Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0241

    Kawża T-241/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Ġunju 2008 — CBI u Abisp vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/61


    Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2008 — CBI u Abisp vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-241/08)

    (2008/C 209/109)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Coordination Bruxelloise d'Institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju) u Association Bruxelloise des Institutions de Soins Privées (Abisp) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni konfermatorja tal-Kummissjoni;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' April 2008 li tikkonferma, skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2008 li ċaħdet l-ilment tagħhom ippreżentat fis-7 ta' Settembru u fis-17 ta' Ottubru 2005 kontra l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju tal-Belġju lil sptarijiet pubbliċi tan-netwerk Iris tar-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale u li ċaħdet li tiftaħ il-proċedura formali ta' eżami ta' l-għajnuna in kwistjoni skond l-Artikolu 88(2) KE.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali msemmija mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imsemmija fil-kuntest tal-kawża T-128/08, CBI u Abisp vs Il-Kummissjoni (1).


    (1)  ĠU 2008, C 142, p. 30.


    Top