Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0281

    Kawża T-281/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Lulju 2008 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/16


    Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-281/08)

    (2008/C 247/30)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008, C (2008) 1625 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 56/2006 (ex NN 77/2006) mogħtija mill-Awstrija favur il-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti topponi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1625 finali, tat-30 ta' April 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Awstrija, bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) KE, lill-kumpannija ta' assigurazzjoni Grazer Wechselseitige Versicherung AG u lil GW Beteiligungserwerbs- und verwaltungs- GmbH fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Hypo Bank Burgenland AG.

    Għal dak li jirrigwarda l-motivi tar-rikors, saret referenza għas-sunt tal-motivi tal-Kawża T-268/08, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni.


    Top