EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0329

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-21 ta' Diċembru 2011.
Iride SpA, magħrufa qabel bħala Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija lill-impriżi ta' servizzi pubbliċi - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku.
Kawża C-329/09 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:859





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 – Iride, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑329/09 P)

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizz pubbliku – Eżenzjonijiet fiskali – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Locus standi – Interess ġuridiku”

1.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 34-36)

2.                     Appell - Kwalifikazzjoni li għandha tingħata għat-talba tal-konvenuta li hija biss intiża għas-sostituzzjoni tal-motivi - Talba inammissibbli minħabba assenza ta’ interess ġuridiku (ara l-punt 50)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AMGA vs Il-Kummissjoni (T‑300/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali awtorizzati mill-Italja favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi (ĠU L 77, p. 21).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Iride SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mat-talba tas-sostituzzjoni tal-motivi.

Top