Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0544

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-15 ta' Settembru 2011.
    ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell - Għajnuna mill-Istat - Introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fir-reġjun Berlin-Brandenburg - Artikolu 87(3)(ċ) KE - Falliment tas-suq - Proporzjonalità - Newtralità fuq il-livell teknoloġiku - Effett ta' inċentiv.
    Kawża C-544/09 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:584





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 – Il‑Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑544/09 P)

    “Appell – Għajnuna mill-Istat – Introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fir-reġjun Berlin Brandenburg – Artikolu 87(3)(ċ) KE – Falliment tas-suq – Proporzjonalità – Newtralità fuq il-livell teknoloġiku – Effett ta’ inċentiv”

    1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Għajnuna li tipprovdi titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja mingħajr ma tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 87(3) KE - Assenza - Finanzjament pubbliku tal-bidla lejn it-televiżjoni diġitali terrestri - Evalwazzjoni tal-kriterju ta’ neċessità (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 44, 46-48)

    2.                     Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 63)

    3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Kundizzjonijiet - Tranżizzjoni tax-xandir analoġiku għal xandir diġitali - Kundizzjoni ta’ newtralità fuq livell teknoloġiku - Evalwazzjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punti 77, 79-81)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2009, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (T‑21/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fir-reġjun ta’ Berlin-Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14) - Ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top