Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0306

    Kawża T-306/08 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 23 ta' Mejju 2008 , fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/22


    Appell ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament

    (Kawża T-306/08 P)

    (2008/C 247/43)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: Kurt-Wolfgang Braun-Neumann (Lohr am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, Rechtsanwalt)

    Appellat: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet ta' l-appellant

    tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Mejju 2008 fil-kawża F-79/07;

    tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża u tilqa' l-appell ta' l-appellant, u konsegwentament tikkundanna lill-Parlament iħallas, retroattivament mill-1 ta' Awwissu 2004, in-nofs l-ieħor tal-pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-konjuġi Mandt, fl-ammont ta' EUR 1 670,84 fix-xahar bl-interessi skond ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-faċilità tas-self marġinali miżjuda bi 3 %;

    sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi deċiża minnu.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell sar kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża 79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament, li jiddikjara bħala inammissibbli r-rikors ta' l-appellant.

    In sostenn ta' l-appell, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkommetta żball ta' liġi fl-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, peress li l-interpretazzjoni mogħtija minnu kienet tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. L-appellant isostni li l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża, ta' ittra bħala l-uniku att li jippreġudikah, kienet żbaljata. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' ċertezza legali jista' jiġi garantit biss jekk in-nuqqas ta' indikazzjoni tar-rimedji legali disponibbli jiġi kkunsidrat bħala li hu ta' preġudizzju għad-determinazzjoni tal-bidu tat-terminu għat-tressiq ta' l-ilment, għaliex inkella d-drittijiet ta' l-individwu jkunu kompromessi. Finalment, l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża għandha tiġi kkunsidrata bħala sproporzjonata fid-dawl tal-konsegwenzi għall-appellant.


    Top