Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0427

    Kawża T-427/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Settembru 2008 — CEAHR vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/44


    Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — CEAHR vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-427/08)

    (2008/C 313/80)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Confédération Européenne des Associations d'Horlogers-Réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, lawyer)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Fil-kawża inkwistjoni, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe(2008) D/204448 tal-10 ta' Lulju 2008 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet, minħabba nuqqas ta' interess Komunitarju, l-ilment tar-rikorrenti dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE relatat mar-rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi li jipprovdu spare parts lil arluġġara indipendenti [Każ C(2008)3600].

    Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret it-Trattat billi biddlet l-ilment tar-rikorrenti u għaldaqstant, applikat fatti materjalment inkorretti fid-deċiżjoni tagħha.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta' liġi u kisret l-Artikoli 81 u 82 KE billi ddeċidiet li l-manifatturi tal-arloġġi ilmentaw li kellhom pożizzjoni dominanti u li r-rifjut tagħhom li jbigħu spare parts barra mis-sistema ta' distribuzzjoni selettiva jikkostitwixxi abbuż tal-pożizzjoni dominanti tagħhom. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li kien hemm akkordji jew prattiċi miftiehma bejn il-manifatturi tal-arloġġi.

    Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha billi użat l-argument tan-nuqqas ta' interess Komunitarju wara li saret investigazzjoni tal-ilment tar-rikorrenti matul erba' snin.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet u għalhekk kisret l-Artikolu 253 KE.

    Fl-aħħar nett, fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' imparzjalità fl-investigazzjoni tal-ilment tagħha.


    Top