrattiva obbligatorja ta’ deportazzjoni ordnata kontrih, fiċ-ċentru speċjali ta’ detenzjoni temporanja għall-barranin ta’ Busmantsi, viċin ta’ Sofija. Din id-detenzjoni ġiet ordnata sakemm jitneħħew l-ostakoli kollha gћall-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ deportazzjoni furzata, jiġifieri sakemm jinkisbu d-dokumenti li jippermettulu li jivvjaġġa barra mill-pajjiż u l-garanzija ta’ mezzi finanzjarji sabiex jakkwista biljett gћaċ-Ċeċenja.

17.

Kadzoev appella kontra d-deċiżjonijiet dwar id-deportazzjoni fil-fruntiera, kontra l-projbizzjoni għad-dħul fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, u kontra d-detenzjoni furzata ġewwa ċentru ta’ detenzjoni għall-barranin, li ġew kollha miċћuda. Konsegwentement, dawn il-miżuri kollha, inkluża d-detenzjoni fiċ-ċentru ta’ detenzjoni temporanja, saru eżegwibbli.

18.

Madankollu, minkejja l-isforzi li saru mill-awtoritajiet Bulgari, minn ċerti organizzazzjonijiet nongovernattivi u minn Kadzoev stess sabiex jinstab pajjiż terz sigur, ma ntlaħaq l-ebda ftehim speċifiku u sallum, dan għadu ma rċiviex dokumenti għall-ivvjaġġar.

19.

Għandu jiġi rrilevat ukoll li, matul ir-residenza tiegħu fiċ-ċentru speċjali ta’ detenzjoni temporanja ta’ barranin, Kadzoev ippreżenta talba, fil-31 ta’ Mejju 2007, għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat. Permezz ta’ deċiżjoni tal-Administrativen sad Sofia-grad tad-9 ta’Ottubru 2007, din it-talba ġiet miċћuda. Fil-21ta’ Marzu 2008, huwa ppreżenta talba ġdida gћal ażil li madankollu rtira fit-2 ta’ April ta’ wara. Fl-24 ta’ Marzu 2009, Kadzoev ippreżenta t-tielet talba għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat. Permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ Lulju 2009, l-Administrativen sad Sofia-grad ċaћdet l-applikazzjoni ta’ Kadzoev. Id-deċiżjoni ma tistax tiġi appellata.

20.

Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta wkoll li Kadzoev talab, f’żewġ okkażjonijiet, għas-sostituzzjoni tal-miżura ta’ detenzjoni furzata b’miżura iktar ljevi, jiġifieri l-obbligu li jiffirma perjodikament reġistru miżmum mill-awtoritajiet tal-pulizija tal-post tar-residenza tiegћu, talbiet li ġew miċћuda mill-awtoritajiet kompetenti minћabba li ma setgћux jidentifikaw l-indirizz indikat.

21.

Għandu jiġi enfasizzat li Kadzoev gћadu detenut fiċ-ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni temporanja ta’ barranin ta’ Busmantsi.

22.

Il-kawża prinċipali seħħet wara r-reġistrazzjoni, quddiem l-Administrativen sad Sofia-grad, ta’ att amministrattiv mid-Direttur tad-Direttorat tal-migrazzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, li jitlob lil din il-qorti tiddeċiedi ex officio, abbażi tal-Artikolu 46a(3) tal-liġi dwar il-barranin, fir-rigward tal-perijodu ta’ detenzjoni ta’ Kadzoev fiċ-ċentru ta’ detenzjoni temporanja ta’ barranin ta’ Busmantsi.

23.

Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha, li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin u li titlobha li dawn ikunu suġġetti gћall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari:

“1.

L-Artikolu 15(5) u (6), tad-Direttiva 2008/115/KE […], għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

meta d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ma jistabbilixxix perijodu massimu ta’ detenzjoni jew motivi għall-estensjoni ta’ detenzjoni qabel it-traspożizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ din id-direttiva, u meta wara t-traspożizzjoni [tagħha], ma jiġix stabbilit li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ser ikollhom effett retroattiv, il-kundizzjonijiet tal-imsemmija direttiva japplikaw biss u jwasslu sabiex il-perijodu jibda jiddekorri minn meta jiġu trasposti fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru?

b)

fil-perijodi stabbiliti ta’ detenzjoni f’ċentru speċjalizzat bil-għan ta’ tneħħija, fis-sens tal-imsemmija direttiva, ma għandux jiġi inkluż il-perijodu li matulu tkun ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija [mit-territorju] tal-Istat Membru skont dispożizzjoni speċifika, minħabba proċedura pendenti fir-rigward ta’ talba għal ażil magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz, minkejja li matul din il-proċedura huwa jkun baqa’ jirrisjedi f’dan iċ-ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, jekk dan ikun permess mill-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru?

2.

L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-perijodi stabbiliti ta’ detenzjoni f’ċentru speċjalizzat bil-għan ta’ tneħħija, fis-sens tal-imsemmija direttiva, ma għandux jiġi inkluż il-perijodu li matulu tkun ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija [mit-territorju] tal-Istat Membru skont dispożizzjoni speċifika, minħabba appell pendenti kontra l-imsemmija deċiżjoni, minkejja li matul din il-proċedura huwa jkun baqa’ jirrisjedi f’dan l-istess ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, meta ċ-ċittadin ma jkollux dokumenti tal-identità validi, u konsegwentement ikun jeżisti dubju dwar l-identità tiegħu jew meta ma jkollux mezzi ta’ għixien jew inkella meta jkollu mġiba aggressiva?

3.

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tneħħija ma hijiex raġonevolment possibbli meta:

a)

fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni mill-qorti, l-Istat li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina tiegħu jkun irrifjuta li joħroġilha dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn tagħha u, sa dak il-mument, ma jkunx hemm ftehim ma’ pajjiż terz sabiex il-parti kkonċernata tintlaqa’ hemmhekk, minkejja li l-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru jkunu qed jistinkaw sabiex jagħmlu dan?

b)

fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni mill-qorti, ikun jeżisti ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina tiegħu, iżda minħabba l-eżistenza ta’ provi ġodda — jiġifieri ċertifikat tat-twelid tal-persuna kkonċernata — l-Istat Membru ma jkunx irrefera għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi ftehim jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tixtieq tirritorna?

ċ)

il-possibbiltajiet li jiġu estiżi l-perijodi ta’ detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15(6) tad-Direttiva [2008/115] ikunu ġew eżawriti, fil-każ li ma jkun intlaħaq ebda ftehim ta’ riammissjoni mal-pajjiżi terzi fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni mill-qorti, fid-dawl tal-Artikolu 15(6)(b) tal-imsemmija direttiva?

4.

L-Artikolu 15(4) u (6) tad-Direttiva 2008/115 […] għandu jiġu interpretat fis-sens li jekk, fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni bil-għan tat-tneħħija taċ-ċittadin lejn pajjiż terz, jiġi kkonstatat li ma jkunx jeżisti motiv raġonevoli għat-tneħħija tiegħu u li l-motivi għall-estensjoni tad-detenzjoni tiegħu jkunu ġew eżawriti, f’każ bħal dan:

a)

madankollu ma għandux jiġi ordnat il-ħelsien immedjat tagħha, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu kollha sodisfatti: il-persuna kkonċernata ma jkollhiex dokument validu tal-identità, irrispettivament mill-perijodu tal-validità tiegħu, bil-konsegwenza li jkun hemm dubju dwar l-identità tagħha, ikollha mġiba aggressiva, ma jkollha ebda mezzi ta’ għixien u ma jkun hemm l-ebda persuna terza li ntrabtet li tiggarantixxi l-għixien tagħha?

b)

fid-dawl tad-deċiżjoni dwar il-ħelsien, għandu jiġi eżaminat jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikollux, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru, il-mezzi neċessarji sabiex jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kif ukoll indirizz li fih ikun jista’ jirrisjedi?”

IV — Il-konklużjonijiet

24.

Preliminarjament, peress li Kadzoev ikkontesta, fl-osservazzjonijiet tiegћu, in-natura vera ta’ diversi ċirkustanzi ta’ fatti msemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-allegata mġiba aggressiva tiegћu matul id-detenzjoni tiegħu, u ġibed l-attenzjoni għal irregolaritajiet li jaffettwaw, b’mod ġenerali, id-dritt tal-immigrazzjoni u tal-ażil fis-seћћ fil-Bulgarija u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni tiegћu, għandu jitfakkar li, skont it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qorti nazzjonali fil-proċedura gћal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, hija biss il-qorti nazzjonali li gћandha tiddefinixxi l-kuntest legali u fattwali li minnu toħroġ domanda preliminari u li tistabbilixxi, skont il-fatti u d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, is-suġġett tal-proċedura preliminari u, finalment, li tapplika r-regoli tad-dritt Komunitarju, kif inhuma interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan il-każ ( 5 ).

25.

B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma gћandhiex is-setgћa li tkun taf il-fatti tal-każ jew li tiddeċiedi dwar il-legalità tad-detenzjoni ta’ Kadzoev u l-proċeduri relatati magћha li, mill-bqija, huma wkoll suġġetti gћal rikors quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ( 6 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja gћandha tillimita ruħha, min-naћa l-oћra, li tiddeċiedi b’mod utli fir-rigward tal-kawża prinċipali, fuq iż-żewġ domandi ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li sarulha.

26.

Wara dan, ser neżamina d-domandi preliminari billi nsegwi, bħala prinċipju, l-ordni li fiha saru. Madankollu, jidher utli li l-punt (b) tal-ewwel domanda u t-tieni domanda jiġu eżaminati flimkien, fid-dawl tal-fatt li dawn iż-żewġ domandi jirrigwardaw każijiet ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneћћija.

27.

Xieraq madankollu nittratta preliminarjament il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tad-domandi preliminari, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-fatt li dawn jikkonċernaw direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha gћadu ma skadiex.

A — Dwar l-ammissibbiltà

28.

Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, huma l-qrati nazzjonali aditi b’kawża li għandhom jiddeterminaw il-bżonn ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza tagħhom, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja. B’hekk, id-domandi magħmula, peress li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza u għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola ġenerali, obbligata li tiddeċiedi ( 7 ).

29.

Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa biss possibbli, dejjem skont ġurisprudenza stabbilita, meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt Komunitarju ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex punti ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li tressqu quddiemha ( 8 ).

30.

Issa, fl-opinjoni tiegħi, dan ma huwiex il-każ inkwistjoni. B’mod partikolari, ma jidhirx b’mod manifest li d-domandi magħmula ma għandhomx rilevanza fir-rigward tad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi, anki jekk it-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” kien gћadu ma skadiex meta l-qorti tar-rinviju ntalbet teżamina l-legalità tad-detenzjoni ta’ Kadzoev.

31.

L-ewwel nett, huwa paċifiku li din id-direttiva, skont l-Artikolu 22 tagћha, daћlet fis-seħħ fl-gћoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li kienet l-24 ta’ Dicembru 2008, jiġifieri fit-13 ta’ Jannar 2009.

32.

F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, gћalkemm l-Istati Membri destinatarji ta’ direttiva ma jistgћux evidentement jiġu kkritikati li naqsu milli jittrasponu din id-direttiva fis-sistema legali tagћhom qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, huma għandhom, madankollu, jastjenu milli jadottaw dispożizzjonijiet tali li jikkompromettu serjament it-twettiq tar-riżultat preskritt minn din id-direttiva ( 9 ).

33.

Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li tali obbligu ta’ astensjoni japplika għall-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi l-qrati nazzjonali. Għaldaqstant, mid-data li fiha direttiva tidħol fis-seħħ, il-qrati tal-Istati Membri għandhom jastjenu, sa fejn huwa possibbli, milli jinterpretaw id-dritt nazzjonali b’mod li jirriskjaw li jikkompromettu serjament, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, it-twettiq tal-għan ta’ din id-direttiva ( 10 ).

34.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat f’din il-kawża li, skont il-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi intiżi sabiex jemendaw il-liġi dwar il-barranin iridu jitqiesu bħala t-traspożizzjoni formali tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” fid-dritt Bulgaru.

35.

Fil-fatt, jekk il-qorti nazzjonali tinterpreta u tapplika din il-liġi tat-traspożizzjoni kuntrarjament għall-imsemmija direttiva, u, b’mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet tagћha li jirrigwardaw il-perijodu permissibbli tad-detenzjoni, u b’hekk toћloq preċedent, dan jirriżulta f’riskju li t-twettiq tal-għan ta’ din id-direttiva jiġi serjament kompromess, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni.

36.

Gћalhekk, peress li l-Qorti tar-rinviju gћamlet id-domandi preliminari sabiex tiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni tal-liġi dwar il-barranin skont id-Direttiva dwar ir-“ritorn”, u b’hekk tissodisfa l-obbligu ta’ astensjoni skont il-ġurisprudenza Inter-Environnement Wallonie msemmija iktar ’il fuq, l-interpretazzjoni mitluba tal-imsemmija direttiva gћandha titqies utli gћall-qorti tar-rinviju sabiex tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha ( 11 ).

37.

Ċertament xorta waħda jibqa’ dubju fuq il-kwistjoni dwar jekk għandux jiġi konkluż ukoll li t-tielet domanda preliminari hija ammissibbli, peress li tikkonċerna l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” li, skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, ma ġietx trasposta fid-dritt nazzjonali.

38.

Fl-opinjoni tiegћi, għandha madankollu tingħata risposta fl-affermattiv.

39.

F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, niddubita kemm hu possibli li l-imsemmi paragrafu 4 jiġi analizzat b’mod iżolat, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet l-oћra tal-Artikolu 15 li jirregolaw id-detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneћћija.

40.

Fil-fatt, sa fejn jipprovdi li d-detenzjoni ma tibqax iġġustifikata u li l-persuna kkonċernata għandha tiġi rrilaxxata immedjatament meta jidher li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija jew li l-kundizzjonijiet għal detenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu ma għadhomx iktar sodisfatti, l-Artikolu 15(4) huwa biss ir-riflessjoni tar-regola diġà msemmija fil-paragrafi l-oћra ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari, fil-paragrafi 1 u 5, li jipprovdu li kull detenzjoni gћandha tkun kemm jista’ jkun fil-qosor u ma tkunx tista’ tinżamm sakemm il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni jkunu sodisfatti, din ir-regola tikkostitwixxi, mill-bqija, l-espressjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mfakkra bil-premessa 16 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”  ( 12 ).

41.

Li kieku kellu jingħad li d-dispożizzjonijiet l-oћra tal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” kienu ġew effettivament trasposti fid-dritt Bulgaru, jidher għalhekk li huwa diffiċli li wieħed isostni li hemm nuqqas ta’ traspożizzjoni fil-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju stess sostniet li ddeduċiet il-portata normattiva ta’ din id-dispożizzjoni mill-Artikolu 44(8) tal-liġi dwar il-barranin.

42.

F’kull każ, it-tieni nett, għandu jitfakkar li l-obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva skont il-ġurisprudenza Inter-Environnement Wallonie msemmija iktar ’il fuq, inkluż l-obbligu ta’ kull qorti nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tinterpreta d-dritt nazzjonali, tali direttiva, jirriżultaw mill-obbligu li jiżguraw li l-għan tad-direttiva jintlaħaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ( 13 ).

43.

Konsegwentement, anki jekk jingћad li l-liġi li tittrasponi d-Direttiva dwar ir-“ritorn” fid-dritt Bulgaru effettivament tinkludi lakuna fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 15(4) tal-imsemmija direttiva, il-kwistjoni dwar jekk dan in-nuqqas ta’ traspożizzjoni u deċiżjoni tal-qorti nazzjonali kontra d-direttiva li tikkomprometti l-għan ta’ din id-direttiva jiddependi fl-aћћar mill-aћћar miċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. B’hekk, jekk dawn id-dispożizzjonijiet jitqiesu, minkejja l-imsemmija lakuna, li jikkostitwixxu t-traspożizzjoni definittiva tad-direttiva mill-awtoritajiet nazzjonali, tali riskju jista’ jiġi preżunt. Jekk, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” ma kienx gћadu ġie traspost fid-dritt intern matul il-kawża prinċipali minħabba li l-leġiżlatur Bulgaru kien iddeċieda li jdaħħal fis-seħħ din id-direttiva b’mod progressiv u kien iddeċieda li jittrasponi din id-dispożizzjoni speċifika f’data ulterjuri, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, ma nistax ngћid li n-nuqqas ta’ traspożizzjon ta’ din id-direttiva jew interpretazzjoni tal-ligi applikabbli li tmur kontra din id-dispożizzjoni jikkompromettu neċessarjament l-għan tad-direttiva ( 14 ).

44.

Fil-fatt, hija l-qorti nazzjonali li tiddeċiedi definittivament dwar dan il-fatt, iżda għandu jiġi kkonstatat li dan ma jirriżultax, fi kwalunkwe każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju li traspożizzjoni speċifika tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” tkun gћadha meћtieġa. Barra minn hekk, il-Gvern Bulgaru ddikjara waqt is-seduta li hu jikkunsidra l-imsemmija dispożizzjoni trasposta fid-dritt Bulgaru, fejn wieħed ma jistax jistenna li l-miżuri ta’ traspożizzjoni speċifiċi jintervjenu għal darb’oħra qabel ma jiskadi t-terminu ta’ żmien tat-traspożizzjoni.

45.

Minn dan isegwi li ma jidhirx, tal-inqas b’mod manifest, li l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mitluba fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari hija irrilevanti fir-rigward tal-kawża prinċipali ( 15 ).

46.

Fl-opinjoni tiegħi, f’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tingħata risposta għad-domandi kollha magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad.

47.

Fl-aћћar nett, għandu jingħad li, fl-eżami ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, jeħtieġ li tingħata attenzjoni li ma jiġux konfużi d-diversi kwistjonijiet ta’ applikazzjoni ratione temporis imqajma f’dan il-każ. B’hekk, fl-opinjoni tiegћi, jeħtieġ issir distinzjoni ċara bejn, minn naћa, id-domanda, li gћadni kif eżaminajt, mill-perspettiva li jkun magħruf sa fejn il-qorti nazzjonali tista’ tkun obbligata, sabiex tiddeċiedi rigward il-kawża prinċipali, li tieћu inkunsiderazzjoni d-Direttiva dwar ir-“ritorn” saħansitra qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, u, min-naћa l-oћra, il-kwistjoni sostantiva, li hija s-suġġett tal-ewwel domanda preliminari, relatata mal-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jimponix l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-perijodi tad-detenzjoni li saru qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, fil-kalkolu tal-perijodu ta’ detenzjoni. Din l-aћћar domanda se tqum, barra minn hekk, ukoll fil-kuntest tal-proċeduri ġudizzjarji relatati mal-legalità ta’ detenzjoni li se jseћћu wara d-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

B — Fuq il-mertu

1. Fuq il-punt (a) tal-ewwel domanda

48.

L-ewwel nett, għandhom jiġu stabbiliti fil-qosor ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” fir-rigward tal-perijodu tad-detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija.

49.

Fl-Artikolu 15(5) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, il-leġiżlatur Komunitarju stabbilixxa terminu ta’ detenzjoni gћall-finijiet tat-tneћћija b’limitu ta’ sitt xhur. Skont l-Artikolu 15(6) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri jistgћu jestendu dan il-perijodu gћal perijodu addizzjonali ta’ mhux iktar minn 12-il xahar, minћabba raġunijiet relatati ma’ nuqqas ta’ kooperazzjoni taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz jew minћabba dewmien fil-kisba tad-dokumenti neċessarji minn pajjiżi terzi. Mit-terminu massimu ta’ detenzjoni jirriżulta li ma jistax jaqbeż total ta’ 18-il xahar skont din id-direttiva.

50.

Gћandu jiġi rrilevat madankollu li t-termini hekk stabbiliti jiddefinixxu biss il-limiti assoluti u esterni tal-perijodu ta’ detenzjoni. B’dan il-mod, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mid-diċitura tal-Artikolu 15(1) u (5) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, kwalunkwe detenzjoni qabel it-tneħħija għandha tkun qasira kemm jista’ jkun u għandha tinżamm biss sakemm il-pjan ta’ tneħħija jkun qiegħed jitwettaq u jiġi eżegwit bid-diliġenza dovuta. Barra minn hekk, gћandha tintemm id-detenzjoni meta l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni ma humiex sodisfatti jew meta ma jkunx gћadu jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija.

51.

Dawn ir-rekwiżiti huma wkoll, kif diġà rrilevajt, l-espressjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li japplika gћad-detenzjoni u jillimita l-perijodu tagħha, hekk kif tipprovdi l-premessa 16 tal-imsemmija direttiva.

52.

Fl-aћћar nett, mid-drittijiet fundamentali, li jifformaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt u li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura r-rispett tagħhom ( 16 ), b’mod partikolari tad-dritt għal-libertà hekk kif iggarantit mill-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-perijodu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ deportazzjoni ma jistax jeċċedi t-terminu raġonevoli neċessarju sabiex jintlaћaq l-gћan segwit. B’mod iktar speċifiku, hekk kif irrileva ġustment Kadzoev f’dan il-kuntest, id-detenzjoni furzata li huwa kien suġġett għaliha sat-tneћћija — li għandha tiġi kklassifikata, ċertament, bħala “detenzjoni” fis-sens tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” — tikkostitwixxi ċaħda mil-libertà fis-sens tal-imsemmi artikolu, li gћalih japplika r-rekwiżit ta’ ġustifikazzjoni bbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija Konvenzjoni dwar id-detenzjoni ta’ persuna li kontriha qiegħda ssir proċedura ta’ deportazzjoni jew ta’ estradizzjoni. F’dan ir-rigward, anki jekk din il-konvenzjoni ma tissuġġetta l-perijodu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ deportazzjoni jew estradizzjoni gћal ebda limitu assolut, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaġixxu bid-diliġenza kollha neċessarja sabiex jiggarantixxu li l-perijodu ta’ tali detenzjoni jkun limitat gћal perijodu kemm jista’ jkun qasir. Jekk, min-naћa l-oћra, il-proċedura ma tkunx meћuda bid-diliġenza meħtieġa, iż-żamma ma tibqax iġġustifikata fir-rigward tal-punt (f) tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija Konvenzjoni ( 17 ).

53.

Minn dan isegwi li, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” id-detenzjoni ta’ persuna gћal raġunijiet tat-tneћћija tagħha gћandha tieqaf mill-iktar fis possibli u ssir illegali hekk kif il-kundizzjonijiet “materjali” tad-detenzjoni stabbiliti minn dan l-artikolu — partikolarment li l-mod ta’ tneħħija jkun għaddej u jkun eżegwit bid-diliġenza kollha rikjesta, u li jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija — ma jibqgħux sodisfatti jew, fi kwalunkwe każ, wara li jiskadi l-perijodu massimu ta’ detenzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 15(5) u (6), ta’ din id-direttiva.

54.

Wara dan, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi dwar il-legalità u ż-żamma tad-detenzjoni gћal raġunijiet tat-tneћћija ta’ Kadzoev fuq il-bażi, fost oћrajn, tal-Artikolu 44(8) tal-liġi dwar il-barranin, hekk kif emendata, u tiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt Bulgaru tal-Artikolu 15(5) u (6), tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, b’effett mit-18 ta’ Mejju 2009.

55.

Fid-dawl tal-fatt li l-liġi ta’ traspożizzjoni ma jkunx fiha dispożizzjonijiet tranżitorji li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ratione temporis u li gћaldaqstant ma huwiex previst li din il-liġi toħloq effett retroattiv, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, permezz tal-punt (a) tal-ewwel domanda tagћha, essenzjalment, huwiex possibbli, meta tiddeċiedi dwar it-terminu legali tad-detenzjoni, li jittieћdu inkunsiderazzjoni fatti legali, b’mod partikolari perijodi ta’ detenzjoni, qabel id-dћul fis-seħħ tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jew, bil-kuntrarju, jekk hemmx lok li jiġi eżaminat il-perijodu legali tad-detenzjoni unikament fil-konfront tal-fatti u tal-perijodi ta’ detenzjoni wara din id-data.

56.

L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, għandhom jitfakkru l-prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, fir-rigward tal-effetti ratione temporis tar-regoli legali.

57.

Jekk huwa minnu li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi, b’mod ġenerali, li regola tiġi applikata b’mod retroattiv ( 18 ), dan il-prinċipju, skont ġurisprudenza stabbilita, ma jistax japplika sal-punt li jimpedixxi, b’mod ġenerali, leġiżlazzjoni ġdida milli tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li jkunu oriġinaw taħt leġiżlazzjoni preċedenti ( 19 ).

58.

B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet, fil-ġurisprudenza stabbilita tagħha, il-prinċipju li jipprovdi li regola ġdida tapplika immedjatament gћas-sitwazzjonijiet li gћadhom pendenti, u li oriġinaw taħt ir-regola l-qadima ( 20 ).

59.

Min-naħa l-oħra, sa fejn jirrigwarda sitwazzjonijiet jew drittijiet akkwiżiti qabel id-dћul fis-seħħ tar-regoli ta’ dritt sostantiv, dawn ir-regoli gћandhom jiġu interpretati, bil-għan li tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, bħala li japplikaw għas-sitwazzjonijiet akkwiżiti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss sa fejn mid-diċitura, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li dawn għandhom jingħataw tali effett ( 21 ). Ir-regoli tal-proċedura huma, min-naħa l-oħra, ġeneralment ikkunsidrati li japplikaw għall-kawżi pendenti kollha minn meta dawn jidħlu fis-seħħ ( 22 ).

60.

Sussegwentement, għandha ssir analiżi iktar mill-qrib tal-każ inkwistjoni fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji.

61.

L-ewwel nett, hemm lok li jiġi kkonstatat li s-sitwazzjoni fattwali li tat lok għall-kawża prinċipali, jiġifieri d-detenzjoni ta’ Kadzoev, anki jekk il-punt ta’ tluq kien qabel id-dћul fis-seħħ tal-liġi ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” fid-dritt Bulgaru, ma tistax titqies bћala sitwazzjoni attwali jew akkwiżita qabel id-dћul fis-seћћ tal-imsemmija liġi li għaliha din il-liġi ser tapplika għaldaqstant “retroattivament”. Dan huwa pjuttost każ ċar ta’ sitwazzjoni kontinwa li bdiet fil-passat, iżda li tippersisti fil-mument tal-proċeduri inkwistjoni. L-applikazzjoni għal dan il-każ tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” permezz tal-liġi ta’ traspożizzjoni sabiex tittieћed deċiżjoni dwar il-legalità, u b’hekk fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni, tad-detenzjoni ta’ Kadzoev ġejja għalhekk mill-prinċipju magħruf sew stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja, imsemmi iktar ’il fuq, li jipprovdi li r-regoli l-ġodda japplikaw immedjatament għas-sitwazzjonijiet attwali ( 23 ).

62.

Għalhekk, jifdal li wieħed ikun jaf jekk huwiex possibbli li tiġi eżaminata l-legalità tad-detenzjoni biss sa fejn żvolġiet wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi ta’ traspożizzjoni.

63.

Ma jidhirlix possibbli li wieħed jista’ jipproċedi gћal tali separazzjoni tal-perijodu ta’ detenzjoni gћall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-perijodu ta’ detenzjoni previsti bid-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

64.

F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-perijodi massimi ta’ detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jagћmlu parti minn grupp ta’ regoli bil-gћan li jiżguraw li d-detenzjoni tkun proporzjonata, jiġifieri li l-perijodu tagћha jkun kemm jista’ jkun qasir, u, fi kwalunkwe każ, mhux iktar minn 6 xhur jew, jekk ikun il-każ, it-18-il xahar previst ( 24 ). Għaldaqstant, jekk, f’kawża bħal dik inkwistjoni, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-perijodu ta’ detenzjoni huwiex raġonevoli u jekk iż-żamma tagћha għadhiex iġġustifikata, jien ma nistax nara kif dan jista’ jsir raġonevolment b’mod ieћor ћlief b’rigward għat-totalità tat-terminu reali tad-detenzjoni. Jidher, mill-inqas, arbitrarju gћall-aћћar li jiġu injorati, fl-eżami tal-perijodu tad-detenzjoni, ċerti perijodi minћabba li jkunu seħħew qabel id-dћul fis-seħħ tal-liġi ta’ traspożizzjoni. It-tali qari tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” kien ikollu, evidentement, bħala konsegwenza li qorti nazzjonali tista’ tikkonkludi, fuq il-bażi tal-liġi ta’ traspożizzjoni, favur il-proporzjonalità, jiġifieri gћall-ġustifikazzjoni, ta’ żamma tad-detenzjoni gћall-finijiet ta’ tneћћija ta’ persuna minkejja l-perijodu estiż ta’ detenzjoni tal-persuna inkwistjoni, li jidhirli ftit li xejn aċċettabbli.

65.

Fil-fatt, jeħtieġ li wieħed jistaqsi, it-tieni nett, fiex jikkonsisti effettivament l-gћan tat-termini massimi ta’ detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”. Fi kliem ieћor, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bħala għan, essenzjalment, li jimponu, mit-traspożizzjoni tagћhom fid-dritt nazzjonali u fil-każ ta’ detenzjoni li qiegħda ssir, din tal-aħħar tista’ tiġi estiża biss gћal perijodu massimu ta’ 18-il xahar fit-total, u indipendentement miż-żmien ta’ detenzjoni li diġà sar fil-passat, jew, bil-kontra, iridu jitqiesu bħala li jesprimu l-perijodu ta’ detenzjoni massimu aċċettabbli fis-sens li “ħadd ma jista’ jkun suġġett għal detenzjoni gћall-fini ta’ tneћћija għal iktar minn 18-il xahar”, bil-konsegwenza li persuna li tinsab, waqt id-dћul fis-seћћ tat-traspożizzjoni ta’ din ir-regola fid-dritt nazzjonali, pereżempju, diġà f’detenzjoni għal 3 xhur, din id-detenzjoni ma tistax tiġi estiża għal iktar mill-massimu ta’15-il xahar, u li persuna li, f’dak iż-żmien, diġà kienet detenuta għal iktar minn 18-il xahar, jew iktar mill-perijodu massimu, gћandha tiġi lliberata immedjatament?

66.

Fl-opinjoni tiegћi, hija b’mod ċar din l-aћћar interpretazzjoni li għandha tipprevali fid-dawl tal-gћan tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment tat-termini massimi ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija, jiġifieri, b’mod partikolari, li tiggarantixxi d-dritt fundamentali gћal-libertà tal-individwu kkonċernat, fejn kull eċċezzjoni gћandha tkun suġġetta gћal kundizzjonijiet stretti.

67.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda għandha tkun fis-sens li, għall-finijiet tal-eżami tal-perijodu legali ta’ detenzjoni u taż-żamma tiegħu fir-rigward ta’ liġi li biha l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” ġie traspost fid-dritt nazzjonali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu effettiv ta’ din id-detenzjoni, inkluż, konsegwentement, perijodi ta’ detenzjoni qabel id-data tad-dћul fis-seћћ tal-liġi ta’ traspożizzjoni.

2. Fuq il-punt (b) tal-ewwel domanda, u fuq it-tieni domanda

68.

Dawn id-domandi jirrigwardaw il-kunsiderazzjoni, fil-kalkolu tat-termini ta’ detenzjoni previst fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” tal-perijodi ta’ detenzjoni li matulhom l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni gћal tneћћija ġiet sospiża.

69.

Ser neżamina, fl-ewwel lok, it-tieni domanda dwar is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija minħabba proċedura ta’ azzjoni ġudizzjarja ppreżentata kontra l-imsemmija deċiżjoni, imbagħad, fit-tieni lok, il-każ, xi ftit iktar partikolari, ta’ sospensjoni minħabba proċedura ta’ għoti ta’ ażil imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel domanda. Għandu jingħad, minn qabel, li fiż-żewġ każijiet, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ rinviju, jeħtieġ nibda mill-ipoteżi li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, jiġifieri Kadzoev, jidher li, mhux biss kompla jirrisjedi fl-istess ċentru ta’ detenzjoni matul il-perijodi ta’ sospensjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija inkwistjoni, iżda kien għadu wkoll hemm fuq bażi ta’ ordni ta’ detenzjoni furzata.

70.

Qabel kollox, huwa xieraq li ntenni li, peress li d-detenzjoni furzata tikkostitwixxi ċaħda ta’ libertà, iċ-ċirkustanzi li fiha ngħatat teħtieġ interpretazzjoni stretta, minħabba li hija eċċezzjoni gћal garanzija fundamentali tal-libertà individwali ( 25 ).

71.

Sussegwentement, għandu jiġi osservat li d-diċitura tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” ma fiha ebda element li jagħtini għalfejn naħseb li ma huwiex possibbli li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti perijodi ta’ detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneћћija fil-kalkolu tat-terminu massimu ta’ detenzjoni stabbiliti mill-imsemmija dispożizzjonijiet, b’mod partikolari minħabba s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija.

72.

Fil-fatt, l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jipprovdi li, f’termini pjuttost assoluti, li kull Stat Membru jistabbilixxi perijodu limitat ta’ detenzjoni “li ma jistax jaqbez sitt xhur”. Sussegwentement, mid-diċitura tal-Artikolu 15(6) tal-istess direttiva jirriżulta b’mod ċar li dan il-perijodu jista’ jiġi estiż biss f’każijiet eċċezzjonali u, madankollu, gћal perijodu limitat li ma jaqbiżx tnax-il xahar ieħor biss.

73.

Barra minn hekk, iċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jitqies li tali estensjoni tal-perijodu ta’ detenzjoni huma ddefiniti b’mod ċar u eżawrjenti permezz ta’ din id-dispożizzjoni, li tqis il-każijiet fejn, minkejja l-isforzi raġonevoli kollha, huwa probabbli li l-operazzjoni ta’ tneћћija ddum iktar jew minћabba nuqqas ta’ kooperazzjoni miċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz, jew inkella minћabba dewmien mill-pajjjiżi terzi sabiex joħorġu d-dokumenti neċessarji. Bl-introduzzjoni ta’ dawn il-motivi ta’ estensjoni, il-leġiżlatur Komunitarju gћażel li jieћu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet prattiċi li jistgћu jiltaqgћu magћhom l-Istati Membri matul it-tneћћija taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali.

74.

Issa, gћandu jiġi kkonstatat li s-sospensjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija minћabba proċedura ta’ azzjoni ġudizzjarja ppreżentata kontra din id-deċiżjoni ma tidhirx fost dawn il-motivi ta’ estensjoni, u, fi kwalunkwe każ, ebda estensjoni tal-perijodu ta’ detenzjoni li jaqbeż it-tnax-il xahar ieħor ma hija stabbilita fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

75.

Konsegwentement, l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, ma jistax jiġi interpretat, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espressi f’dan is-sens, li jippermettu li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ detenzjoni li matulhom l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija ġiet sospiża minħabba proċedura ta’ rikors ġudizzjarju ppreżentata kontra din id-deċiżjoni, gћall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu tad-detenzjoni skont dan l-artikolu, li jkollu bħala effett li jippermetti detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija gћal iktar mill-perijodu massimu previst ta’ 18-il xahar.

76.

Fl-opinjoni tiegћi, din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, invokata mill-Gvern Bulgaru, fil-kawża Petrosian ( 26 ) dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 ( 27 ). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li meta d-dritt nazzjonali jipprovdi rikors li jista’ jkollu effett sospensiv, it-terminu ta’ eżekuzzjoni ta’ trasferiment ta’ applikant għal ażil stabbilit fl-Artikolu 20(1)(d) ta’ dan ir-regolament jibda jiddekorri mhux mid-deċiżjoni ġudizzjarja provviżorja li tissospendi d-dħul fis-seħħ tal-proċedura ta’ trasferiment, iżda biss mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-proċedura ( 28 ).

77.

Din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-raġunament ta’ warajha, ma tistax tiġi madankollu trasposta direttament gћal dan il-każ, peress li t-termini inkwistjoni huma ta’ natura differenti. Filwaqt li t-terminu inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Petrosian, iċċitata iktar ’il fuq, jistabbilixxi ż-żmien disponibbli għall-Istat Membru rikorrent sabiex jeżegwixxi t-trasferiment ta’ applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru li għandu jilqgħu mill-ġdid, it-termini massimi stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” għandhom l-għan li jillimitaw għal terminu raġonevoli ċ-ċaħda mil-libertà ta’ individwu li, mill-bqija, ma gћamel xejn ħlief fittex residenza illegali. Bl-istess mod, it-termini inkwistjoni f’din il-kawża jillimitaw il-perijodu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija, u mhux, mill-inqas b’mod dirett, id-dħul fis-seħħ tal-proċedura ta’ tneħħija bħala tali, li tinkludi, jekk ikun il-każ, rikorsi ġudizzjarji ppreżentati kontra d-deċiżjoni ta’ tneћћija.

78.

F’dak li jikkonċerna, fl-aћћar nett, l-elementi li rreferiet għalihom il-qorti tar-rinviju fil-kuntest tat-tieni domanda, jiġifieri l-inċertezzi dwar l-identità taċ-ċittadin, in-nuqqas li kellu ta’ mezzi ta’ gћixien jew l-imġiba aggressiva tiegћu, dawn iċ-ċirkustanzi huma evidentement irrelevanti f’dak li jikkonċerna l-kwistjoni ta’ prinċipju dwar jekk perijodu ta’ detenzjoni li matulu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija ġiet sospiża minћabba proċedura ta’ appell kontra din id-deċiżjoni għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-termini ta’ detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15 (5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”  ( 29 ). F’dan il-kuntest, huwa wkoll ta’ ftit importanza jekk iċ-ċittadin kompliex jirrisjedi f’dan l-istess ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni waqt il-perijdou kkonċernat, — l-unika kwistjoni deċisiva hija, gћall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu massimu ta’ detenzjoni, dik jekk dan iċ-ċittadin, matul dan il-perijodu, kienx effettivament suġġett għal detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneћћija.

79.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun fis-sens li, matul il-kalkolu tal-perijodu ta’ detenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ detenzjoni li matulu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija ġiet sospiża, skont dispożizzjoni nazzjonali espressa, minћabba proċedura ta’ rikors ġudizzjarju ppreżentata kontra din id-deċiżjoni.

80.

It-tieni nett, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk it-termini ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija msemmija fl-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” għandhomx jinkludu wkoll perijodu li matulu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneћћija tkun ġiet sospiża minћabba proċedura ta’ ażil li nbdiet miċ-ċittadin tal-pajjiż terz inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, din id-direttiva tapplika biss gћal ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali fit-territorju ta’ Stat Membru.

81.

Issa, kif tipprovdi l-premessa 9 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, skont id- Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat ( 30 ), ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun applika għal ażil fi Stat Membru ma għandux jitqies bħala li qiegħed illegalment fit-territorju tal-Istat Membru sakemm ma tidħolx fis-seħħ deċiżjoni negattiva fir-rigward tal-applikazzjoni jew deċiżjoni li ttemm id-dritt ta’ soġġorn tiegħu jew tagħha biex ifittex ażil.

82.

Minn dan isegwi li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun talab ażil, ma jaqax — jew, skont il-każ, ma jaqax iktar — taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” sakemm tkun għada għaddejja l-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni tiegћu għal ażil.

83.

Sa fejn l-applikant għal ażil ma jistax jitqies iktar li qed jirrisjedi illegalment fit-territorju tal-Istat Membru u ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, id-detenzjoni tiegћu bil-għan li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ tneћћija ma tibqax iktar iġġustifikata fuq il-bażi ta’ din id-direttiva.

84.

L-istatus u d-drittijiet tiegћu bћala applikant għal ażil huma għalhekk irregolati minn sistemi ta’ ażil internazzjonali u Komunitarji applikabbli, b’mod partikolari bil-Konvenzjoni ta’ Genève, tat-28 ta’ Lulju 1951, dwar l-istatus tar-refuġjati, kif ukoll bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil ( 31 ).

85.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, anki jekk persuna ma tistax tintbagћat f’detenzjoni gћas-sempliċi raġuni li talbet l-ażil ( 32 ), id-detenzjoni ta’ applikant għal ażil ma hijiex, bħala tali, eskluża skont id-dritt nazzjonali u Komunitarju tal-ażil ( 33 ).

86.

B’dan il-mod, pereżempju, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/9 jipprovdi għal detenzjoni meta tkun neċessarja gћal raġunijiet legali jew ta’ ordni pubbliku. Fi kwalunkwe każ, tali detenzjoni ta’ applikant għal ażil gћandha tkun naturalment ibbażata u ġġustifikata skont il-kundizzjonijiet partikolari stabbiliti mir-regoli rilevanti li jirregolaw l-ażil u ma tistax tkun ibbażata legalment fuq id-dritt li jirregola l-istatus tal-persuni li qed jirrisjedu illegalment.

87.

Fl-opinjoni tiegћi, minn din l-analiżi tirriżulta stampa mħallta fir-rigward tal-każ inkwistjoni.

88.

Jekk id-detenzjoni matul il-perijodu tal-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil ta’ Kadzoev kienet ibbażata fuq ordni ta’ detenzjoni furzata meħud skont ir-regoli rilevanti li jirregolaw l-ażil, din id-detenzjoni ma tistax titqies bћala detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija skont id-Direttiva dwar ir-“ritorn”. Il-perijodu tagћha ma jistax għalhekk jiġi rregolat skont l-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, u gћaldaqstant, ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-termini ta’ detenzjoni stabbiliti f’dan l-artikolu ( 34 ).

89.

Jekk, min-naħa l-oħra, Kadzoev sempliċement baqa’ miżmum f’detenzjoni wara li applika għall-ażil u mingћajr ma l-awtoritajiet kienu ћadu deċiżjoni separata dwar iż-żamma f’detenzjoni, fuq il-bażi tal-ordni ta’ detenzjoni oriġinali, allura effettivament, matul dan il-perijodu, kien dejjem jinsab f’detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija, xorta waћda kien ikun hemm possibbiltà li din id-detenzjoni tiġi titqies bћala illegali, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti. F’tali każ, il-perijodu kkonċernat mill-proċedura tal-għoti tal-ażil gћandu, minћabba l-istess raġunijiet tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneћћija minħabba azzjoni ġudizzjarja, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-termini massimi stabbiliti mill-Artikolu 15(5) u (6), tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

90.

Barra minn hekk, il-perijodu massimu ta’ detenzjoni effettiva għal raġunijiet ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiz terz ma jistax jiġi estiż permezz ta’ perijodu ta’ detenzjoni illegali.

91.

Anki jekk jidher, abbażi tal-informazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha, li hija t-tieni sitwazzjoni li tipprevali fil-kawża prinċipali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk id-detenzjoni furzata matul il-perijodu li fih huwa kien applikant għal ażil, kinitx ibbażata fuq ir-regoli rilevanti gћall-proċeduri għall-ażil jew jekk kinitx għadha bbażata fuq detenzjoni bil-gћan li tiġi żgurata t-tneћћija taċ-ċittadin ta’ pajjiz terz li qed jirrisjedi illegalment.

92.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, nipproponi li r-risposta għall-punt (b) tal-ewwel domanda għandha tkun fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” fir-rigward tal-perijodu massimu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija ma japplikawx, bħala regola ġenerali, gћal perijodi ta’ detenzjoni imposti fuq applikant għal ażil fil-kuntest ta’ proċedura gћall-gћoti ta’ ażil. Jekk, madankollu, ċittadin ta’ pajjiż terz jibqa’ suġġett gћal detenzjoni gћal raġunijiet tat-tneћћija tiegћu, fis-sens tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” wara li jkun applika għal ażil u matul l-eżami ta’ din l-applikazzjoni, dan il-perijodu ta’ detenzjoni gћandu jittieћed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-termini ta’ detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15 (5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

3. Fuq it-tielet domanda preliminari

93.

Permezz tat-tielet domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tipprova tiċċara, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, il-kunċett legali tal-“prospett raġonevoli ta’ tneћћija” skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

94.

Skont din id-dispożizzjoni, id-detenzjoni ma tibqax iġġustifikata u l-persuna kkonċernata għandha tiġi immedjatament liberata “meta jkun jidher li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija għal konsiderazzjonijiet legali jew oħrajn”.

95.

Dan ir-rekwiżit jirrifletti l-fatt li d-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jirrisjedi illegalment tibqa’ ġġustifikata biss bil-għan tat-tneћћija tiegħu u b’rabta mal-proċeduri ta’ tneћћija fis-seħħ li jkunu qed jiżvolġu bid-diliġenza rikjesta, li jimplika l-eżistenza ta’ possibbiltà ta’ tneћћija. Issa, kif jirriżulta mid-diċitura tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, l-eżistenza ta’ possibbiltà astratta jew teoretika ta’ tneћћija, mingћajr preċiżjoni dwar meta dan jista’ jseħħ jew dwar il-probabbiltà, ma hijiex biżżejjed f’dan ir-rigward. Għandu jeżisti prospett “raġonevoli”, jiġifieri fi kliem ieħor realistiku, li tista’ ssir it-tneћћija tal-persuna detenuta f’terminu raġonevoli ( 35 ).

96.

B’hekk, hija evidentement il-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ta’ dan il-każ, jekk tali prospett raġonevoli gћadux jeżisti jew le.

97.

Madankollu, hemm lok li jiġi speċifikat li, f’dak li jikkonċerna ċ-ċirkustanzi deskritti mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari, prospett raġonevoli ta’ tneħħija jidher li ma jibqax jeżisti meta jidher ftit probabbli li l-pajjiż terz inkwistjoni ser jagħti mill-ġdid, fil-futur raġonevolment qrib, il-kunsens tiegħu sabiex il-persuna kkonċernata tintlaqa’, jew meta t-tneћћija fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ dħul mill-ġdid ma tidhirx possibbli f’terminu raġonevoli, irrispettivament mir-raġunijiet inkwistjoni.

98.

Fl-aћћar nett, huwa naturali li jekk it-termini massimi ta’ detenzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jiskadu, il-persuna kkonċernata gћandha, madankollu, tiġi immedjatament liberata, irrispettivament mill-eżistenza ta’ prospett raġonevoli ta’ tneћћija ( 36 ).

99.

Konsegwentement, nipproponi li r-risposta gћat-tielet domanda tkun fis-sens li persuna li hija suġġetta gћal detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija, gћandha tiġi lliberata immedjatament meta ma jibqax jidher iktar realistiku li tista’ ssir it-tneћћija f’terminu raġonevoli. Prospett raġonevoli ta’ tneћћija jidher li ma jibqax jeżisti meta jidher ftit probabbli li l-pajjiż terz inkwistjoni ser jagħti mill-ġdid, fil-futur raġonevolment qrib, il-kunsens tiegħu sabiex il-persuna kkonċernata tintlaqa’, jew meta t-tneћћija fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ dħul mill-ġdid partikolari, ma tidhirx possibbli f’terminu raġonevoli, irrispettivament mir-raġunijiet inkwistjoni.

4. Dwar ir-raba’ domanda preliminari

100.

Permezz tar-raba’ domanda preliminari tagћha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(4) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” jippermettix li l-persuna kkonċernata ma tiġix illiberata immedjatament, minkejja l-iskadenza tal-perijodu massimu ta’ detenzjoni stabbilita minn din id-direttiva, gћar-raġuni li ma tinsabx fil-pussess ta’ dokumenti validi, li tat prova ta’ mġiba aggressiva u li ma għandhiex mezzi adegwati ta’ għixien jew li l-ebda persuna terza ma ntrabtet li tiggarantixxi l-għixien tagħha.

101.

F’dan ir-rigward, biżżejjed li jiġi kkonstatat li estensjoni tad-detenzjoni minћabba ċ-ċirkustanzi msemmija tmur direttament kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-“ritorn” relatati mad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jirrisjedi illegalment li jipprovdu li, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti tiegħi ( 37 ), id-detenzjoni hija permessa biss bħala miżura aћћarija, sussidjarja meta mqabbla ma’ kull miżura amministrattiva oћra inqas koerċitiva, suġġetta gћal ġustifikazzjoni stretta u biss gћal raġunijiet u b’rabta mal-proċedura ta’ tneћћija, u dan gћal perijodu massimu ta’ 18-il xahar ( 38 ).

102.

Gћalhekk, ir-risposta gћar-raba’ domanda għandha tkun fis-sens li d-detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija ma tistax tiġi estiża iktar mill-perijodu massimu stabbilit fl-Artikolu 15(4) u (6) tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, gћal raġunijiet bћal nuqqas ta’ dokumenti ta’ identità validi, imġiba aggressiva tal-persuna kkonċernata jew in-nuqqas ta’ mezzi adegwati ta’ għixien jew ta’ mezzi oћra materjali li jippermettu residenza fit-territorju tal-Istati Membri inkwistjoni.

V — Konklużjoni

103.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddikjara d-domandi preliminari ammissibbli u li tirrispondi lill-Administrativen sad Sofia-grad fis-sens li:

għall-finijiet tal-eżami tal-perijodu legali ta’ detenzjoni u taż-żamma tiegħu billi tiddeċiedi, abbażi ta’ liġi li biha l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ġie traspost fid-dritt nazzjonali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu effettiv ta’ din id-detenzjoni, inkluż, konsegwentement, perijodi ta’ detenzjoni qabel id-data tad-dћul fis-seћћ tal-liġi ta’ traspożizzjoni;

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115 dwar il-perijodu massimu ta’ detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija ma japplikawx, bħala regola ġenerali, gћal perijodi ta’ detenzjoni imposti fuq applikant għal ażil fil-kuntest ta’ proċedura gћall-gћoti ta’ ażil. Jekk, madankollu, ċittadin ta’ pajjiż terz jibqa’ suġġett gћal detenzjoni gћal raġunijiet tat-tneћћija tiegћu, fis-sens tal-imsemmija direttiva wara li jkun applika għal ażil u matul l-eżami ta’ din l-applikazzjoni, dan il-perijodu ta’ detenzjoni gћandu ji

matul il-kalkolu tal-perijodu ta’ detenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ detenzjoni li matulu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneћћija ġiet sospiża, skont dispożizzjoni nazzjonali espressa, minћabba proċedura ta’ rikors ġudizzjarju ppreżentata kontra din id-deċiżjoni;

persuna li hija suġġetta gћal detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija, gћandha tiġi lliberata immedjatament meta ma jibqax jidher iktar realistiku li tista’ ssir it-tneћћija f’terminu raġonevoli. Prospett raġonevoli ta’ tneћћija jidher li ma jibqax jeżisti meta jidher ftit probabbli li l-pajjiż terz inkwistjoni se jagħti mill-ġdid, fil-futur raġonevolment qrib, il-kunsens tiegħu sabiex il-persuna kkonċernata tintlaqa’, jew meta t-tneћћija fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ dħul mill-ġdid partikolari, ma tidhirx possibbli f’terminu raġonevoli, irrispettivament mir-raġunijiet inkwistjoni;

id-detenzjoni gћal raġunijiet ta’ tneћћija ma tistax tiġi estiża iktar mill-perijodu massimu stabbilit fl-Artikolu 15(4) u (6) tad-Direttiva 2008/115, gћal raġunijiet bћal nuqqas ta’ dokumenti ta’ identità validi, imġiba aggressiva tal-persuna kkonċernata jew in-nuqqas ta’ mezzi adegwati ta’ għixien jew ta’ mezzi oћra materjali li jippermettu residenza fit-territorju tal-Istati Membri inkwistjoni.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

( 2 ) ĠU L 348, p. 98.

( 3 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Amuur vs Franza tal-25 ta’ Ġunju 1996, Ġabra ta’ sentenzi u deċiżjonijiet 1996-III, § 41.

( 4 ) “Dispożizzjonijiet supplementari gћal-liġi li temenda u li tikkompleta l-Liġi dwar il-Barranin fir-Repubblika tal-Bulgarija” (Ġurnal Uffiċjali Bulgaru Nru 36/2009), li l-paragrafu 16 tagħha jipprovdi li l-imsemmija liġi tikkostitwixxi t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”.

( 5 ) Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Novembru 1999, Teckal (C-107/98, Ġabra p. I-8121, punti 31, 34 u 39); tas-7 ta’ Gunju 2007, van der Weerd et (C-222/05 sa C-225/05, Ġabra p. I -4233, punti 22 u 23), u tal-15 ta’ Novembru 2007, International Mail Spain (C-162/06, Ġabra p. I-9911, punt 24).

( 6 ) Saïd Shamilovich Kadzoev vs Il-Bulgarija, ilment ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2007.

( 7 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-1 ta’ April 2004, Bellio F.lli Srl (C-286/02, Ġabra p. I-3465, punt 27); tal-15 ta’ Ġunju 2006, Air Liquide Industries Belgium (C-393/04 u C-41/05, Ġabra p. I-5293, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll tal-24 ta’ Ġunju 2008, Il-Komun ta’ Mesquer (C-188/07, Ġabra p. I-4501, punt 30).

( 8 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra p. I-2099, punt 39), kif ukoll van der Weerd et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata.

( 9 ) Ara s-sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 1997, Inter-Environnement Wallonie (C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 45); tat-8 ta’ Mejju 2003, ATRAL (C-14/02, Ġabra p. I-4431, punt 58), u tat-22 ta’ Novembru 2005, Mangold (C-144/04, Ġabra p. I-9981, punt 67).

( 10 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et (C-212/04, Ġabra p. I-6057, punti 122 u 123), u tat-23 ta’ April 2009, VTB-VAB u Galatea (C-261/07 u C-299/07, Ġabra p. I-2949, punt 39).

( 11 ) Ara, f’dan il-kuntest, is-sentenza VTB-VAB u Galatea, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40.

( 12 ) Ara wkoll il-punti 50 sa 52 ta’ din l-opinjoni.

( 13 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Inter-Environnement Wallonie, iċċitata iktar ’il fuq, punti 40 u 44. Parti mid-duttrina ssostni l-argument li qorti nazzjonali għandha dejjem tinterpreta d- dispożizzjonijiet nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, skont direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni, tagħha, matul il-kawża prinċipali, ikun gћadu ma skadiex, jekk jirrigwarda dispożizzjonijiet nazzjonali inklużi speċifikament gћat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva. Issa, anki li kieku kellu jingћad li jeżiżtu indikazzjonijiet f’dan is-sens fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-8 ta’ Ottubru 1987, Kolpinghuis Nijmegen (80/86, Ġabra p. 3969, punti 12, 15 u 16 moqrija flimkien), kif ukoll tal-15 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C-165/98, Ġabra p. I-2189, punt 17), il-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn naf jien, s’issa gћadha ma ddeċidietx b’mod ċar favur tali obbligu ġenerali ta’ interpretazzjoni konformi matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva. B’hekk, ma jifdallix ħlief li neżamina l-effetti possibbli ta’ direttiva qabel l-iskadenza tat-terminu tat-traspożizzjoni, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi, skont l-obbligu ta’ astenzjoni li japplika gћall-qrati nazzjonali skont il-ġurisprudenza Inter-Environnement Wallonie.

( 14 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Inter-Environnement Wallonie, iċċitata iktar ’il fuq, punti 46 sa 49.

( 15 ) Ara l-punt 30 ta’ din l-opinjoni.

( 16 ) Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Ġunju 1991, ERT (C-260/89, Ġabra p. I-2925, punt 41), u tat-18 ta’ Diċembru 1997, Annibaldi (C-309/96, Ġabra p. I-7493, punt 12). Minbarra dan, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar ir-“ritorn”, din id-direttiva gћandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċedura applikabbli “skont id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju kif ukoll mad-dritt internazzjonali, inklużi l-obbligi fil-qasam tal-protezzjoni tar-refuġjati u tad-drittijiet tal-bniedem.”

( 17 ) Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-sentenza Chahal vs Ir-Renju Unit, tal-15 ta’ Novembru 1996, Ġabra ta’ sentenzi u deċiżjonijiet 1996-V, § 113; il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-sentenza Mikolenko vs L-Estonja, tat-8 ta’ Ottubru 2009, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra ta’ sentenzi u deċiżjonijiet §§ 59 sa 61; ara wkoll il-prinċipju Nru 7 tal-“Għoxrin prinċipju essenzjali dwar it-tneħħija furzata” adottati fl-4 ta’ Mejju 2005 mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u l-kummenti dwar dawn il-prinċipji ppreparati mill-Kumitat ta’ esperti ad hoc dwar l-aspetti legali tal-ażil territorjali, tar-refuġjati u tal-persuni mingћajr stat (CAHAR), ippubblikati f’Settembru 2005, il-kumment tal-prinċipju essenzjali Nru 7.

( 18 ) Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-6 ta’ Lulju 2006, Kersbergen-Lap u Dams-Schipper (C-154/05, Ġabra p.I -6249, punt 42).

( 19 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen (C-334/07 P, Ġabra p. I-9465, punt 43).

( 20 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-10 ta’ Lulju 1986, Licata vs CES (270/84, Ġabra p. 2305, punt 31); tad-29 ta’ Ġunju 1999, Butterfly Music (C-60/98, Ġabra p. I-3939, punt 24), u tad-29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C-162/00, Ġabra p. I-1049, punt 50).

( 21 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pokrzeptowicz-Mayer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49.

( 22 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-6 ta’ Lulju 1993, CT Control (Rotterdam) u JCT Benelux vs Il-Kummissjoni (C-121/91 u C-122/91, Ġabra p. I-3873, punt 22).

( 23 ) Ara s-sentenza Pokrzeptowicz-Meyer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52.

( 24 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punti 49 sa 53 ta’ din l-opinjoni.

( 25 ) Ara l-punt 52 iktar ’il fuq; ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Mohd vs Il-Greċja tas-27 ta’ April 2006, § 18.

( 26 ) Sentenza tad-29 ta’ Jannar 2009, Petrosian et (C-19/08, Ġabra p. I-495).

( 27 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).

( 28 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, f’dan ir-rigward, li, b’mod partikolari, skont l-gћan intiż mill-istabbiliment tat-terminu inkwistjoni, l-Istati Membri kellhom terminu ta’ sitt xhur li setgħu jisfruttaw b’mod sħiħ sabiex jistabbilixxu l-modalitajiet tekniċi tat-twettiq tat-trasferiment. L-Istati Membri jistgћu nkella jinjoraw/jabolixxu l-effett sospensiv tad-deċiżjoni provviżorja sabiex jagћmlu użu miż-żmien neċessarju gћall-organizzazzjoni tat-trasferiment tal-applikant għall-ażil.

( 29 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, il-punt 101 ta’ din l-opinjoni.

( 30 ) ĠU L 175, p. 168.

( 31 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101.

( 32 ) Ara, f’dan ir-rigward, pereżempju, Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2005/85.

( 33 ) Ara, f’dan il-kuntest, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Saadi vs Ir-Renju Unit, tad-29 ta’ Jannar 2008, § 65; is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Riad u Idiab vs Il-Belġju, tal-24 ta’ Jannar 2008, § 70; ara wkoll il-komunikazzjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem, Nru 560/1993: L-Awstralja. 30/04/97. CCPR/C/59/D/560/1993, punt 9.3.

( 34 ) Lanqas ma jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi possibbli ta’ ċaħda mil-libertà fuq bażijiet legali oћra, pereżempju, fuq il-bażi tad-dritt kriminali nazzjonali.

( 35 ) Ara f’dan ir-rigward il-kumment, u l-ġurisprudenza ċċitata, tal-CAHAR dwar il-prinċipju essenzjali Nru 7 dwar ir-ritorn furzat, iċċitat iktar ’il fuq.

( 36 ) Fil-fatt, fid-dawl tal-fatti tal-każ, b’mod partikolari l-perijodu ta’ detenzjoni ta’ Kadzoev, u għar-risposti proposti gћall-ewwel u t-tieni domandi preliminari, tista’ tqum kwistjoni dwar ir-rilevanza ta’ din domanda gћall-finijiet tal-proċedura prinċipali.

( 37 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 48 sa 53 u 70 sa 73 ta’ din l-opinjoni.

( 38 ) Xieraq li nżid li d-detenzjoni, minћabba mġiba aggressiva, fuq bażi legali oћra ta’ dritt nazzjonali, bћal, pereżempju, jekk ikun il-każ, liġi bil-għan li żżomm l-ordni pubbliku jew id-dritt kriminali, tibqa’ dejjem possibli.

Top