Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0400

    Kawża T-400/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Settembru 2008 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/51


    Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON)

    (Kawża T-400/08)

    (2008/C 301/87)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, Il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BP plc (Londra, Ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Lulju 2008 fil-każ R 957/2006-4, safejn din tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta' Mejju 2006 li tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni numru B 760 605; u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “ENERCON” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 4

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 137 828 tat-trade mark verbali “ENERGOL” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 4

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni minbarra għall-oġġetti li nstab li ma kienux l-istess

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ma laqgħax l-appell għall-oġġetti li nstab li ma kienux l-istess u ċaħad l-appell għall-bqija

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    Top