This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0510
Case T-510/08: Action brought on 20 November 2008 — Toqueville v OHIM — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)
Kawża T-510/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Novembru 2008 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)
Kawża T-510/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Novembru 2008 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/35 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Toqueville vs UASI — Schiesaro (TOCQUEVILLE 13)
(Kawża T-510/08)
(2009/C 19/66)
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Toqueville Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti, I. Palombella u E. Cucchiara, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Schiesaro (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Awwissu 2008, fil-Każ R-829/2008-2 Toqueville Srl vs M. Schiesaro. |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità:“TOCQUEVILLE 13” (Trade mark Komunitarja Nru 1 406 982) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 41 u 42.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Toqueville Srl.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Marco Schiesaro.
Deċiżjoni kkontestata quddiem il-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa' l-applikazzjoni għar-revoka parzjali tat-trade mark inkwistjoni.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell iddikjarat inammissibbli u l-applikazzjoni għal “restitutio in integrum” fir-rigward tat-terminu għall-preżentazzjoni ta' appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni miċħuda.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 73 u 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll tal-Artikoli 2 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2869/95, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, u tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 40/94.