Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0408

    Kawża T-408/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Settembru 2008 — S.F. Turistico Immobiliare vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/53


    Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 — S.F. Turistico Immobiliare vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-408/08)

    (2008/C 301/89)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: S.F. Turistico Immobiliare Srl (Orosei, l-Italja) (rappreżentant: L. Marcialis, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    Prinċipalment

    tiddikjara nulla u bla effett id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2008)2997 tat-2 ta' Lulju 2008, dwar skema ta' għajnuna “Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 — Użu ħażin tal-għajnuna nru 272/98”.

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lura lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-kawża.

    Sussidjarjament

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, fil-parti fejn tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni, l-iskema kollha ta' għajnuna, “sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta' din l-iskema qabel l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet relattivi għal proġett ta' investiment inizjali” [traduzzjoni mhux uffiċjali], filwaqt li tordna l-irkupru tal-ammonti relattivi mir-Repubblika Taljana, mingħajr ma tagħmel eċċezzjoni għall-għajnuna safejn tagħti inċentivi biex l-ispejjeż — sostnuti mill-benefiċjarju qabel ma ppreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna — li jirriżultaw jinżammu taħt il-limiti previsti mid-dispożizzjonijiet dwar għajnuna de minimis.

    Iktar sussidjarjament

    tiddikjara illeċitu l-punt 4.2 tal-Att tal-Kunsill 98C 74/06, dwar “Linji ta' gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali”, skont liema “aktar minn dan, skemi ta' għajnuna għandhom jistabbilixxu li l-applikazzjoni għall-għajnuna trid tingħata qabel ma jibdew ix-xogħlijiet fuq il-proġetti”, fil-parti fejn dan jeskludi li l-għajnuna kollha prevista favur il-benefiċjarji tkun ammissibbli mingħajr ma jagħmel eċċezzjoni għall-parti tal-għajnuna relattiva għall-investimenti, li saru wara li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, li jkollhom awtonomija funzjonali jew strutturali.

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, fil-parti fejn tordna l-irkupru kollu mir-Repubblika Taljana tal-ammonti mogħtija, mingħajr ma tagħmel eċċezzjoni għall-għajnuna li tagħti inċentivi għall-ispejjeż sostnuti mill-benefiċjarju wara li jkun ippreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna u fir-rigward ta' partijiet li huma funzjonalment jew strutturalment awtonomi mill-proġett mibdi.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-kawża T-394/08 Regione Sardegna vs Il-Kummissjoni.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża msemmija hawn fuq.

    Ir-rikorrenti ssostni, partikolarment, l-illegalità, skont l-Artikolu 241 tat-Trattat KE, tal-punt 4.2 tal-Att tal-Kunsill 98 C 74/06, dwar “Linji ta' gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali” inkwantu jidher li huwa għal kollox kontra l-ispirtu tal-politika Komunitarja ta' għajnuna, speċjalment f'każ ikkaratterizzat minn pekuljaritajiet daqstant evidenti, li mill-fatt li parti żgħira (madwar wieħed minn għoxrin) tax-xogħlijiet ippjanatitwettqu, tiġi dedotta l-inammissibbiltà totali għal għajnuna tal-partijiet l-oħrajn kollha, minkejja li debitament mibdija f'perijodu wara dak stabbilit mil-linji ta' gwida inkwistjoni.


    Top