Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0217

    Kawża T-217/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Ġunju 2008 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/57


    Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2008 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-217/08)

    (2008/C 209/102)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et (Bonn, il-Ġermanja), Romuald Schaber (Petersthal, il-Ġermanja), Stefan Mann (Eberdorfergrund, il-Ġermanja) e Walter Peters (Körchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Renner u O. Schniewind, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill ta l-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-7 ta' Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib;

    tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jikkontestaw ir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (1), li bih il-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 żdiedu bi 2 % mill-1 ta' Awwissu 2008 sabiex tiġi ffavorita produzzjoni ikbar fil-Komunità ta' ammonti ta' ħalib u tissodisfa t-talba tas-suq għal prodotti emerġenti tal-ħalib.

    In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostni l-ewwel nett li ż-żieda tal-kwoti nazzjonali għall-ħalib huwa vvizzjat b'abbuż ta' poter għaliex isegwi għanijiet differenti minn dawk adottati fil-premessi.

    Barra minn hakk, ir-Regolament ikkontestat jikser it-Trattat KE, għaliex l-Artikolu 37(2) ġie applikat b'mod żbaljat bħala regola ta' awtorizzazzjoni peress li ma ttieħdux in kunsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1)(a) u (b) KE; ġew illeġittimament ittraskurati r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent fis-sens ta' l-Artikolu 6 KE u nkiser l-obbligu ta' promozzjoni u konservazzjoni tal-wirt kulturali tal-Komunità skond l-Artikolu 151 KE.

    Barra minn hekk, hemm ksur tal-libertà tar-rikorrenti li jwettqu attività professjonali u li jiddisponu mir-riżorsi ekonomiċi tagħhom, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).


    Top