Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0256

Kawża T-256/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Ġunju 2008 — Wrigley vs UASI — Mejerigaarden

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/66


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Wrigley vs UASI — Mejerigaarden

(Kawża T-256/08)

(2008/C 209/116)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler and A. Bognár, lawyers )

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Mejerigaarden Holding A/S (Thisten, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-15 ta' April 2003 fil-Każ R 845/2006-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “POLAR ICE” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja Nru 1 273 564 tat-trade mark figurattiva “Polar is” għal prodotti fil-klassi 30; trade mark Daniża Nru V 1971 03528 tat-trade mark verbali “POLAR IS” għal prodotti fil-klassi 30; trade mark Daniża No VR 1994 07979 tat-trade mark verbali “POLAR MAXI” għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill No 40/90 peress li t-trade marks kunfliġġenti jippreżentaw differenzi rilevanti fl-aspett viżiv, fonetiku u kunċettwali sabiex tiġi evitata kull probabbiltà ta' konfużjoni.


Top