Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0057

    Kawża C-57/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl- 10 ta’ Frar 2009 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs B, Parti oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht

    ĠU C 129, 6.6.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2009 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs B, Parti oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht

    (Kawża C-57/09)

    2009/C 129/04

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Konvenut: B

    Parti oħra fil-kawża: Il-Vertreter des Bundesinteresses fi ħdan il-Bundesverwaltungsgericht

    Domandi preliminari

    1)

    Meta l-applikant kien jagħmel parti minn organizzazzjoni mniżżla fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li teżerċita metodi terroristiċi u meta l-applikant ikun sostna b’mod attiv il-ġlieda bl-armi ta’ din l-organizzazzjoni, jista’ jingħad li hemm delitt serju tad-dritt komuni jew atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sens tal-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1)?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-esklużjoni tal-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE hija suġġetta għall-fatt li l-applikant ikun għadu jirrappreżenta perikolu?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: l-esklużjoni tal-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE hija suġġetta għal eżami ta’ proporzjonalità fid-dawl tal-każ ineżami?

    4)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda:

    a)

    Fil-kuntest tal-eżami ta’ proporzjonalità, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-applikant jibbenefika mill-protezzjoni kontra t-tkeċċija taħt l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950 jew taħt dispożizzjonijiet nazzjonali?

    b)

    L-esklużjoni tkun sproporzjonata biss f’każijiet eċċezzjonali li jkollhom karatteristiċi partikolari?

    5)

    Ikun kompatibbli mad-Direttiva 2004/83/KE, fis-sens tal-Artikolu 3 tagħha, li l-applikant jibbenefika, minkejja l-eżistenza ta’ kawża ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 12(2) tagħha, minn dritt għall-ażil skont id-dritt kostituzzjonali nazzjonali?


    (1)  ĠU L 304, p. 12


    Top