EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0476

Kawża T-476/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Novembru 2008 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

ĠU C 327, 20.12.2008, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T-476/08)

(2008/C 327/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Media-Saturn-Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Lewinsky, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 0591/2008-4 kif ukoll

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura u r-rimbors tal-ispejjeż tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “Best Buy” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 20, 21, 22, 27, 28, 35, 37, 38, 40, 41, 42 (Nru 5 189 550)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).


Top