Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0165

    Kawżi magħquda C-165/09 sa 167/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas- 26 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting Natuur en Milieu et. (C-165/09)/College van Gedeputeerde Staten van Groningen, Stichting Natuur en Milieu et (C-166/09)/College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, Stichting Natuur en Milieu et (C-167/09) vs College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland ( “Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Permess għall-bini u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija — Direttiva 2001/81/KE — Limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ xi sustanzi li jniġġsu l-atmosfera — Setgħa tal-Istati Membri matul il-perijodu tranżitorju — Effett dirett” )

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting Natuur en Milieu et. (C-165/09)/College van Gedeputeerde Staten van Groningen, Stichting Natuur en Milieu et (C-166/09)/College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, Stichting Natuur en Milieu et (C-167/09) vs College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland

    (Kawżi magħquda C-165/09 sa 167/09) (1)

    (Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Permess għall-bini u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija - Direttiva 2001/81/KE - Limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ xi sustanzi li jniġġsu l-atmosfera - Setgħa tal-Istati Membri matul il-perijodu tranżitorju - Effett dirett)

    2011/C 211/06

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Greenpeace Nederland, B. Meijer, E. Zwaag, F. Pals (C-165/09), Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne (C 166/09), Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne (C-167/09),

    Konvenuti: College van Gedeputeerde Staten van Groningen (C-165/09), College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland (C-166/09 u C-167/09)

    fil-preżenza ta’: RWE Eemshaven Holding BV, li kienet RWE Power AG (C-165/09), Electrabel Nederland NV (C-166/09), College van Burgemeester en Wethouders Rotterdam (C-166/09 u C-167/09), E.On Benelux NV (C-167/09)

    Suġġett

    Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80), attwalment id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, p. 8) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 320) — Applikazzjoni għal permess ambjentali — Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti — Obbligi tal-Istati Membri matul il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva u d-data prevista fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/81, wara d-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħha — Impjant tal-enerġija

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 9(1), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, fil-verżjoni oriġinali tagħha kif ukoll f’dik ikkodifikata mid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, għandu jiġi intepretat fis-sens li, meta jinħareġ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-Istati Membri ma humiex marbuta li jqisu, fost il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan il-permess, il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ SO2 u ta’ NOx stabbiliti mid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, filwaqt li għandhom josservaw l-obbligu li jinsilet mill-imsemmija Direttiva 2001/81 li jadottaw jew jipprevedu, fil-kuntest ta’ programmi nazzjonali, politiki u miżuri xierqa u koerenti, adattati biex inaqqsu, komplessivament, l-emissjonijiet b’mod partikolari ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu għal kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti indikati fl-Anness I ta’ din id-direttiva sa mhux iktar tard minn tmiem is-sena 2010.

    (2)

    Matul il-perijodu tranżitorju mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/81:

    l-Artikolu 4(3) TUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u d-Direttiva 2001/81 jimponu l-obbligu fuq l-Istati Membri li ma jadottawx miżuri li jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat li jrid jintlaħaq minn din id-direttiva;

    ma jidhirx li l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miżura speċifika fir-rigward ta’ sors wieħed ta’ SO2 u ta’ NOx tista’, fiha nnifisha, tikkomprometti serjament il-kisba tar-riżultat li jrid jintlaħaq mid-Direttiva 2001/81. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan ikunx il-każ fir-rigward ta’ kull waħda mid-deċiżjonijiet li permezz tagħhom jinħareġ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali;

    it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 6, 7(1) u (2) u 8(1) u (2) tad-Direttiva 2001/81, minn naħa, jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jfasslu, jaġġornaw u jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, programmi ta’ tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u ta’ NOx. Għandhom iqiegħdu dawn il-programmi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati permezz ta’ informazzjoni ċara, komprensibbli u aċċessibbli faċilment, u għandhom ukoll jibagħtuhom lill-Kummissjoni fit-termini previsti. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjonijiet jimponu l-obbligu fuq l-Istati Membri li jħejju u jaġġornaw kull sena inventarji nazzjonali tal-imsemmija emissjonijiet, kif ukoll l-istimi nazzjonali għas-sena 2010. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fit-termini previsti;

    it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u d-Direttiva 2001/81 stess ma jimponux obbligu fuq l-Istati Membri jew li jirrifjutaw jew li jillimitaw il-ħruġ ta’ permess ambjentali għall-bini u t-tħaddim ta’ installazzjoni industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jew li jadottaw miżuri kompensatorji speċifiċi għal kull permess ta’ dan it-tip li jinħareġ, u dan anki f’każ li jinqabżu jew li jkun hemm riskju li jinqabżu l-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ SO2 u ta’ NOx.

    (3)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/81 ma huwiex inkondizzjonat u preċiż biżżejjed biex ikun jista’ jiġi invokat minn individwi quddiem il-qrati nazzjonali qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/81 jagħti lill-individwi kkonċernati direttament drittijiet li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati nazzjonali sabiex ikun jista’ jiġi pretiż li, matul il-perijodu tranżitorju bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jadottaw jew jipprevedu, fil-kuntest ta’ programmi nazzjonali, politiki u miżuri, xierqa u koerenti, li jkunu adattati biex inaqqsu, komplessivament, l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija b’mod li jikkonformaw ruħhom mal-limiti nazzjonali previsti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva sa mhux iktar tard minn tmiem is-sena 2010, u għandhom iqiegħdu l-programmi mfasslin għal dan il-għan għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati permezz ta’ informazzjoni ċara, komprensibbli u aċċessibbli faċilment.


    (1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


    Top