Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0218

    Kawża T-218/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Ġunju 2008 — Lemans vs UASI — Stephen Turner (ICON)

    ĠU C 197, 2.8.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/33


    Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2008 — Lemans vs UASI — Stephen Turner (ICON)

    (Kawża T-218/08)

    (2008/C 197/57)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lemans Corporation (Janesville, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Cover, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Stephen Turner (Luddington, ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Marzu 2008 fil-każ R 589/2007-2;

    tiddikjara li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha tiġi rreġistrata;

    tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tħallas l-ispejjeż, inklużi dawk ta' l-appelli quddiem il-Bord ta' l-Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “ICON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 18 u 25 — Applikazzjoni Nru 2 197 366

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali nazzjonali “IKON” għal prodotti fil-klassi 9 — Trade mark irreġistrata fir-Renju Unit bin-nru 2 243 676

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

    Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha kellha locus standi sabiex tippreżenta oppożizzjoni.


    Top