Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62009CA0276

    Kawża C-276/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited) vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs ( Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjoni — Punti 1 u 3 tal-Artikolu 13B(d) — Negozjar ta’ kreditu — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti — Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista unika — Spejjeż supplementarji ffatturati waqt l-użu ta’ ċerti metodi ta’ ħlas għal servizzi ta’ telefonija mobbli )

    ĠU C 30, 29.1.2011, blz. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited) vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

    (Kawża C-276/09) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni - Punti 1 u 3 tal-Artikolu 13B(d) - Negozjar ta’ kreditu - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti - Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista unika - Spejjeż supplementarji ffatturati waqt l-użu ta’ ċerti metodi ta’ ħlas għal servizzi ta’ telefonija mobbli)

    2011/C 30/09

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (Chancery Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited)

    Konvenut: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue Customs

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Portata — Kunċett ta’ “servizz li għandu l-effett li jitrasferixxi fondi u li jinvolvi tibdiliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja” — Servizzi li jiddebitaw kont wieħed u jikkreditaw kont ieħor b’ammont korrispondenti — Servizzi li ma jinkludux it-twettiq ta’ attivitajiet li jikkonsistu fid-debitu ta’ kont u l-kreditu ta’ kont ieħor f’ammont korrispondenti, iżda li, meta jseħħ trasferiment ta’ fondi, jistgħu jitqiesu bħala li kienu l-kawża ta’ dak it-trasferiment — Sistema ta’ pagament ta’ telefonati li jsiru permezz ta’ telefon ċellulari.

    Dispożittiv

    Għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-ispejjeż supplementarji ffatturati minn fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni lill-klijenti tiegħu, meta dawn ma jħallsux għal dawn is-servizzi permezz tas-sistema ta’ “debitu dirett” jew ta’ trasferiment Bankers’ Automated Clearing System, iżda permezz ta’ karta ta’ kreditu, jew ta’ karta ta’ debitu, permezz ta’ ċekk jew permezz ta’ flus kontanti għand kaxxier tal-bank jew għand kaxxier ta’ aġent awtorizzat biex jiġbor il-ħlas f’isem dan il- fornitur ta’ servizzi, ma jikkostitwixxux il-kontroparti ta’ provvista ta’ servizzi distinta u indipendenti mill-provvista ta’ servizzi prinċipali li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni.


    (1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


    Naar boven