Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0101

Kawża C-101/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit- 13 ta’ Marzu 2009 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs D, Partijiet oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht, Il-Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten fi ħdan il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

ĠU C 129, 6.6.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fit-13 ta’ Marzu 2009 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs D, Partijiet oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht, Il-Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten fi ħdan il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

(Kawża C-101/09)

2009/C 129/11

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Konvenuta: D

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht

Il-Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten fi ħdan il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

Domandi preliminari

1)

Meta ċ-ċittadin barrani kien għal żmien twil involut bħala kombattent u bħala uffiċjal — inkluż, għal xi żmien, bħala membru fit-tmexxija tagħha — ta’ organizzazzjoni (f’dan il-każ il-PKK) li fil-ġlieda bl-armi tagħha kontra l-Istat (f’dan il-każ it-Turkija) applikat b’mod regolari metodi terroristiċi u li hija inkluża fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u meta dan iċ-ċittadin barrani għalhekk sostna b’mod attiv il-ġlieda bl-armi ta’ din l-organizzazzjoni filwaqt li kien jokkupa pożizzjoni prominenti, jista’ jingħad li hemm delitt serju mhux politiku jew ksur tal-għanjiet u tal-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sens tal-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-esklużjoni tal-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE hija suġġetta għall-fatt li dan iċ-ċittadin barrani ikun għadu jirrappreżenta perikolu?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: l-esklużjoni tal-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE hija suġġetta għal eżami ta’ proporzjonalità fid-dawl tal-każ ineżami?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda:

a)

Fil-kuntest tal-eżami ta’ proporzjonalità, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li ċ-ċittadin barrani jibbenefika mill-protezzjoni kontra t-tkeċċija taħt l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950 jew taħt dispożizzjonijiet nazzjonali?

b)

L-esklużjoni tkun sproporzjonata biss f’każijiet eċċezzjonali li jkollhom karatteristiċi partikolari?

5)

Ikun kompatibbli mad-Direttiva 2004/83/KE, fis-sens tal-Artikolu 3 tagħha, jekk iċ-ċittadin barrani jibqa’, minkejja l-eżistenza ta’ kawża ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 12(2) tagħha u minkejja li jiġi rrevokat l-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 14(3) tagħha, jibbenefika mill-għarfien tad-dritt għal ażil taħt id-dritt kostituzzjonali nazzjonali?


(1)  ĠU L 304, p. 12


Top