Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0492

    Kawża C-492/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 15 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Taranto — l-Italja) — Soc Agricola Esposito srl vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Taranto 2 (Artikoli 92(1), 103(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE — Taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva — Inammissibbiltà parzjali — Domandi li r-risposta tagħhom ma jagħtu lok għall-ebda dubju ragionevoli)

    ĠU C 120, 16.4.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 120/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Taranto — l-Italja) — Soc Agricola Esposito srl vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Taranto 2

    (Kawża C-492/09) (1)

    (Artikoli 92(1), 103(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE - Taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva - Inammissibbiltà parzjali - Domandi li r-risposta tagħhom ma jagħtu lok għall-ebda dubju ragionevoli)

    2011/C 120/03

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria provinciale di Taranto

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Soc Agricola Esposito srl

    Konvenuti: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Taranto 2

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Taranto — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 29 p. 349), u tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 29 p. 337) — Taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern imposta fil-każ ta’ kuntratt ta’ abbonament telefoniku — Taxxa mhux applikabbli fil-każ ta’ karta telefonika mħallsa bil-quddiem — Ammissibbiltà.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-parti tar-raba’ domanda dwar id-Direttiva 2002/77/KE tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll is-sitt domanda, huma inammissibbli.

    (2)

    Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Awtorizzazzjoni”), u d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) ma humiex inkompatibbli ma’ taxxa bħal ma hija t-taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva


    (1)  ĠU C 24, 30.1.2010.


    Top