This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0291
Case C-291/09: Judgment of the Court (First Chamber) of 7 April 2011 (reference for a preliminary ruling from the Rechtbank van koophandel te Brussel — Belgium) — Francesco Guarnieri & Cie v Vandevelde Eddy VOF (Free movement of goods — Article 34 TFEU — Cautio judicatum solvi — Company governed by Monegasque law — First paragraph of Article 18 TFEU)
Kawża C-291/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF ( “Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Cautio judicatum solvi — Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE” )
Kawża C-291/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF ( “Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Cautio judicatum solvi — Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE” )
ĠU C 160, 28.5.2011, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 160/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF
(Kawża C-291/09) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Cautio judicatum solvi - Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)
2011/C 160/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van kophandel Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Guarnieri Cie
Konvenut: Vandevelde Eddy VOF
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 KE, 29 KE u 30KE — “Cautio judicatum solvi” Ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija?
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas ta’ cautio judicatum solvi fuq rikkorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li ressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem waħda mill-qrati ċivili ta’ dan l-Istat kontra ċittadin ta’ dan l-istess Stat sabiex jikseb il-ħlas tal-kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ merkanzija assimilata għal merkanzija Komunitarja, iżda li ma timponix tali rekwiżit fuq iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.