Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0460

    Kawża C-460/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 — Inalca SpA — Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet fil-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan — Investigazzjoni tal-OLAF — Komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-OLAF lill-awtoritajiet nazzjonali — Kostituzzjoni ta’ garanziji — Talba għal rimbors tal-ispejjeż relatati — Rabta kawżali — Appell inċidentali — Terminu ta’ preskrizzjoni — Bidu tad-dekorrenza)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Inalca SpA — Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-460/09 P) (1)

    (Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet fil-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan - Investigazzjoni tal-OLAF - Komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-OLAF lill-awtoritajiet nazzjonali - Kostituzzjoni ta’ garanziji - Talba għal rimbors tal-ispejjeż relatati - Rabta kawżali - Appell inċidentali - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza)

    2013/C 114/03

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Inalca SpA — Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone u C. D’Andria, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u P. Rossi, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali) (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Settembru 2009, Inalca u Cremonini vs Il-Kummissjoni (T-174/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ntbagħtu lill-awtoritajiet Taljani konklużjonijiet, li jinvolvu lir-rikorrenti, ta’ investigazzjoni magħmula mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex tiġi vverifikata l-leġittimità ta’ ċerti rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

    (2)

    Inalca SpA — Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA huma kkundannati għall-ispejjeż relattivi għall-appell prinċipali.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relattivi għall-appell inċidentali.


    (1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


    Top