Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0273

    Kawża T-273/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Lulju 2008 — X Technology Swiss vs UASI — Ipko-Amcor (First-On-Skin)

    ĠU C 236, 13.9.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 236/14


    Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — X Technology Swiss vs UASI — Ipko-Amcor (First-On-Skin)

    (Kawża T-273/08)

    (2008/C 236/24)

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. Herbertz, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ipko-Amcor BV (Zoetermeer, l-Olanda)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta' Mejju 2008 fil-kawża R 281/2007-4 b'tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “First-On-Skin” għal prodotti fil-klassijiet 18, 23 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 019 981).

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ipko-Amcor BV.

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “FIRST” għal prodotti fil-klassi 25 (reġistrazzjoni fil-pajjiżi tal-Benelux Nru 401 666); l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-oppożizzjoni ġiet miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet annullata.

    Motivi invokati: Ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    Top