This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CJ0526
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 2 December 2010. # European Commission v Portuguese Republic. # Failure of a Member State to fulfil its obligations - Environment - Directive 91/271/EEC - Urban waste-water treatment - Article 11(1) and (2) - Discharge of industrial waste water into collecting systems and urban waste water treatment plants - Subject to prior regulations and/or specific authorisations - Lack of authorisation. # Case C-526/09.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-2 ta' Diċembru 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 11(1) u (2) - Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta' ġbir u fl-istazzjonijiet ta' purifikazzjoni tal-ilma urban mormi - Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi - Nuqqas ta' awtorizzazzjoni.
Kawża C-526/09.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-2 ta' Diċembru 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 11(1) u (2) - Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta' ġbir u fl-istazzjonijiet ta' purifikazzjoni tal-ilma urban mormi - Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi - Nuqqas ta' awtorizzazzjoni.
Kawża C-526/09.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:734
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑526/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikolu 11(1) u (2) – Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta’ ġbir u fl-istazzjonijiet ta’ purifikazzjoni tal-ilma urban mormi – Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi – Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni - Produzzjoni ta’ provi li juru n-nuqqas - Ċaħda li taqa’ fuq l-Istat Membru inkwistjoni (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikolu 11(1) u (2)) (ara l-punti 21, 22, 32)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikolu 11(1) u (2)) (ara l-punti 24, 25)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) - Liċenzja għall-ħruġ ta’ ilma mormi - “Estação de Serviço Sobritos”. |
Dispożittiv
1) Billi ppermettiet il-ħruġ tal-ilma industrijali mormi tas-sit industrijali ta’ Estação de Serviço Sobritos, Lda li tinsab fiż-żona urbana ta’ Matosinhos, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni adegwata maħruġa f’dan ir-rigward, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/721/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.