Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0330

    Kawża C-330/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    ĠU C 233, 26.9.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/13


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    (Kawża C-330/09)

    2009/C 233/22

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u M. Adam, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

    Talbiet

    tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1) billi naqset milli tadotta b’mod sħiħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa din id-direttiva jew milli tikkomunikahom b’mod sħiħ lill-Kummissjoni;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-24 ta’ Frar 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva, jew, f’kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 157, p. 87


    Top