Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0535

    Kawża T-535/08: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Diċembru 2008 — Tuzzi fashion GmbH vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/28


    Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2008 — Tuzzi fashion GmbH vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

    (Kawża T-535/08)

    (2009/C 55/52)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tuzzi fashion GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-1561/2007-2; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Emidio Tucci” għal prodotti fil-klassi 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “TUZZI” irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 1 078 843 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “TUZZI” irreġistrata fl-Awstrija, fi Franza, fil-Benelux u fil-Polonja bin-Nru 496 835 għal prodotti fil-klassi 25; l-isem kummerċjali “TUZZI FASHION GMBH” użat fil-Ġermanja għal negozju fil-qasam tal-ħwejjeġ.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell għamel evalwazzjoni żbaljata tal-probbabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma rrispondiex it-talbiet tar-rikorrenti b'mod eżawrjenti u sa fejn ma esponiex b'mod oġġettiv il-motivi li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni tiegħu; ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma llimitax l-evalwazzjoni tiegħu għall-motivi invokati mill-partijiet; ksur tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn, fl-evalwazzjoni tiegħu tal-motiv ibbażat fuq abbuż tal-liġi, il-Bord tal-Appell injora l-prinċipji ġenerali fil-qasam tal-liġi proċedurali rikonoxxuti mill-Istati Membri.


    Top